L-Ewwel Kronaki 27:1-34

  • Uffiċjali fis-servizz tar-re (1-34)

27  Fost l-Iżraelin li kienu fl-armata kien hemm il-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier, il-kapijiet tal-eluf u tal-mijiet, u l-uffiċjali li kienu jieħdu ħsieb dawn il-gruppi għar-re. Dawn kien imisshom xahar kull wieħed fis-sena u kien hemm 24,000 f’kull grupp.  Fuq l-ewwel grupp tal-ewwel xahar kien hemm Ġasobegħam bin Żabdijel, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000.  Hu kien jiġi minn Pereż. Hu kien il-kap tal-kapijiet kollha tal-gruppi li kienu inkarigati jaqdu matul l-ewwel xahar.  Fuq il-grupp tat-tieni xahar kien hemm Dodaj l-Aħoħi, u Miklot kien il-mexxej, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000.  Il-kap tat-tielet grupp inkarigat jaqdi matul it-tielet xahar kien Benaja bin Ġeħojada l-qassis il-kbir, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000.  Benaja kien gwerrier b’saħħtu fost it-30, u kien ukoll kap fuqhom. Ibnu Għammiżabad kien jieħu ħsieb il-grupp.  Ir-rabaʼ wieħed għar-rabaʼ xahar kien Għasael ħu Ġowab, u warajh kien hemm ibnu Żebadija, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000.  Il-ħames kap għall-ħames xahar kien Samħut l-Iżraħi, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000.  Is-sitt wieħed għas-sitt xahar kien Ira bin Ikkes it-Tekogħi, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000. 10  Is-sebaʼ wieħed għas-sebaʼ xahar kien Ħeleż il-Peloni mill-Efrajmin, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000. 11  It-tmien wieħed għat-tmien xahar kien Sibbekaj il-Ħusati miż-Żeraħin, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000. 12  Id-disaʼ wieħed għad-disaʼ xahar kien Abi-għeżer l-Għanatoti mill-Benjamini, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000. 13  L-għaxar wieħed għall-għaxar xahar kien Maħaraj in-Netofati miż-Żeraħin, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000. 14  Il-11-il wieħed għall-11-il xahar kien Benaja l-Piratoni li jiġi minn Efrajm, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000. 15  It-12-il wieħed għat-12-il xahar kien Ħeldaj in-Netofati, li jiġi minn Għotnijel, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000. 16  Dawn kienu l-mexxejja tat-tribujiet t’Iżrael: Eligħeżer bin Żikri minn Ruben; Sefatija bin Magħka minn Simegħon; 17  Ħasabija bin Kemwel minn Levi; Sadok minn Aron; 18  Eliħu, wieħed minn ħut David, minn Ġuda; Għomri bin Mikiel minn Issakar; 19  Ismaja bin Għobadija minn Żebulun; Ġerimot bin Għażrijel minn Naftali; 20  Ħosegħa bin Għażażija minn Efrajm; Ġoel bin Pedaja minn nofs it-tribù taʼ Manasse; 21  Iddo bin Żakkarija minn nofs it-tribù taʼ Manasse f’Gilegħad; Ġagħsijel bin Abner minn Benjamin; 22  u Għażarel bin Ġeroħam minn Dan. Dawn kienu l-kapijiet tat-tribujiet t’Iżrael. 23  David m’għaddhomx lil dawk li kellhom minn 20 sena ’l isfel, għaliex Ġeħova kien wiegħed li jagħmel lill-Iżraelin daqs l-istilel tas-sema. 24  Ġowab bin Seruja kien beda jgħoddhom, imma ma kompliex. Alla rrabja ħafna m’Iżrael* għax kienu għoddew lill-poplu, u l-għadd tagħhom ma tniżżilx fir-rakkont tal-istorja taʼ żmien ir-Re David. 25  Fuq il-post fejn iżommu t-teżori tar-re kien hemm Għażmawet bin Għadijel. Fuq l-imħażen* li kien hemm fl-għelieqi, fil-bliet, fl-irħula, u fit-torrijiet kien hemm Ġonatan bin Użżija. 26  Fuq dawk li kienu jaħdmu fl-għelieqi kien hemm Għeżri bin Kelub. 27  Simgħi r-Ramati kien fuq l-għelieqi tad-dwieli u Żabdi s-Sifmi kien fuq l-imħażen tal-inbid. 28  Fuq is-siġar taż-żebbuġ u s-siġar tal-ġummajż* li kienu fis-Sefela kien hemm Bagħal-ħanan il-Gederi u fuq l-imħażen taż-żejt kien hemm Ġogħas. 29  Fuq l-imrieħel tal-baqar li kienu jirgħaw fis-Saron kien hemm Sitraj is-Saroni u fuq l-imrieħel tal-baqar fil-pjanuri tal-widien* kien hemm Safat bin Għadlaj. 30  Fuq l-iġmla kien hemm Obil l-Ismagħeli u fuq il-ħmir nisa kien hemm Ġeħdeja l-Meronoti. 31  U fuq l-imrieħel tan-nagħaġ kien hemm Ġażiż il-Ħagri. Dawn kollha kienu l-kapijiet fuq il-ġid tar-Re David. 32  Ġonatan in-neputi taʼ David kien jagħti l-pariri, kapaċi jifhem, u kien segretarju. Ġeħijel bin Ħakmoni kien jieħu ħsieb it-tfal tar-re. 33  Aħitofel kien jagħti l-pariri lir-re u Ħusaj l-Arki kien il-ħabib tar-re.* 34  Wara Aħitofel kien hemm Ġeħojada bin Benaja u Abjatar. U Ġowab kien il-kap tal-armata tar-re.

Noti taʼ taħt

Letteralment “U r-rabja kienet fuq Iżrael.”
Jew “il-postijiet fejn iżommu t-teżori.”
Tip taʼ siġar tat-tin.
Jew “fil-pjanuri l-baxxi.”
Jew “il-ħabib li kien jiftaħ qalbu miegħu r-re.”