Ħabakkuk 2:1-20

2  Fil-post taʼ l-għassa tiegħi jien se nibqaʼ wieqaf,+ u se nżomm posti fuq is-sur; u se noqgħod għassa,+ biex nara x’se jgħid permezz tiegħi+ u kif se nwieġeb meta jwiddibni.+  U Ġeħova wiġibni u qalli: “Ikteb il-viżjoni, u niżżilha b’mod ċar fuq it-twavel,+ sabiex min jaqraha b’leħen għoli ma jitfixkilx.+  Għax il-viżjoni qed tistenna ż-żmien stabbilit tagħha,+ u tibqaʼ tilheġ lejn it-tmiem, u mhix se tigdeb. Saħansitra jekk iddum, int ibqaʼ stennieha; għax se sseħħ żgur.+ Mhix se tkun tard.  “Ara! Ruħu ntefħet;+ ma kinitx retta fih. Imma l-ġust permezz tal-fedeltà tiegħu jibqaʼ jgħix.+  U, tabilħaqq, l-inbid jittradixxi+ lil raġel b’saħħtu u jġiegħlu jintefaħ bih innifsu;+ u hu ma jilħaqx il-mira tiegħu,+ għalkemm wessaʼ ruħu bħall-Qabar,* u hu bħall-mewt u ma jixbaʼ qatt.+ U jibqaʼ jiġbor lill-ġnus kollha u jiġmaʼ flimkien lill-popli kollha.+  M’humiex dawn kollha se jgħidu qawl+ u rimarka indiretta kontrih, jinsinwaw affarijiet dwaru? U wieħed se jgħid, “‘Gwaj għal min qed ikattar dak li m’huwiex tiegħu+ (kemm se jdum!)+ u jitgħabba b’dejn kbir!  Mhux f’daqqa waħda se jqumu dawk li jitolbu l-imgħax mingħandek, u jistenbħu dawk li qed jheżżuk bis-saħħa, u int issir għalihom xi ħaġa xi jħarbtu?+  Talli int ħarbatt lil ħafna ġnus, dawk kollha li baqaʼ mill-popli se jħarbtu lilek,+ minħabba d-demm tal-bnedmin li xerridt u l-atti vjolenti li għamilt lill-art, il-belt u dawk kollha li jgħammru fiha.+  “‘Gwaj għal min qed jagħmel qligħ għal daru b’mezzi mill-agħar,+ sabiex iqiegħed il-bejta tiegħu fl-għoli u jeħles mill-ħatfa tal-ħsara!+ 10  Int ħsibt xi ħaġa taʼ mistħija għal darek, il-qerda taʼ bosta popli;+ u ruħek qed tidneb.+ 11  Għax sa ġebla minn ġol-ħajt se tgħajjat bid-dwejjaq, u mis-saqaf taʼ l-injam se jkun hemm travu li jwiġibha.+ 12  “‘Gwaj għal min qed jibni belt bit-tixrid taʼ demm, u li waqqaf belt bl-inġustizzja!+ 13  Ara! Mhux minn Ġeħova taʼ l-armati ġej dan, li l-popli se jkomplu jitħabtu biss għan-nar u li l-ġnus se jegħjew għalxejn?+ 14  Għax l-art se tkun mimlija bl-għarfien tal-glorja taʼ Ġeħova bħalma l-ilmijiet jiksu l-baħar.+ 15  “‘Gwaj għal min qed jagħti lil sħabu xi ħaġa x’jixorbu u jżid magħha d-dagħdigħa u r-rabja tiegħu,+ sabiex iġegħelhom jiskru, bl-iskop li jħares lejn il-partijiet tagħhom taʼ mistħija.+ 16  Int ċertament li se timtela bid-diżunur minflok bil-glorja.+ Ixrob int ukoll,+ u ħa titqies mhux ċirkonċiż.+ Il-kies taʼ l-id il-leminija taʼ Ġeħova se jasal għandek,+ u se jkun hemm għajb fuq il-glorja tiegħek; 17  għax il-vjolenza li saret fuq il-Libanu+ se tiġi fuqek, kif ukoll il-ħtif li bih ħtaft u werwirt lill-bhejjem, minħabba d-demm tal-bnedmin li xerridt u l-atti vjolenti li għamilt lill-art,+ il-belt u dawk kollha li jgħammru fiha.+ 18  Xi swiet xbieha skolpita,+ meta dak li sawwarha kien dak li naqaxha? Xi swiet statwa magħmula minn metall imdewweb, u l-għalliem tal-qerq,+ meta min sawwarha tant fada fiha+ li għamel allat bla siwi li ma jitkellmux?+ 19  “‘Gwaj għal min qed jgħid lil biċċa injama: “Stenbaħ!” u lil ġebla muta: “Qum! Din se tgħallimna”!+ Ara! Din miksija bid-deheb u l-fidda,+ u m’hemmx nifs fiha.+ 20  Imma Ġeħova qiegħed fit-tempju qaddis tiegħu.+ Ibqaʼ siekta quddiemu, art kollha!’”+

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.