Ġożwè 1:1-18

1  U ġara wara li miet Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova li Ġeħova qal lil Ġożwè*+ bin Nun, il-​qaddej+ taʼ Mosè:  “Mosè l-​qaddej tiegħi miet;+ u issa qum, aqsam din ix-​xmara, il-​Ġordan, int u dan il-​poplu kollu, lejn l-​art li se nagħti lil ulied Israel.+  Kull post li tirfsu b’qiegħ saqajkom, nagħtih lilkom, sewwasew bħalma wegħedt lil Mosè.+  Mix-xagħri u dan il-​Libanu sax-​xmara l-​kbira, ix-​xmara Ewfrat, jiġifieri, l-​art kollha tal-​Ħittin,+ u sal-​Baħar il-​Kbir* lejn inżul ix-​xemx ikun it-​territorju tagħkom.+  Ħadd ma jiqaflek tul il-​jiem kollha taʼ ħajtek.+ Bħalma wrejt li kont maʼ Mosè se nuri li jien miegħek.+ La se nabbandunak u lanqas nitilqek għalkollox.+  Kun kuraġġuż u agħmel il-​ħila,+ għax int il-​wieħed li se tgħin lil dan il-​poplu jiret+ l-​art li ħlift lil missirijiethom li se nagħtihom.+  “Biss kun kuraġġuż u agħmel il-​ħila ħalli tieħu ħsieb tagħmel skond il-​liġi kollha li kkmandak+ Mosè l-​qaddej tiegħi. Iddurx minnha lejn il-​lemin jew lejn ix-​xellug,+ sabiex tkun tistaʼ taġixxi bl-​għerf kulfejn tmur.+  Dan il-​ktieb tal-​liġi m’għandux jitbiegħed minn fommok,+ u trid taqrah u timmedita fuqu* lejl u nhar, sabiex tkun tistaʼ tieħu ħsieb tagħmel skond kulma hemm miktub fih;+ għax imbagħad se tirnexxi fi triqtek u mbagħad se taġixxi bl-​għerf.+  Ma kkmandajtekx jien?+ Kun kuraġġuż u agħmel il-​ħila. Tinħasadx jew titwerwer,+ għax Ġeħova Alla tiegħek hu miegħek kulfejn tmur.”+ 10  U Ġożwè kkmanda lill-​uffiċjali tal-​poplu, billi qalilhom: 11  “Għaddu minn nofs il-​kamp u kkmandaw lill-​poplu, u għidu, ‘Lestu xi provvisti għalikom infuskom, għax minn hawn u tlett ijiem oħra se taqsmu din ix-​xmara, il-​Ġordan, biex tidħlu u tieħdu l-​art li Ġeħova Alla tagħkom jagħtikom biex tiħduha f’idejkom.’”+ 12  U lir-​Rubenin u lill-​Gadin u lil nofs it-​tribù taʼ Manasse, Ġożwè qalilhom: 13  “Ftakru l-​kelma li Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova kkmandakom,+ meta qal, ‘Ġeħova Alla tagħkom qed jagħtikom il-​mistrieħ u takom din l-​art. 14  In-nisa tagħkom, iċ-​ċkejknin tagħkom, u l-​bhejjem tagħkom se jgħammru fl-​art li Mosè takom fuq din in-​naħa tal-​Ġordan;+ imma intom, l-​irġiel kollha setgħanin u qalbenin,+ tgħaddu mqassmin għall-​battalja+ qabel ħutkom, u tridu tgħinuhom. 15  Meta Ġeħova jagħti l-​mistrieħ lil ħutkom l-​istess bħalkom u huma wkoll ikunu ħadu f’idejhom l-​art li Ġeħova Alla tagħkom jagħtihom,+ imbagħad biss intom terġgħu lura lejn l-​art li hi l-​proprjetà tagħkom u tiħduha f’idejkom,+ l-​art li Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova takom fuq in-​naħa tal-​Ġordan lejn tlugħ ix-​xemx.’”+ 16  Fi qbil maʼ dan huma wieġbu lil Ġożwè, billi qalu: “Dak kollu li kkmandajtna se nagħmluh, u kulfejn tibgħatna mmorru.+ 17  Bħalma smajna minn Mosè f’kollox, hekk se nisimgħu minnek. Biss jalla Ġeħova Alla tiegħek juri li hu miegħek+ bħalma wera li kien maʼ Mosè.+ 18  Ikun min ikun li jġib ruħu b’mod ribelluż kontra l-​ordni tiegħek+ u ma jismax minn kliemek f’kulma tikkmandah jingħata l-​mewt.+ Biss kun kuraġġuż u agħmel il-​ħila.”+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Ġeħova Hu Salvazzjoni.”
Jiġifieri, “il-​Baħar Mediterran.”
Jew, “u trid taqra minn taħt l-​ilsien.”