Eżodu 17:1-16

17  U l-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel telqet mix-​xagħri tas-​Sin,+ timxi u tieqaf, skond l-​ordni taʼ Ġeħova,+ u kkampjat f’Refidim.+ Imma ma kienx hemm ilma għan-​nies x’jixorbu.  U n-​nies qabdu jitlewmu maʼ Mosè u jgħidulu:+ “Agħtina l-​ilma x’nixorbu.” Imma Mosè qalilhom: “Għala qed titlewmu miegħi? Għala tibqgħu tgħaddu lil Ġeħova minn prova?”+  U n-​nies qabadhom l-​għatx hemmhekk, u n-​nies komplew igergru kontra Mosè u jgħidu: “Għala tellajtna hawnhekk mill-​Eġittu biex lilna u lil uliedna u lill-​bhejjem tagħna toqtolna bl-​għatx?”+  Fl-aħħar, Mosè għajjat lil Ġeħova, u qallu: “X’se nagħmel b’dawn in-​nies? Ftit ieħor u jħaġġruni!”+  Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Għaddi quddiem in-​nies+ u ħu miegħek lil xi wħud mix-​xjuħ taʼ Israel u l-​ħatar tiegħek li bih ilqatt ix-​Xmara Nil.+ Ħudu f’idek u ibqaʼ miexi.  Ara! Jien wieqaf hemmhekk quddiemek fuq il-​blata fil-​Ħoreb.* U int trid tagħti daqqa fuq il-​blata, u l-​ilma joħroġ minnha, u n-​nies jixorbu.”+ U Mosè hekk għamel taħt għajnejn ix-​xjuħ taʼ Israel.  Għalhekk, il-​post semmieh Massah*+ u Meriba,*+ minħabba t-​tilwim taʼ wlied Israel u minħabba li għaddew lil Ġeħova minn prova,+ billi qalu: “Ġeħova qiegħed fostna jew le?”+  U l-​Għamalekin+ ġew u ġġieldu kontra Israel f’Refidim.+  Minħabba f’hekk, Mosè qal lil Ġożwè:*+ “Agħżlilna rġiel u oħroġ+ iġġieled kontra l-​Għamalekin. Għada jien se noqgħod fuq il-​quċċata taʼ l-​għolja, bil-​ħatar taʼ l-​Alla l-​veru f’idi.”+ 10  Imbagħad Ġożwè għamel bħalma kien qallu Mosè,+ sabiex jiġġieled kontra l-​Għamalekin; u Mosè, Aron, u Ħur+ telgħu fuq il-​quċċata taʼ l-​għolja. 11  U ġara li, malli Mosè kien jgħolli idu, l-​Israelin kienu jkunu minn fuq;+ imma malli kien iniżżel idu, l-​Għamalekin kienu jkunu minn fuq. 12  Meta idejn Mosè tqalu, ħadu ġebla u poġġewha taħtu, u hu qagħad bil-​qiegħda fuqha; u Aron u Ħur żammewlu idejh ’il fuq, wieħed din in-​naħa u l-​ieħor in-​naħa l-​oħra, u b’hekk idejh baqgħu sodi sakemm niżlet ix-​xemx. 13  Għalhekk, Ġożwè għeleb għalkollox lil Għamalek u lill-​poplu tiegħu b’xifer is-​sejf.+ 14  Ġeħova issa qal lil Mosè: “Ikteb dan bħala tifkira fil-​ktieb+ u aqrah f’widnejn Ġożwè, ‘Se neqred għalkollox it-​tifkira t’Għamalek minn taħt is-​smewwiet.’”+ 15  U Mosè bena artal u semmieh Ġeħova-nissi,* 16  għax qal: “Peress li hemm id kontra t-​tron+ taʼ Jah,+ Ġeħova se jiggwerra kontra Għamalek minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.”+

Noti taʼ taħt

“Il-​Ħoreb.” Hawnhekk m’huwiex il-​muntanja li fuqha ngħataw l-​Għaxar Kmandamenti, imma r-​reġjun muntanjuż madwar il-​Muntanja Sinaj, imsejjaħ ukoll ix-​xagħri tas-​Sinaj.
Ifisser “Tilwim; Ġlied; Tħaqqiq.”
Ifisser “Għadda minn Prova; Prova.”
Letteralment, “Ġeħosugħa,” li jfisser “Ġeħova Hu Salvazzjoni.”
X’aktarx ifisser “Ġeħova Hu s-​Sinjal [l-Arblu] Tiegħi.”