Ġenesi 36:1-43
36 Din hi l-istorja t’Għesaw, jiġifieri Edom.
2 Għesaw ħa n-nisa tiegħu mill-bniet taʼ Kangħan: Għada bint Elon il-Ħitti, u Oħolibama bint Għana u n-neputija taʼ Sibgħon il-Ħiwwi,
3 u Basemat bint Ismagħel u oħt Nebajot.
4 U Għesaw kellu lil Elifaż minn Għada, lil Regħwel minn Basemat,
5 u lil Ġegħus, Ġagħlam, u Koraħ minn Oħolibama.
Dawn huma t-tfal t’Għesaw, li twildulu fl-art taʼ Kangħan.
6 U Għesaw ħa n-nisa tiegħu, is-subien u l-bniet tiegħu, il-membri* l-oħrajn kollha taʼ daru, il-merħla u l-bhejjem l-oħrajn kollha tiegħu, u l-ġid kollu li kien akkwista fl-art taʼ Kangħan, u telaq lejn art oħra ’l bogħod minn ħuh Ġakobb.
7 Għaliex ġidhom tant kien kiber li ma setgħux jgħixu flimkien, u l-art fejn kienu jgħixu* ma kinitx biżżejjed minħabba li kellhom ħafna annimali.
8 Għalhekk, Għesaw mar jgħix fir-reġjun muntanjuż tas-Segħir. Għesaw jgħidulu wkoll Edom.
9 U din hi l-istorja t’Għesaw, missier l-Edomin, li jgħixu fir-reġjun muntanjuż tas-Segħir.
10 Dawn huma l-ismijiet tat-tfal t’Għesaw: Elifaż bin Għada, mart Għesaw; Regħwel bin Basemat, mart Għesaw.
11 It-tfal t’Elifaż kienu Teman, Omar, Sefu, Gatam, u Kenaż.
12 Timna saret il-konkubina t’Elifaż bin Għesaw. Maż-żmien, lil Elifaż wellditlu lil Għamalek. Dawn huma n-neputijiet t’Għada, mart Għesaw.
13 Dawn huma t-tfal taʼ Regħwel: Naħat, Żeraħ, Sammah, u Miżża. Dawn kienu n-neputijiet taʼ Basemat, mart Għesaw.
14 Dawn kienu t-tfal li Oħolibama welldet lil Għesaw: Ġegħus, Ġagħlam, u Koraħ. Oħolibama, mart Għesaw, kienet it-tifla taʼ Għana u n-neputija taʼ Sibgħon.
15 Dawn huma l-kapijiet* tat-tfal t’Għesaw: It-tfal t’Elifaż, l-ewwel imwieled t’Għesaw: il-Kap Teman, il-Kap Omar, il-Kap Sefu, il-Kap Kenaż,
16 il-Kap Koraħ, il-Kap Gatam, u l-Kap Għamalek. Dawn huma l-kapijiet t’Elifaż fl-art t’Edom. Dawn huma n-neputijiet t’Għada.
17 Dawn huma t-tfal taʼ Regħwel bin Għesaw: Il-Kap Naħat, il-Kap Żeraħ, il-Kap Sammah, u l-Kap Miżża. Dawn huma l-kapijiet taʼ Regħwel fl-art t’Edom. Dawn huma n-neputijiet taʼ Basemat, mart Għesaw.
18 Fl-aħħar, dawn huma t-tfal t’Oħolibama, mart Għesaw: Il-Kap Ġegħus, il-Kap Ġagħlam, u l-Kap Koraħ. Dawn huma l-kapijiet t’Oħolibama, bint Għana u mart Għesaw.
19 Dawn huma t-tfal t’Għesaw, li jgħidulu Edom, u dawn huma l-kapijiet tagħhom.
20 Dawn huma t-tfal taʼ Segħir il-Ħori, in-nies tal-pajjiż: Lotan, Sobal, Sibgħon, Għana,
21 Dison, Għeżer, u Disan. Dawn huma l-kapijiet tal-Ħorin, it-tfal taʼ Segħir, fl-art t’Edom.
22 It-tfal taʼ Lotan kienu Ħori u Ħemam, u oħt Lotan kienet Timna.
23 It-tfal taʼ Sobal huma: Għalwan, Manaħat, Għebal, Sefo, u Onam.
24 It-tfal taʼ Sibgħon huma: Ajja u Għana. Għana hu l-wieħed li sab l-għejun tal-ilma sħun fid-deżert waqt li kien qed jieħu ħsieb il-ħmir taʼ missieru Sibgħon.
25 It-tfal taʼ Għana huma: Dison u oħtu Oħolibama.
26 It-tfal taʼ Dison huma: Ħemdan, Esban, Itran, u Keran.
27 It-tfal t’Għeżer huma: Bilħan, Żagħwan, u Għaqan.
28 It-tfal taʼ Disan huma: Uż u Aran.
29 Dawn huma l-kapijiet tal-Ħorin: Il-Kap Lotan, il-Kap Sobal, il-Kap Sibgħon, il-Kap Għana,
30 il-Kap Dison, il-Kap Għeżer, u l-Kap Disan. Dawn huma l-kapijiet tal-Ħorin fl-art tas-Segħir.
31 Dawn huma r-rejiet li mexxew fl-art t’Edom qabel ma kien hemm re jmexxi fuq l-Iżraelin.*
32 Bela bin Begħor mexxa f’Edom, u l-belt tiegħu kien jisimha Dinħaba.
33 Meta miet Bela, Ġobab bin Żeraħ minn Bosra beda jmexxi minfloku.
34 Meta miet Ġobab, Ħusam mill-art tat-Temanin beda jmexxi minfloku.
35 Meta miet Ħusam, Ħadad bin Bedad, li rebaħ lill-Midjanin fit-territorju taʼ Mowab, beda jmexxi minfloku, u l-belt tiegħu kien jisimha Għawit.
36 Meta miet Ħadad, Samla minn Masreka beda jmexxi minfloku.
37 Meta miet Samla, Sagħul minn Reħobot, ħdejn ix-xmara, beda jmexxi minfloku.
38 Meta miet Sagħul, Bagħal-ħanan bin Għakbor beda jmexxi minfloku.
39 Meta miet Bagħal-ħanan bin Għakbor, Ħadar beda jmexxi minfloku. Il-belt tiegħu kien jisimha Pagħu, u martu kien jisimha Meħetabel, bint Matred u n-neputija taʼ Meżaħab.
40 Mela dawn huma l-ismijiet tal-kapijiet t’Għesaw skont il-familji tagħhom u l-postijiet tagħhom: Il-Kap Timna, il-Kap Għalwa, il-Kap Ġetet,
41 il-Kap Oħolibama, il-Kap Elah, il-Kap Pinon,
42 il-Kap Kenaż, il-Kap Teman, il-Kap Mibsar,
43 il-Kap Magdijel, u l-Kap Iram. Dawn huma l-kapijiet t’Edom skont fejn jgħixu fl-art tagħhom. Dan hu Għesaw, missier l-Edomin.
Noti taʼ taħt
^ Jew “l-erwieħ.”
^ Jew “jgħixu bħala barranin.”
^ Letteralment “xejikki.” Xejikk kien kap taʼ tribù.
^ Letteralment “it-tfal t’Iżrael.”