Żakkarija 2:1-13

2  U jien erfajt għajnejja u ħarist; u, ara, kien hemm raġel b’ħabel tal-kejl f’idu.+  Għalhekk, jien għedt: “Fejn sejjer?” U qalli: “Sejjer inkejjel lil Ġerusalemm, sabiex nara x’inhi l-wisaʼ tagħha u x’inhu t-tul tagħha.”+  U l-anġlu li kien qed ikellimni telaq minn ħdejja, u kien hemm anġlu ieħor li ġie biex jiltaqaʼ miegħu.  Imbagħad qallu: “Iġri, kellem liż-żagħżugħ hemmhekk, u għidlu: ‘“Ġerusalemm se tkun abitata+ bħal pajjiż fil-kampanja miftuħa, minħabba l-kotra taʼ bnedmin u annimali domestiċi f’nofsha.+  U nsir għaliha,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “ħajt tan-nar dawramejt,+ u nimlieha bil-glorja tiegħi.”’”+  “Isa! Isa! Aħarbu mill-pajjiż tat-tramuntana,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. “Għax xerridtkom maʼ kullimkien fid-direzzjoni taʼ l-erbat irjieħ tas-smewwiet,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.  “Isa, Sijon!+ Aħrab, int li qed tgħammar maʼ bint Babilonja.+  Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Wara ż-żmien tal-glorja+ tiegħu bagħatni għand il-ġnus li kienu qed iħarbtukom.’+ ‘Għax dak li qed imisskom+ qed imiss il-mimmi t’għajnejja.*+  Ara, qed inxejjer idi kontrihom,+ u se jkollhom isiru priża għall-ilsiera tagħhom.’+ U intom se tkunu tafu li Ġeħova taʼ l-armati bagħatni.+ 10  “Għajjat kemm tiflaħ u ifraħ, O bint Sijon;+ għax ġej,+ u se ngħammar f’nofsok,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 11  “U ħafna ġnus se jintrabtu maʼ Ġeħova f’dak il-jum,+ u huma jsiru l-poplu tiegħi;+ u jien se ngħammar f’nofsok.” U se jkollok tkun taf li Ġeħova taʼ l-armati bagħatni għandek.+ 12  U Ġeħova se jieħu lil Ġuda f’idejh bħala sehmu fuq l-art qaddisa,+ u jerġaʼ jagħżel lil Ġerusalemm.+ 13  Isktu, bnedmin kollha, quddiem Ġeħova,+ għax hu qam+ mill-post qaddis fejn jgħammar.+

Noti taʼ taħt

“Il-mimmi t’għajnejja” hija skond l-oriġinal. Is-Soferim bidlu t-test għal “il-mimmi t’għajnejh.”