Ħosea 7:1-16
7 “Kull darba li nipprova nfejjaq lil Iżrael,Jinkixef l-iżball t’EfrajmU l-ħażen tas-Samarija.
Għax huma jqarrqu;Il-ħallelin jidħlu jisirqu fid-djar u l-gruppi tal-ħallelin jisirqu n-nies fit-toroq.
2 Imma huma lanqas jgħaddilhom minn moħħhom li jien se niftakar il-ħażen kollu tagħhom.
Issa huma mdawrin bil-ħażen tagħhom;Xejn minn dak li jagħmlu mhu moħbi minni.
3 Huma jferrħu lir-re bil-ħażen tagħhomU l-kapijiet* bil-qerq tagħhom.
4 Huma kollha adulteri,Bħal forn li qabbad furnarU li m’għandux għalfejn iqalleb in-nar biex iżommu sħun sakemm qed jagħġen l-għaġina u togħla.
5 Fil-ġurnata tal-festa tar-re, il-kapijiet ma ħassewhomx sewU rrabjaw minħabba l-effett tal-inbid.
Ir-re għamel ħbieb maʼ dawk li jwaqqgħu għaċ-ċajt.
6 Għax huma jersqu lejh b’qalbhom taħraq bħal forn.*
Il-furnar jorqod il-lejl kollu;Filgħodu, il-forn jaqbad sew.
7 Kollha kemm huma jaħarqu bħall-forn,U jibilgħu lill-mexxejja* tagħhom.
Ir-rejiet tagħhom spiċċaw ħażin;Ħadd minnhom ma jgħajjatli għall-għajnuna.
8 Efrajm jitħallat mal-popli.
Efrajm hu bħal ftira msajra minn naħa waħda.
9 L-istranġieri ħadulu saħħtu, imma ma jafx.
U xagħru bjad, imma ma ndunax.
10 Il-kburija t’Iżrael tat xhieda kontrih stess,Imma hu ma darx lura lejja, Ġeħova l-Alla tiegħu,U lanqas ma fittixni minkejja dan kollu.
11 In-nies t’Efrajm huma bħal ħamiema belha li m’għandhiex sens f’moħħha.
Huma talbu lill-Eġittu għall-għajnuna; marru għand l-Assirja biex tgħinhom.
12 Kull fejn imorru, jien se nitfaʼ x-xibka tiegħi fuqhomU nniżżilhom bħall-għasafar.
Jien se niddixxiplinahom bħalma wissejthom.*
13 Ħażin għalihom, għax ħarbu minni!
Ħa jinqerdu, għax dinbu kontrija!
Jien kont lest li nifdihom,* imma huma gidbu fuqi.
14 Għalkemm baqgħu jibku fuq is-sodod tagħhom,Ma talbunix mill-qalb biex ngħinhom.
Huma jqattgħu lilhom infushom biex ikollhom iċ-ċereali* u nbid ġdid;Huma jduru kontrija.
15 Għalkemm iddixxiplinajthom u saħħaħthom,Huma jiħduha kontrija billi jippjanaw dak li hu ħażin.
16 Huma tbiddlu xi ftit, imma ma marrux għall-aħjar;*Bħal qaws laxk, mhumiex taʼ min jafdahom.
Il-kapijiet* tagħhom se jinqatlu bix-xabla minħabba l-kliem ribelluż tagħhom.
Minħabba dan, huma se jiġu mwaqqgħin għaċ-ċajt fl-art tal-Eġittu.”
Noti taʼ taħt
^ Jew “il-prinċpijiet.”
^ Jew forsi “huma jersqu lejh jikkonfoffaw, u qalbhom taħraq bħal forn.”
^ Letteralment “lill-imħallfin.”
^ Letteralment “bħalma wissejt il-ġemgħa tagħhom.”
^ Ara Termini tal-Bibbja Spjegati, “Fidwa.”
^ Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.
^ Letteralment “imma mhux ’il fuq,” jiġifieri ma mxewx wara l-qima vera, li qiegħda fl-għoli.
^ Jew “Il-prinċpijiet.”