Ġob 18:1-21
18 Bildad is-Suħi wieġeb:
2 “Kemm se ddum titkellem b’dan il-mod?
Kieku tirraġuna bis-sens, inkunu nistgħu nitkellmu.
3 Għala tqisna bħall-annimaliU taħseb li aħna injoranti?*
4 Anki jekk tqattaʼ lilek innifsek* biċċiet f’mument taʼ rabja,L-art mhux se tiġi abbandunata minħabba fik,U l-blat mhux se jiċċaqlaq għalik.
5 Id-dawl tal-ħażin se jintefa,U n-nar tiegħu mhux se jibqaʼ jaqbad.
6 Id-dawl fit-tinda tiegħu se jbatti,U l-lampa mdendla fit-tinda tintefa.
7 Hu ma jifdallux saħħa biex jimxi.
Il-pjanijiet kollha tiegħu jfallu.
8 Għax hu se jibqaʼ miexi għal ġox-xibka,U saqajh jitħabblu fiha.
9 Nasba se taqbdu minn siequ;Hu se jinqabad ġo nassa.
10 Hemm ħabel moħbi fl-art għalih,U tpoġġiet nasba minn fejn se jgħaddi.
11 Hu jibżaʼ minn kull ħaġa li hemm madwaru,U l-biżaʼ tibqaʼ tiġri warajh.
12 Is-saħħa tiegħu tonqos,U diżastru se jġiegħlu jzappap.
13 Il-ġilda tiegħu tittiekel;Tiġi fuqu marda kerha.*
14 Jiġi mkaxkar mit-tinda tiegħu, fejn kellu moħħu mistrieħ,U jittieħed għal mewta kerha.*
15 Fit-tinda tiegħu jgħixu nies li ma jafhomx;*U d-dar tiegħu titħalla tinqered bin-nar.*
16 Bħal siġra, l-għeruq tiegħu jinxfuU l-friegħi tiegħu jmutu.
17 Ħadd mhu se jibqaʼ jiftakru fuq l-art,U ħadd ma jkun jaf min kien.*
18 Se jittieħed mid-dawl għal ġod-dlam,U jitkeċċa mid-dinja.
19 Mhux se jkollu tfal u wħud li jiġu minnu fost in-nies,U ħadd mhu se jgħix fejn jgħix hu.
20 In-nies tal-Punent se jibqgħu xxokkjati b’dak li se jiġrilu,U n-nies tal-Lvant se jitwerwru.
21 Hekk se jiġri lil* min jagħmel il-ħażin,U lil* min ma jafx lil Alla.”
Noti taʼ taħt
^ Jew forsi “mhux nodfa.”
^ Jew “ruħek.”
^ Letteralment “L-ewwel imwieled tal-mewt se jikollu l-organi tiegħu.”
^ Letteralment “għand re li jwerwer.”
^ Letteralment “tgħix xi ħaġa li mhux tiegħu.”
^ Jew “bil-kubrit.”
^ Letteralment “Hu mhu se jkollu ebda isem fit-triq.”
^ Letteralment “lit-tinda taʼ.”
^ Letteralment “lill-post taʼ.”