Numri 2:1-34
2 Ġeħova issa kellem lil Mosè u lil Aron u qalilhom:
2 “Ulied Israel għandhom jikkampjaw, kull raġel skond it-taqsima tiegħu taʼ tliet tribujiet,+ skond is-sinjali taʼ dar missirijiethom. Għandhom jikkampjaw dawramejt quddiem it-tinda tal-laqgħa.
3 “U dawk li jikkampjaw lejn il-lvant, lejn tlugħ ix-xemx, ikunu t-taqsima taʼ tliet tribujiet tal-kamp taʼ Ġuda skond l-armati tagħhom, u l-kap ewlieni għal ulied Ġuda jkun Naħson,+ bin Għamminadab.
4 U l-armata tiegħu u l-uħud reġistrati huma erbgħa u sebgħin elf u sitt mija.+
5 U dawk tat-tribù taʼ Issakar+ jikkampjaw maġenbu u l-kap ewlieni għal ulied Issakar ikun Netanel,+ bin Sugħar.
6 U l-armata tiegħu u l-uħud reġistrati tiegħu huma erbgħa u ħamsin elf u erbaʼ mija.+
7 Imbagħad it-tribù taʼ Żebulun; u l-kap ewlieni għal ulied Żebulun ikun Eljab,+ bin Ħelon.
8 U l-armata tiegħu u l-uħud reġistrati tiegħu huma sebgħa u ħamsin elf u erbaʼ mija.+
9 “Dawk kollha reġistrati tal-kamp taʼ Ġuda huma mija u sitta u tmenin elf u erbaʼ mija skond l-armati tagħhom. Dawn għandhom jimxu l-ewwel.+
10 “It-taqsima taʼ tliet tribujiet tal-kamp taʼ Ruben+ tkun lejn in-nofsinhar skond l-armati tagħhom, u l-kap ewlieni għal ulied Ruben ikun Elisur,+ bin Sedewr.
11 U l-armata tiegħu u l-uħud reġistrati tiegħu huma sitta u erbgħin elf u ħames mija.+
12 U dawk tat-tribù taʼ Simegħon jikkampjaw maġenbu, u l-kap ewlieni għal ulied Simegħon ikun Selumjel,+ bin Surisaddaj.
13 U l-armata tiegħu u l-uħud reġistrati huma disgħa u ħamsin elf u tliet mija.+
14 Imbagħad it-tribù taʼ Gad; u l-kap ewlieni għal ulied Gad ikun Eljasaf,+ bin Regħwel.
15 U l-armata tiegħu u l-uħud reġistrati huma ħamsa u erbgħin elf, sitt mija u ħamsin.+
16 “Dawk kollha reġistrati tal-kamp taʼ Ruben huma mija u wieħed u ħamsin elf, erbaʼ mija u ħamsin skond l-armati tagħhom, u dawn għandhom jimxu t-tieni.+
17 “Meta tkun se tinġarr it-tinda tal-laqgħa,+ il-kamp tal-Leviti+ jkun f’nofs il-kampijiet.
“Skond kif jikkampjaw, hekk għandhom jimxu,+ kull wieħed f’postu, skond it-taqsimiet tagħhom taʼ tliet tribujiet.
18 “It-taqsima taʼ tliet tribujiet tal-kamp t’Efrajm+ skond l-armati tagħhom tkun lejn il-punent, u l-kap ewlieni għal ulied Efrajm ikun Elisama,+ bin Għammiħud.
19 U l-armata tiegħu u l-uħud reġistrati huma erbgħin elf u ħames mija.+
20 U maġenbu jkun hemm it-tribù taʼ Manasse,+ u l-kap ewlieni għal ulied Manasse jkun Gamaljel,+ bin Pedaħsur.
21 U l-armata tiegħu u l-uħud reġistrati huma tnejn u tletin elf u mitejn.+
22 Imbagħad it-tribù taʼ Benjamin;+ u l-kap ewlieni għal ulied Benjamin ikun Abidan,+ bin Gidegħoni.
23 U l-armata tiegħu u l-uħud reġistrati huma ħamsa u tletin elf u erbaʼ mija.+
24 “Dawk kollha reġistrati tal-kamp t’Efrajm huma mija u tmint elef u mija skond l-armati tagħhom, u dawn għandhom jimxu t-tielet.+
25 “It-taqsima taʼ tliet tribujiet tal-kamp taʼ Dan tkun lejn it-tramuntana skond l-armati tagħhom, u l-kap ewlieni għal ulied Dan ikun Aħigħeżer,+ bin Għammisaddaj.
26 U l-armata tiegħu u l-uħud reġistrati huma tnejn u sittin elf u sebaʼ mija.+
27 U dawk tat-tribù t’Aser jikkampjaw maġenbu, u l-kap ewlieni għal ulied Aser ikun Paggħijel,+ bin Għokran.
28 U l-armata tiegħu u l-uħud reġistrati huma wieħed u erbgħin elf u ħames mija.+
29 Imbagħad it-tribù taʼ Naftali;+ u l-kap ewlieni għal ulied Naftali jkun Aħira,+ bin Għenan.
30 U l-armata tiegħu u l-uħud reġistrati huma tlieta u ħamsin elf u erbaʼ mija.+
31 “Dawk kollha reġistrati tal-kamp taʼ Dan huma mija u sebgħa u ħamsin elf u sitt mija. Dawn għandhom jimxu l-aħħar+—skond it-taqsimiet tagħhom taʼ tliet tribujiet.”
32 Dawn kienu l-uħud reġistrati minn ulied Israel skond dar missirijiethom; dawk kollha reġistrati tal-kampijiet skond l-armati tagħhom kienu sitt mija u tlett elef, ħames mija u ħamsin.+
33 Imma l-Leviti ma ġewx reġistrati+ maʼ wlied Israel, bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.
34 U wlied Israel għamlu skond kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+ Hekk ikkampjaw fit-taqsimiet tagħhom taʼ tliet tribujiet,+ u hekk imxew,+ kull wieħed skond il-familja tiegħu u skond dar missirijietu.