Numri 32:1-42

32  Issa wlied Ruben+ u wlied Gad+ kellhom għadd kbir taʼ bhejjem, fil-​fatt, ħafna u ħafna. U bdew jaraw l-​art taʼ Ġagħżer+ u l-​art taʼ Gilegħad, u, ara, il-​post kien post tajjeb għall-​bhejjem.  Għalhekk, ulied Gad u wlied Ruben marru u qalu lil Mosè u lil Elegħażar, il-​qassis, u lill-​kapijiet ewlenin tal-​ġemgħa:  “Għatarot,+ Dibon,+ Ġagħżer, Nimra,+ Ħesbon,+ Elegħale,+ Sebam, Nebo,+ u Begħon,+  l-art li Ġeħova rebħilha+ quddiem il-​ġemgħa taʼ Israel, hi art għall-​bhejjem, u l-​qaddejja tiegħek għandhom il-​bhejjem.”+  U ssoktaw jgħidu: “Jekk int tapprova, ħa tingħata din l-​art lill-​qaddejja tiegħek biex tkun tagħhom. Iġġegħelniex naqsmu l-​Ġordan.”+  Imbagħad Mosè qal lil ulied Gad u lil ulied Ruben: “Ħutkom imorru għall-​gwerra u intom tibqgħu tgħammru hawnhekk?+  U għala għandkom taqtgħu qalb ulied Israel biex ma jaqsmux għall-​art li Ġeħova żgur li se jagħtihom?  Hekk għamlu missirijietkom+ meta bgħatthom minn Kades-barnegħa+ biex jaraw l-​art.  Meta telgħu lejn il-​wied t’Eskol+ u raw l-​art, qatgħu qalb ulied Israel sabiex dawn ma jidħlux fl-​art li Ġeħova kien se jagħtihom żgur.+ 10  Għaldaqstant, ir-​rabja taʼ Ġeħova xegħlet dakinhar, u b’hekk ħalef+ u qal, 11  ‘L-​irġiel li telgħu mill-​Eġittu minn għoxrin sena ’l fuq+ ma jarawx l-​art li dwarha jien ħlift lil Abraham, lil Iżakk, u lil Ġakobb,+ għaliex ma mxewx warajja b’qalbhom kollha, 12  ħlief Kaleb,+ bin Ġefunne l-​Keneżi, u Ġożwè,+ bin Nun, għaliex imxew wara Ġeħova b’qalbhom kollha.’ 13  Għalhekk, ir-​rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra Israel u ġegħelhom jiġġerrew fix-​xagħri għal erbgħin sena,+ sakemm intemmet il-​ġenerazzjoni kollha li kienet qed tagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+ 14  U, ara, intom qomtu minflok missirijietkom bħala n-​nisel taʼ rġiel midinbin sabiex tkomplu żżidu r-​rabja taħraq taʼ Ġeħova+ kontra Israel. 15  Jekk ma tibqgħux timxu warajh,+ għal darb’oħra hu jġegħelhom joqogħdu iktar fix-​xagħri,+ u intom tkunu ġibtu l-​qerda fuq dan il-​poplu kollu.”+ 16  Iktar tard resqu lejh u qalulu: “Ejja nibnu hawnhekk imqawel tal-​ġebel għall-​imrieħel tal-​bhejjem tagħna u bliet għaċ-​ċkejknin tagħna. 17  Imma aħna nfusna mmorru armati u mqassmin għall-​battalja+ quddiem ulied Israel sakemm indaħħluhom f’posthom, ikun meta jkun, waqt li ċ-​ċkejknin tagħna jgħammru fil-​bliet bil-​fortifikazzjonijiet ’il bogħod minn wiċċ l-​abitanti tal-​pajjiż. 18  Ma nerġgħux lura lejn djarna qabel ma wlied Israel ikunu kisbu għalihom stess proprjetà li tikkonsisti f’art, kull wieħed il-​wirt tiegħu.+ 19  Għax aħna mhux se niksbu wirt magħhom min-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan u lil hinn minnha, għaliex il-​wirt tagħna ksibnieh minn din in-​naħa tal-​Ġordan lejn tlugħ ix-​xemx.”+ 20  U Mosè qalilhom: “Jekk tagħmlu dan, jekk tarmaw lilkom infuskom għall-​gwerra quddiem Ġeħova,+ 21  u kull wieħed minnkom li jkun armat jaqsam il-​Ġordan quddiem Ġeħova, sakemm ikeċċi lill-​għedewwa tiegħu minn quddiemu,+ 22  u l-​art tiġi mrażżna quddiem Ġeħova,+ u mbagħad terġgħu lura,+ intom tkunu tabilħaqq meħlusin mill-​ħtija kontra Ġeħova u kontra Israel; u din l-​art issir tagħkom bħala wirt quddiem Ġeħova.+ 23  Imma jekk ma tagħmlux hekk, intom imbagħad tidinbu kontra Ġeħova.+ F’dan il-​każ kunu afu li dnubkom għad jilħaqkom.+ 24  Ibnu bliet għaċ-​ċkejknin tagħkom u mqawel tal-​ġebel għall-​imrieħel tagħkom, u qisu li dak li ħareġ minn fommkom tagħmluh.”+ 25  Imbagħad ulied Gad u wlied Ruben qalu lil Mosè: “Il-​qaddejja tiegħek se jagħmlu sewwasew bħalma qed jordna sidi.+ 26  Iċ-ċkejknin tagħna, in-​nisa tagħna, il-​bhejjem u l-​annimali domestiċi kollha tagħna se joqogħdu hemmhekk fil-​bliet taʼ Gilegħad,+ 27  imma l-​qaddejja tiegħek se jaqsmu, kull wieħed armat għall-​gwerra,+ quddiem Ġeħova għall-​gwerra, sewwasew bħalma qed jgħid sidi.” 28  Għaldaqstant, Mosè ta ordni dwarhom lil Elegħażar, il-​qassis, u lil Ġożwè, bin Nun, u lill-​kapijiet tal-​missirijiet tat-​tribujiet taʼ wlied Israel. 29  Għalhekk, Mosè qalilhom: “Jekk ulied Gad u wlied Ruben jaqsmu l-​Ġordan magħkom, kull wieħed armat għall-​gwerra,+ quddiem Ġeħova, u l-​art tiġi mrażżna quddiemkom, tridu tagħtuhom l-​art taʼ Gilegħad biex tkun tagħhom.+ 30  Imma jekk ma jaqsmux armati magħkom, iridu joqogħdu f’nofskom fl-​art taʼ Kangħan.”+ 31  U wlied Gad u wlied Ruben wieġbu u qalu: “Aħna se nagħmlu dak li Ġeħova qal lill-​qaddejja tiegħek.+ 32  Aħna nfusna se naqsmu armati quddiem Ġeħova lejn l-​art taʼ Kangħan,+ u l-​wirt li se jkun tagħna jingħatalna fuq din in-​naħa tal-​Ġordan.”+ 33  U lil ulied Gad+ u lil ulied Ruben+ u lil nofs it-​tribù taʼ Manasse,+ bin Ġużeppi, Mosè tahom is-​saltna taʼ Siħon,+ is-​sultan taʼ l-​Amurrin, u s-​saltna t’Għog,+ is-​sultan tal-​Basan, l-​art tal-​bliet fit-​territorji, u l-​bliet taʼ l-​art dawramejt. 34  U wlied Gad bnew Dibon,+ Għatarot,+ Għarogħer,+ 35  Għatrot-sofan, Ġagħżer,+ Ġogbegħa,+ 36  Bet-nimra,+ u Bet-ħaran,+ bliet bil-​fortifikazzjonijiet,+ u mqawel tal-​ġebel għall-​imrieħel.+ 37  U wlied Ruben bnew Ħesbon,+ Elegħale,+ Kirjatajm,+ 38  Nebo,+ Bagħal-megħon,+ li isimhom ġie mibdul, u Sibma; u l-​bliet li bnew tawhom ismijiet ġodda. 39  U wlied Makir,+ bin Manasse, telqu lejn Gilegħad u ħaduha taħt idejhom u keċċew ’il barra lill-​Amurrin li kienu fiha. 40  Għalhekk, Mosè ta Gilegħad lil Makir, bin Manasse, u dan mar jgħammar fiha.+ 41  U Ġajir, bin Manasse, telaq u ħa taħt idejh l-​irħula taʼ dak ir-​reġjun, u semmiehom Ħawwot-ġajir.+ 42  U Noba telaq u ħa taħt idejh lil Kenat+ u l-​bliet li jiddependu minnha; u semmieha Noba għalih stess.

Noti taʼ taħt