Ħosea 3:1-5

  • Ħosea jieħu lura lill-mara tiegħu li ma kinitx leali (1-3)

  • Iżrael se jmur lura għand Ġeħova (4, 5)

3  Imbagħad Ġeħova qalli: “Erġaʼ ħobb il-mara li jħobbha raġel ieħor u li qed tagħmel adulterju, bħalma jien, Ġeħova, inħobb lill-poplu t’Iżrael waqt li huma jqimu allat oħrajn u jħobbu ċ-ċapep taż-żbib.”*  Għalhekk xtrajtha għal 15-il biċċa tal-fidda u ħomer* u nofs xgħir.*  Imbagħad għedtilha: “Int se tibqaʼ tiegħi għal ħafna jiem. M’għandekx tagħmilha taʼ prostituta* u m’għandux ikollok relazzjoni sesswali maʼ raġel ieħor. Lanqas jien mhu se jkolli relazzjoni sesswali miegħek.”  Għax għal ħafna żmien,* il-poplu t’Iżrael se jkunu mingħajr re, gvernatur,* sagrifiċċju, pilastru, efod, u statwi tat-terafim.*  Wara, il-poplu t’Iżrael se jiġu lura u jfittxu lil Ġeħova l-Alla tagħhom u lil David ir-re tagħhom. Fl-aħħar jiem huma se jiġu jirtogħdu għand Ġeħova u se jfittxu li jiġu mberkin minnu.

Noti taʼ taħt

Jiġifieri dawk li kienu jintużaw għall-qima falza.
Ħomer kien daqs 220 litru. Ara App. B14.
Jiġifieri barley.
Jew “tagħmel l-immoralità.”
Letteralment “jiem.”
Jew “prinċep.”
Jew “allat tad-dar; idoli.”