Ġeremija 17:1-27

17  “Id-dnub taʼ Ġuda huwa miktub b’pinna tal-ħadid.+ B’ponta taʼ djamant minqux fuq it-tavla taʼ qalbhom,+ u fuq il-qrun taʼ l-artali tagħhom,+  waqt li wliedhom jiftakru fl-artali u l-arbli sagri tagħhom ħdejn xi siġra tħaddar, fuq l-għoljiet kbar,+  fuq il-muntanji fir-rabaʼ. Ir-riżorsi tiegħek, it-teżori kollha tiegħek, nagħtihom biex jinħatfu bħala priża,+ u l-postijiet tiegħek għall-qima* jinħatfu minħabba d-dnubiet li għamilt fit-territorji kollha tiegħek.+  Minn jeddek int abbandunajt il-wirt li tajtek.+ U jien se nġiegħlek ukoll taqdi lill-għedewwa tiegħek f’pajjiż li ma kontx tafu;+ għax minħabba għadbi intom xgħeltu bħal nar+ li se jibqaʼ mkebbes għal żmien indefinit.”  Hekk qal Ġeħova: “Misħut ir-raġel b’saħħtu li jafda fil-bnedmin+ u jittama fid-driegħ tal-laħam,+ u li qalbu titbiegħed minn Ġeħova.+  Hu jsir bħal siġra li tikber waħedha fid-deżert u meta jiġi t-tajjeb ma jarahx;+ imma jkollu jgħammar f’postijiet nexfin fix-xagħri, f’art kollha melħ li ma jgħix fiha ħadd.+  Imbierek ir-raġel b’saħħtu li jafda f’Ġeħova, u li Ġeħova sar il-fiduċja tiegħu.+  Hu jsir bħal siġra mħawla ħdejn l-ilmijiet, li tifrex għeruqha safejn ikun għaddej l-ilma; u meta tiġi s-sħana ma jarahiex, imma l-weraq tiegħu jibqaʼ jħaddar.+ U fis-sena tan-nixfa+ ma jsirx ansjuż, u lanqas jieqaf jagħmel il-frott.  “Il-qalb qarrieqa iktar minn kull ħaġa oħra u hi ddisprata.+ Min jistaʼ jifhimha? 10  Jien, Ġeħova, qed ngħarbel il-qalb,+ neżamina l-kliewi,+ sabiex nagħti lil kulħadd skond triqatu,+ skond frott l-għemejjel tiegħu.+ 11  Bħal ħaġla* li tiġbor dak li ma tkunx biedet, hekk hu min qed jikseb l-għana, imma mhux bil-ġustizzja.+ F’nofs żmienu jħallih,+ u fl-aħħar taʼ ħajtu juri li hu bla sens.”+ 12  Hemm hu t-tron glorjuż li kien fl-għoli sa mill-bidu;+ dan hu l-post tas-santwarju tagħna.+ 13  O Ġeħova, it-tama taʼ Israel,+ kulmin jitilqek se jkollu jistħi.+ Dawk li jħalluk* biex isiru apostati+ se jinkitbu fl-art, għax ikunu ħallew lil Ġeħova, is-sors taʼ l-ilma ħaj.+ 14  Fejjaqni, O Ġeħova, u jien infiq.+ Salvani, u jien insalva;+ għax lilek infaħħar jien.+ 15  Ara! Hemm dawk li qed jgħiduli: “Fejn hi l-kelma taʼ Ġeħova?+ Ħa sseħħ issa.” 16  Imma jien ma waqaftx milli nkun ragħaj u milli nimxi warajk, u ma xxennaqtx għall-jum bla tama. Int kont taf x’qalu xofftejja; quddiem wiċċek intqal kliemi. 17  Twerwirnix.+ Int ir-refuġju tiegħi f’jum il-gwaj.+ 18  Ħa jkollhom għalxiex jistħu+ dawk li jippersegwitawni, imma lili tħallinix nistħi.+ Ħa jitwerwru huma, imma lili tħallinix nitwerwer. Ġib fuqhom jum il-gwaj,+ u kissirhom għal darba tnejn.+ 19  Hekk qalli Ġeħova: “Mur, u oqgħod bil-wieqfa fil-bieb taʼ wlied il-poplu tiegħi, li jidħlu u joħorġu minnu s-slaten taʼ Ġuda, u fil-bibien kollha taʼ Ġerusalemm.+ 20  U għidilhom, ‘Isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova, slaten taʼ Ġuda u intom ilkoll nies taʼ Ġuda u kulmin jgħammar f’Ġerusalemm, intom li deħlin minn dawn il-bibien.+ 21  Hekk qal Ġeħova: “Ħarsu ruħkom,+ u jekk ikollkom xi tagħbija li tridu tidħlu biha mill-bibien taʼ Ġerusalemm, iġġorruhiex f’jum is-Sabat.*+ 22  U toħorġu l-ebda tagħbija minn ġo darkom f’jum is-Sabat; u tagħmlu l-ebda xogħol.+ U qaddsu jum is-Sabat, bħalma kkmandajt lil missirijietkom;+ 23  imma huma la taw widen u lanqas mejlu widnithom,+ u webbsu rashom+ biex ma jisimgħux u ma jirċievu l-ebda dixxiplina.”’+ 24  “‘“U jiġri li, jekk tobduni f’kollox,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, “u ma ddaħħlu l-ebda tagħbija mill-bibien taʼ din il-belt f’jum is-Sabat+ u tqaddsu jum is-Sabat billi ma taħdmux fih,+ 25  se jidħlu wkoll mill-bibien taʼ din il-belt slaten maʼ prinċpijiet,+ li jkunu fuq it-tron taʼ David,+ rekbin fuq il-karru u fuq iż-żwiemel, huma u l-prinċpijiet tagħhom, in-nies taʼ Ġuda u l-abitanti taʼ Ġerusalemm; u din il-belt tkun mgħammra għal dejjem. 26  U n-nies jiġu mill-bliet kollha taʼ Ġuda u minn madwar Ġerusalemm u mill-art taʼ Benjamin+ u mill-pjanura l-baxxa+ u mill-muntanji+ u min-Negeb,+ u jġibu offerti sħaħ tal-ħruq+ u sagrifiċċji+ u offerti tal-qmuħ+ u inċens abjad+ u jġibu sagrifiċċji taʼ radd il-ħajr fid-dar taʼ Ġeħova.+ 27  “‘“Imma jekk ma tobdunix f’li tqaddsu jum is-Sabat u ma ġġorru xejn,+ u minflok tidħlu b’xi tagħbija mill-bibien taʼ Ġerusalemm f’jum is-Sabat, jien inqabbad nar fil-bibien tagħha,+ u jiblaʼ t-torrijiet mgħammrin taʼ Ġerusalemm+ u n-nar ma jintefiex.”’”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
Ara l-1Sa 26:20, in-nota taʼ taħt.
Bl-Ebrajk, “iħalluni,” milli jidher b’referenza għal Ġeħova.
Is-Sabat kien minn inżul ix-xemx tal-Ġimgħa sa nżul ix-xemx tas-Sibt. Ara Eżo 16:23, in-nota taʼ taħt.