L-Ewwel Kronaki 2:1-55

  • It-12-il tifel t’Iżrael (1, 2)

  • Id-dixxendenti taʼ Ġuda (3-55)

2  Dawn kienu t-tfal t’Iżrael: Ruben, Simegħon, Levi, Ġuda, Issakar, Żebulun,  Dan, Ġużeppi, Benjamin, Naftali, Gad, u Aser.  It-tfal taʼ Ġuda kienu Għer, Onan, u Selaħ. Dawn it-tlieta twildulu mill-mara Kangħanija, bint Sugħa. Imma Għer, l-ewwel imwieled taʼ Ġuda, kien jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, u għalhekk qatlu.  Ġuda kellu lil Pereż u lil Żeraħ minn Tamar, il-mara tat-tifel tiegħu. B’kollox, Ġuda kellu ħames subien.  It-tfal taʼ Pereż kienu Ħesron u Ħamul.  It-tfal taʼ Żeraħ kienu Żimri, Etan, Ħeman, Kalkol, u Dara. B’kollox, kienu ħamsa.  It-tifel* taʼ Karmi kien Għakar.* Hu kien dak li ġab diżastru* fuq Iżrael għax ma kienx leali u m’obdiex il-kmand dwar dak li kellu jinqered.  It-tifel* taʼ Etan kien Għażarija.  It-tfal taʼ Ħesron kienu Ġeraħmel, Ram, u Kelubaj.* 10  Ram kellu lil Għamminadab. Għamminadab kellu lil Naħson, il-kap taʼ dawk li jiġu minn Ġuda. 11  Naħson kellu lil Salma. Salma kellu lil Bogħaż. 12  Bogħaż kellu lil Għobed. Għobed kellu lil Ġesse. 13  Ġesse kellu lil Eljab, l-ewwel imwieled tiegħu, lil Abinadab it-tieni, lil Simegħa t-tielet, 14  lil Netanel ir-rabaʼ, lil Raddaj il-ħames, 15  lil Osem is-sitta, u lil David is-sebaʼ. 16  Ħuthom il-bniet kienu Seruja u Abigajl. Seruja kellha tliet subien: Abisaj, Ġowab, u Għasael. 17  Abigajl welldet lil Għamasa. Missier Għamasa kien Ġeter l-Ismagħeli. 18  Kaleb* bin Ħesron kellu lil Ġeser, Sobab, u Ardon minn martu Għażuba u minn Ġerigħot. 19  Meta Għażuba mietet, Kaleb iżżewweġ lil Efrata u hi wellditlu lil Ħur. 20  Ħur kellu lil Uri. Uri kellu lil Besalel. 21  Wara dan, Ħesron kellu x’jaqsam maʼ bint Makir missier Gilegħad. Hu żżewwiġha meta kellu 60 sena, u hi wellditlu lil Segub. 22  Segub kellu lil Ġajir, li ħa 23 belt fl-art taʼ Gilegħad. 23  (Iktar tard, in-nies taʼ Gesur u s-Sirja ħadu lil Ħawwot-ġajir mingħand in-nies li kienu jgħixu hemm, flimkien maʼ Kenat u l-bliet li jiddependu minnha,* 60 belt.) Dawn kollha kienu dawk li jiġu minn Makir missier Gilegħad. 24  Wara l-mewt taʼ Ħesron f’Kaleb-efrata, Abija l-mara taʼ Ħesron wellditlu lil Asħur, missier Tekogħa. 25  It-tfal taʼ Ġeraħmel, l-ewwel imwieled taʼ Ħesron, kienu Ram, l-ewwel imwieled, Buna, Oren, Osem, u Aħija. 26  Ġeraħmel iżżewweġ mara oħra jisimha Għatara. Din kienet omm Onam. 27  It-tfal taʼ Ram, l-ewwel imwieled taʼ Ġeraħmel, kienu Magħas, Ġamin, u Għeker. 28  It-tfal taʼ Onam kienu Sammaj u Ġada. It-tfal taʼ Sammaj kienu Nadab u Abisur. 29  Il-mara t’Abisur kien jisimha Abiħajl, li wellditlu lil Aħban u lil Molid. 30  It-tfal taʼ Nadab kienu Seled u Affajm. Imma Seled miet bla tfal. 31  It-tifel* taʼ Affajm kien Isgħi. U t-tifel* taʼ Isgħi kien Sesan, u t-tifel* taʼ Sesan kien Aħlaj. 32  It-tfal taʼ Ġada ħu Sammaj kienu Ġeter u Ġonatan. Imma Ġeter miet bla tfal. 33  It-tfal taʼ Ġonatan kienu Pelet u Żaża. Dawn kienu dawk li jiġu minn Ġeraħmel. 34  Sesan ma kellux subien, imma bniet biss. Hu kellu qaddej Eġizzjan li kien jismu Ġarħa. 35  Sesan żewweġ lil bintu lil Ġarħa, il-qaddej tiegħu, u hi wellditlu lil Għattaj. 36  Għattaj kellu lil Natan. Natan kellu lil Żabad. 37  Żabad kellu lil Eflal. Eflal kellu lil Għobed. 38  Għobed kellu lil Ġeħu. Ġeħu kellu lil Għażarija. 39  Għażarija kellu lil Ħeleż. Ħeleż kellu lil Elegħasa. 40  Elegħasa kellu lil Sismaj. Sismaj kellu lil Sallum. 41  Sallum kellu lil Ġekamija. Ġekamija kellu lil Elisama. 42  It-tfal taʼ Kaleb* ħu Ġeraħmel kienu Mesa, l-ewwel imwieled tiegħu, li kien missier Żif, u t-tfal taʼ Maresah missier Ħebron. 43  It-tfal taʼ Ħebron kienu Koraħ, Taffugħa, Rekem, u Sema. 44  Sema kellu lil Raħam missier Ġorkegħam. Rekem kellu lil Sammaj. 45  It-tifel taʼ Sammaj kien Magħon. Magħon kien missier Bet-sur. 46  Għefa l-konkubina taʼ Kaleb welldet lil Ħaran, Mosa, u Gażeż. Ħaran kellu lil Gażeż. 47  It-tfal taʼ Ġaħdaj kienu Regem, Ġotam, Gesan, Pelet, Għefa, u Sagħaf. 48  Magħka l-konkubina taʼ Kaleb welldet lil Seber u lil Tirħana. 49  Maż-żmien, hi welldet lil Sagħaf missier Madmanna u lil Sewa missier Makbena u Gibegħa. It-tifla taʼ Kaleb kienet Għaksa. 50  Dawn kienu dawk li jiġu minn Kaleb. It-tfal taʼ Ħur l-ewwel imwieled t’Efrata kienu Sobal missier Kirjat-ġegħarim, 51  Salma missier Betlem, u Ħaref missier Bet-gader. 52  It-tfal taʼ Sobal missier Kirjat-ġegħarim kienu Ħarogħe u nofs il-Menuħotin. 53  Il-familji taʼ Kirjat-ġegħarim kienu l-Itrin, il-Putin, is-Sumatin, u l-Misragħin. Minn dawn ġew is-Sorgħatin u l-Estagħolin. 54  It-tfal taʼ Salma kienu Betlem, in-Netofatin, Għatrot-bet-ġowab, nofs il-Manaħatin, u s-Sorgħin. 55  Il-familji tal-iskribi li kienu jgħixu f’Ġabes kienu t-Tirgħatin, is-Simegħatin, u s-Sukatin. Dawn kienu l-Kenin li ġew minn Ħammat, missier il-familja taʼ Rekab.

Noti taʼ taħt

Letteralment “It-tfal.”
Ifisser “Iġib Diżastru; Iġiegħel lil Ħaddieħor Jiġi Mwarrab.” Jissejjaħ ukoll Għakan f’Ġoż 7:1.
Jew “inkwiet.”
Letteralment “It-tfal.”
Jissejjaħ ukoll Kaleb fil-versi 18, 19, u 42.
Jissejjaħ ukoll Kelubaj fil-vers 9.
Jew “taʼ madwarha.”
Letteralment “It-tfal.”
Letteralment “it-tfal.”
Letteralment “it-tfal.”
Jissejjaħ ukoll Kelubaj fil-vers 9.