Ġob 3:1-26
3 Kien wara dan li Ġob beda jitkellem u jisħet il-ġurnata taʼ meta twieled.
2 Hu qal:
3 “Nixtieq li l-ġurnata taʼ meta twilidt qatt ma waslet,U lanqas il-lejl meta xi ħadd qal, ‘Twieled tifel!’
4 Ħa tinbidel fi dlam dik il-ġurnata.
Ħa jinsieha Alla;U ma jkunx hemm dawl fiha.
5 Ħalli d-dlam ċappa* jieħu lura dik il-ġurnata.
Ħalli s-sħab tax-xita jgħattiha.
Ħalli taqaʼ dalma tal-biżaʼ fuq dik il-ġurnata.
6 Ħa jkun hemm dlam ċappa dak il-lejl;Ħa ma jkunx hemm ferħ dakinhar;Ħa ma jkunx jeżisti dak il-jum fost il-ġranet tax-xahar.
7 Kien ikun aħjar li ħadd ma twieled dak il-lejl;Ħa ma jkunx hemm ferħ dakinhar.
8 Ħa jisħtuh dawk li jisħtu l-ġurnata,Dawk li lesti li jqajmu l-Levjatan.*
9 Ħa jiddallmu l-istilel taʼ dak il-lejl;Ħa ma jisbaħx filgħoduU ma jkunx hemm raġġi taʼ tlugħ ix-xemx.
10 Għax ommi wellditni dakinhar;U jien qed niffaċċja l-inkwiet.
11 Għala ma mittx f’żaqq ommi?
Għala ma mittx jien u nitwieled?
12 Ommi għalfejn refgħetniU għala tatni nixrob?
13 Għax kieku mitt kont inkun mimdud għall-kwiet;Kieku qiegħed rieqed u mistrieħ
14 Mar-rejiet tad-dinja u dawk li jagħtuhom il-pariri,Li bnew għalihom postijiet li issa huma meqruda,
15 Jew mal-prinċpijiet* li kellhom id-deheb,Li d-djar tagħhom kienu mimlijin bil-fidda.
16 Għala ommi ma korrietx meta kienet tqila bija,U kont inkun bħat-tfal li qatt ma raw id-dawl?
17 Fil-qabar anki l-ħżiena ma jibqgħux jinkwetaw,U l-għajjenin jistrieħu.
18 Hemmhekk il-ħabsin jistrieħu flimkien;U ħadd ma jisforzahom biex jaħdmu.
19 Hemmhekk is-sinjuri u l-foqra huma l-istess,U l-ilsir hu meħlus minn sidu.
20 Għala Alla jħalli ħaj lil min qed ibatiU lil dawk li għandhom inkwiet kbir?*
21 Għala dawk li jixtiequ jmutu ma jmutux?
Huma jfittxu l-mewt iktar milli jfittxu għal teżori moħbija.
22 Huma jifirħu meta jmorru fil-qabar,Iva, jifirħu ħafna.
23 Għala Alla jagħti d-dawl lil xi ħadd li ntilef,Biex imbagħad ma jħallilux minn fejn jgħaddi?
24 Il-qrid tiegħi sar bħal ikel għalija,Il-biki tiegħi hu bħal xmara.
25 Għax qed ngħaddi minn dak li jkexkixni,U qed nesperjenza dak li jbeżżagħni.
26 Ma kellix paċi, kwiet, jew mistrieħ,Imma problemi biss.”
Noti taʼ taħt
^ Jew “id-dlam u d-dell tal-mewt.”
^ Mifhum li jirreferi għall-kukkudrill jew annimal ieħor tal-ilma kbir u b’saħħtu.
^ Jew “mal-uffiċjali ta’ pożizzjoni għolja.”
^ Jew “ruħhom kollha mrar.”