Ġeremija 29:1-32

29  U dan hu l-kliem taʼ l-ittra li l-profeta Ġeremija bagħat minn Ġerusalemm lill-bqija tax-xjuħ minn fost l-eżiljati u lill-qassisin u lill-profeti u lill-poplu kollu. Lil dawn Nebukadnessar kien ġarrhom fl-eżilju minn Ġerusalemm għal Babilonja,+  wara li s-Sultan Ġekonija+ u s-sultana omm+ u l-uffiċjali tal-palazz u l-prinċpijiet taʼ Ġuda u Ġerusalemm,+ u n-nies tas-sengħa u l-bennejja tas-swar+ kienu telqu minn Ġerusalemm.  Din l-ittra twasslet permezz t’Elgħasa bin Safan+ u Gemarija bin Ħilkija, li Sedekija,+ is-sultan taʼ Ġuda, bagħathom Babilonja għand Nebukadnessar, is-sultan taʼ Babilonja, u kienet tgħid:  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, l-Alla taʼ Israel, lill-eżiljati kollha, li jien bgħatthom Babilonja fl-eżilju+ minn Ġerusalemm,  ‘Ibnu d-djar u għammru fihom, ħawlu l-ġonna u kulu frotthom.+  Iżżewġu n-nisa u nisslu subien u bniet;+ ħudu nisa għal uliedkom subien u agħtu lill-bniet tagħkom fiż-żwieġ, sabiex jildu subien u bniet; u hemmhekk oktru, u tonqsux fl-għadd.  Barra minn hekk, fittxu l-paċi tal-belt li eżiljajtkom fiha, u itolbu lil Ġeħova għaliha, sabiex bil-paċi tagħha jkollkom il-paċi intom ukoll.+  Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, l-Alla taʼ Israel: “Tħallux lill-profeti li għandkom fostkom u lil dawk li jeħbru jqarrqu bikom,+ u tagħtux widen għall-ħolm tagħhom li qed joħolmu.+  Għax ‘huma gideb qed jipprofetizzawlkom f’ismi. Mhux jien bgħatthom,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.”’” 10  “Għax hekk qal Ġeħova, ‘Meta jgħaddu s-sebgħin sena f’Babilonja, nitfaʼ l-attenzjoni tiegħi fuqkom,+ u nwettaq il-kelma t-tajba li għedt dwarkom billi nġibkom lura f’dan il-post.’+ 11  “‘Għax jien naf il-ħsibijiet li qed naħseb dwarkom,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘ħsibijiet taʼ paċi, mhux taʼ ħsara,+ sabiex nagħtikom futur u tama.+ 12  U ssejħuli u tiġu titolbuni, u jien nismagħkom.’+ 13  “‘U tfittxuni u ssibuni,+ għax tfittxuni b’qalbkom kollha.+ 14  U jien inħallikom issibuni,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. ‘U niġbor lill-imjassrin tagħkom u niġmagħkom mill-ġnus kollha u mill-postijiet kollha fejn xerridtkom,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. ‘U nġibkom lura fil-post minfejn eżiljajtkom.’+ 15  “Imma intom għedtu, ‘Ġeħova qajmilna profeti f’Babilonja.’ 16  “Hekk qal Ġeħova lis-sultan li qiegħed fuq it-tron taʼ David+ u lin-nies kollha li jgħixu f’din il-belt, ħutkom li ma ġewx magħkom fl-eżilju,+ 17  ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati: “Ara, qed nibgħat kontrihom is-sejf,+ il-ġuħ+ u l-pesta,+ u nagħmilhom bħal tin mifqugħ li ma jistax jittiekel daqskemm hu ħażin.”’+ 18  “‘U niġri warajhom bis-sejf, bil-ġuħ u bil-pesta, u nagħmilhom xi ħaġa tal-waħx għas-saltniet kollha taʼ l-art,+ bħala saħta u oġġett taʼ stagħġib u taʼ tisfir u taʼ żebliħ fost il-ġnus kollha fejn se nxerridhom,+ 19  peress li huma ma semgħux minn kliemi,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘li jien bgħattilhom permezz tal-qaddejja tiegħi l-profeti, u kont inbakkar u nibgħathom.’+ “‘Imma intom ma smajtux,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 20  “U intom ilkoll li qegħdin fl-eżilju,+ li keċċejtkom minn Ġerusalemm għal Babilonja,+ isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova. 21  Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, l-Alla taʼ Israel, dwar Aħab bin Kolaja u dwar Sedekija bin Magħseja, li qed jipprofetizzawlkom il-gideb f’ismi,+ ‘Ara, qed nagħtihom f’idejn Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja, u hu joqtolhom quddiem għajnejkom.+ 22  U jintużaw bħala saħta mill-eżiljati kollha taʼ Ġuda li qegħdin f’Babilonja, għax jgħidu: “Jalla Ġeħova jagħmillek bħal Sedekija u Aħab,+ li s-sultan taʼ Babilonja xewa fin-nar!”+ 23  għax huma wettqu affarijiet bla sens f’Israel,+ u baqgħu jagħmlu adulterju man-nisa taʼ sħabhom+ u jitkellmu falz f’ismi dak li jien ma kkmandajthomx.+ “‘“U jien dan nafu u xhud tiegħu,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.’” 24  “U lil Semajja+ taʼ Neħelam għidlu, 25  ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, l-Alla taʼ Israel: “Talli bgħatt ittri f’ismek+ lin-nies kollha li hemm f’Ġerusalemm, u lil Sofonija+ bin Magħseja, il-qassis, u lill-qassisin kollha, biex tgħidilhom, 26  ‘Ġeħova għamlek qassis minflok Ġeħojada l-qassis, sabiex tkun l-indokratur il-kbir tad-dar taʼ Ġeħova+ u tarresta lil xi raġel miġnun+ li jkun qed iġib ruħu taʼ profeta u tpoġġih fil-qjud.*+ 27  Imma allura, għala ma ċanfartux lil Ġeremija t’Għanatot,+ li qed iġib ruħu taʼ profeta magħkom?+ 28  Għax għalhekk bagħat jgħidilna f’Babilonja: “Dan l-eżilju hu twil! Ibnu d-djar u għammru fihom, ħawlu l-ġonna u kulu frotthom,+—”’”’” 29  U Sofonija+ l-qassis qara din l-ittra lill-profeta Ġeremija. 30  Imbagħad il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija, tgħid: 31  “Ibgħat għid lill-eżiljati kollha,+ ‘Hekk qal Ġeħova dwar Semajja taʼ Neħelam: “Talli Semajja pprofetizzalkom għalkemm jien ma bgħattux, u pprova jġegħelkom tafdaw fil-gideb,+ 32  hekk qal Ġeħova, ‘Ara, se nitlob kont minn Semajja+ taʼ Neħelam u minn uliedu.’+ “‘“‘Ħadd mil-linja tiegħu ma jgħammar qalb dan il-poplu;+ u hu ma jarax il-ġid li se nagħmel lill-poplu tiegħi,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘għax hu tkellem b’mod ribelluż għall-aħħar kontra Ġeħova.’”’”+

Noti taʼ taħt

Fl-oriġinal hemm żewġ kelmiet, waħda minnhom milli jidher tirreferi għall-“qjud tas-saqajn” u l-oħra għall-“qjud taʼ l-idejn u tar-ras.”