Eżodu 38:1-31

38  U għamel ukoll l-​artal taʼ l-​offerta tal-​ħruq mill-​injam taʼ l-​akaċja. It-​tul tiegħu kien ħames kubiti, u l-​wisaʼ tiegħu ħames kubiti, għax kien kwadru, u l-​għoli tiegħu kien tliet kubiti.+  Imbagħad għamel il-​qrun tiegħu+ fuq l-​erbaʼ kantunieri tiegħu. Il-​qrun tiegħu kienu ħerġin minnu. Imbagħad ksieh bir-​ram aħmar.+  Wara dan, għamel l-​għodod kollha taʼ l-​artal, ir-​reċipjenti għall-​irmied u l-​pali u l-​iskutelli, il-​frieket u r-​reċipjenti għall-​ġamar. L-​għodod kollha tiegħu għamilhom tar-​ram aħmar.+  Għamel ukoll għall-​artal gradilja, xibka tar-​ram aħmar, taħt ix-​xifer tiegħu, ’l isfel sa nofs l-​għoli tiegħu.+  Imbagħad għamel erbaʼ ħolqiet fuq l-​erbaʼ kantunieri ħdejn il-​gradilja tar-​ram aħmar, bħala appoġġ għal-​lasti.  Wara dan, għamel il-​lasti mill-​injam taʼ l-​akaċja u ksiehom bir-​ram aħmar.+  Imbagħad għadda l-​lasti minn ġol-​ħoloq fuq il-​ġnub taʼ l-​artal biex iġorruh bihom.+ Għamlu forma taʼ kaxxa tat-​twavel, vojt minn ġewwa.+  Imbagħad għamel il-​vaska tar-​ram aħmar+ u l-​bażi tagħha tar-​ram aħmar billi uża l-​mirja* tal-​qaddejja nisa li kienu organizzati għas-​servizz fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa.+  U għamel il-​bitħa.+ Għan-​naħa tan-​Negeb, lejn in-​nofsinhar, il-​purtieri tal-​bitħa kienu taʼ l-​għażel fin mibrum, għal tul taʼ mitt kubitu.+ 10  L-għoxrin pilastru tagħhom u l-​għoxrin pedestall bl-​ingast tagħhom kienu tar-​ram aħmar. Il-​kavilji tal-​pilastri u l-​irbit tagħhom kienu tal-​fidda.+ 11  Ukoll, għan-​naħa tat-​tramuntana kien hemm mitt kubitu. L-​għoxrin pilastru tagħhom u l-​għoxrin pedestall bl-​ingast tagħhom kienu tar-​ram aħmar. Il-​kavilji tal-​pilastri u l-​irbit tagħhom kienu tal-​fidda.+ 12  Imma għan-​naħa tal-​punent il-​purtieri kienu għal tul taʼ ħamsin kubitu. Il-​pilastri tagħhom kienu għaxra u l-​pedestalli bl-​ingast tagħhom għaxra.+ Il-​kavilji tal-​pilastri u l-​irbit tagħhom kienu tal-​fidda. 13  U għan-​naħa tal-​lvant lejn tlugħ ix-​xemx kien hemm ħamsin kubitu.+ 14  Il-purtieri kienu għal tul taʼ ħmistax-il kubitu fuq ġenb wieħed. Il-​pilastri tagħhom kienu tlieta u l-​pedestalli bl-​ingast tagħhom tlieta.+ 15  U għall-​ġenb l-​ieħor, fuq din in-​naħa kif ukoll fuq l-​oħra, tal-​bieb tal-​bitħa, il-​purtieri kienu għal tul taʼ ħmistax-il kubitu. Il-​pilastri tagħhom kienu tlieta u l-​pedestalli bl-​ingast tagħhom tlieta.+ 16  Il-purtieri kollha tal-​bitħa dawramejt kienu taʼ l-​għażel fin mibrum. 17  U l-​pedestalli bl-​ingast għall-​pilastri kienu tar-​ram aħmar. Il-​kavilji tal-​pilastri u l-​irbit tagħhom kienu tal-​fidda u l-​parti taʼ fuq tagħhom kienet miksija bil-​fidda, u kien hemm irbit tal-​fidda għall-​pilastri kollha tal-​bitħa.+ 18  U l-​purtiera tad-​daħla tal-​bieb tal-​bitħa kienet ix-​xogħol taʼ nissieġ, tal-​ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat,* u għażel fin mibrum,+ u t-​tul kien għoxrin kubitu, u l-​għoli minn tarf sa l-​ieħor tagħha kien ħames kubiti daqs il-​purtieri tal-​bitħa.+ 19  U l-​erbaʼ pilastri tagħhom u l-​erbaʼ pedestalli bl-​ingast tagħhom kienu tar-​ram aħmar. Il-​kavilji tagħhom kienu tal-​fidda u l-​kisi tal-​parti taʼ fuq tagħhom u l-​irbit tagħhom kienu tal-​fidda. 20  U l-​imsiemer tat-​tined kollha għat-​tabernaklu u għall-​bitħa dawramejt kienu tar-​ram aħmar.+ 21  Dawn li ġejjin huma l-​affarijiet li hemm fl-​inventarju tat-​tabernaklu, it-​tabernaklu tat-​Testimonjanza,+ li sar inventarju tiegħu bl-​ordni taʼ Mosè, bħala s-​servizz tal-​Leviti+ taħt il-​gwida taʼ Itamar,+ bin Aron il-​qassis. 22  U Besalel,+ bin Uri, bin Ħur, mit-​tribù taʼ Ġuda, għamel kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. 23  U miegħu kien hemm Oħolijab+ bin Aħisamak, mit-​tribù taʼ Dan, bniedem tas-​sengħa u wieħed li jirrakkma u jinseġ il-​ħajt blu, is-​suf miżbugħ vjola ħamrani, il-​materjal lewn l-​iskarlat, u l-​għażel fin. 24  Id-deheb kollu li ntuża għax-​xogħol li sar fix-​xogħol kollu tal-​post qaddis kien daqs id-​deheb preżentat għall-​offerta tat-​tixjir,+ disgħa u għoxrin talent u sebaʼ mija u tletin xekel skond ix-​xekel+ tal-​post qaddis.+ 25  U l-​fidda taʼ dawk mill-​ġemgħa li kienu reġistrati kienet mitt talent u elf, sebaʼ mija u ħamsa u sebgħin xekel skond ix-​xekel tal-​post qaddis. 26  In-nofs xekel għal kull individwu kien in-​nofs xekel skond ix-​xekel tal-​post qaddis, għal kull raġel li kien qed jgħaddi għal maʼ dawk li kienu reġistrati, minn għoxrin sena ’l fuq,+ b’kollox sitt mija u tlett elef, ħames mija u ħamsin.+ 27  U mitt talent fidda ġiet imdewba biex isiru l-​pedestalli bl-​ingast tal-​post qaddis u l-​pedestalli bl-​ingast tal-​purtiera. Mitt talent servew għal mitt pedestall bl-​ingast, talent għal kull pedestall bl-​ingast.+ 28  U mill-​elf, sebaʼ mija u ħamsa u sebgħin xekel għamel kavilji għall-​pilastri u ksielhom il-​parti taʼ fuq u għaqqadhom flimkien. 29  U r-​ram aħmar taʼ l-​offerta tat-​tixjir kien sebgħin talent u elfejn u erbaʼ mitt xekel. 30  U b’dan għamel il-​pedestalli bl-​ingast għad-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa u l-​artal tar-​ram aħmar u l-​gradilja tiegħu tar-​ram aħmar, u l-​għodod kollha taʼ l-​artal, 31  u l-​pedestalli bl-​ingast tal-​bitħa dawramejt, u l-​pedestalli bl-​ingast tal-​bieb tal-​bitħa, u l-​imsiemer tat-​tined kollha tat-​tabernaklu u l-​imsiemer tat-​tined kollha+ tal-​bitħa dawramejt.

Noti taʼ taħt

Mirja magħmulin minn metall illostrat sew.
F’dan il-​kapitlu “l-​iskarlat” jirreferi għaż-​żebgħa mill-​insett tal-​kukku.