Ġob 13:1-28
13 “Jien rajt dan kolluU smajtu u fhimtu.
2 Dak li tafu intom nafu jien ukoll;M’għandi xejn inqas minnkom.
3 Nippreferi nitkellem maʼ Dak li Jistaʼ Kollox.
Nixtieq niddefendi lili nnifsi quddiem Alla.
4 Imma intom qed tħassru r-reputazzjoni tiegħi bil-gideb;Intom bħal tobba li ma tiswew għal xejn.
5 Kieku tibqgħu b’ħalqkom magħluq,Turu li intom għorrief.
6 Jekk jogħġobkom, isimgħu r-raġunar tiegħi.
U oqogħdu attenti waqt li niddefendi lili nnifsi.
7 Se takkużawni intom b’mod inġust f’isem Alla?
U se titkellmu f’ismu bil-qerq?
8 Se żżommu miegħu?
Se tiddefendu l-każ tal-Alla l-veru?
9 Jekk Alla jeżaminakom, se jieħu pjaċir bikom?
Se tqarrqu bih bħalma tqarrqu bi bniedem?
10 Hu żgur li se jikkoreġikomJekk tipprovaw turu preferenzi bil-moħbi.
11 Ma taħsbux li l-glorja tiegħu se twerwirkomU li se titkexkxu minnu?
12 Il-kliem taʼ għerf* tagħkom ma jiswa xejn bħall-irmied;L-argumenti tagħkom huma fraġli bħal tarki tat-tafal.
13 Oqogħdu kwieti ħalli nitkellem jien.
Imbagħad jiġri li jrid!
14 Għala npoġġi ħajti fil-perikluU nirriskja li mmut?
15 Għalkemm Alla jistaʼ joqtolni, xorta se nafda fih.
Se niddefendi ruħi quddiemu.
16 Imbagħad hu jkun il-wieħed li jsalvani,Għax l-ebda bniedem ħażin* ma jistaʼ jidher quddiemu.
17 Ismaʼ sew dak li se ngħid;Oqgħod attent għal kliemi.
18 Ippreparajt il-każ legali tiegħi;Naf li għandi raġun.
19 Min se jargumenta miegħi?
Jekk ma ngħid xejn immut!*
20 Żewġ affarijiet nitolbok, Alla tiegħi,*Ħalli ma ninħebiex minnek:
21 Iġġegħelnix inbati iktar,U tkomplix tbeżżagħni.
22 Kellimni u jien inwieġbek,Jew ħallini nitkellem, u wiġibni int.
23 X’inhuma l-iżbalji u d-dnubiet li għamilt?
Urini fejn inqast u dnibt.
24 Għala qed tevitaniU tqisni bħala l-għadu tiegħek?
25 Jien bħal tibna u bħal werqa li ttir mar-riħ.
Għala tbeżżagħni u tiġri warajja?
26 Għax int tibqaʼ tikteb l-akkużi li tagħmel kontrija,U ġġegħelni nbati l-konsegwenzi tad-dnubiet taʼ meta kont żgħir.
27 Int irbattli saqajja.*
Toqgħod għassa għal kull fejn immurU għal kull pass li nagħmel.
28 B’hekk, bniedem* jitmermer bħal xi ħaġa mħassra,Bħal biċċa drapp li tittiekel bil-kamla.
Noti taʼ taħt
^ Jew “Il-qwiel.”
^ Jew “l-ebda apostat.”
^ Jew forsi “Jekk xi ħadd jistaʼ jargumenta miegħi, nibqaʼ ma ngħid xejn u mmut.”
^ Letteralment “Żewġ affarijiet biss tagħmillix.”
^ Letteralment “qegħedtli saqajja fil-qjud.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Letteralment “hu,” jistaʼ jirreferi għal Ġob.