L-Ewwel Kronaki 9:1-44

  • Il-linja ġenealoġika wara li ġew lura mill-eżilju (1-34)

  • Il-linja tal-familja taʼ Sawl irripetuta (35-44)

9  L-Iżraelin kollha kienu rreġistrati skont il-linja ġenealoġika, u isimhom hu miktub fil-Ktieb tar-Rejiet t’Iżrael. U n-nies taʼ Ġuda ttieħdu fl-eżilju f’Babilonja minħabba n-nuqqas taʼ lealtà tagħhom.  L-ewwel nies li marru lura f’arthom u fil-bliet tagħhom kienu xi Iżraelin, il-qassisin, il-Leviti, u l-qaddejja tat-tempju.*  U xi wħud minn dawk li jiġu minn Ġuda, Benjamin, Efrajm, u Manasse li ssetiljaw f’Ġerusalemm kienu:  Minn dawk li jiġu minn Pereż bin Ġuda, Utaj bin Għammiħud, bin Għomri, bin Imri, bin Bani.  U minn dawk li jiġu minn Selaħ, Għasaja l-ewwel imwieled u t-tfal tiegħu.  U minn dawk li jiġu minn* Żeraħ, Ġegħuwel. Magħhom ġew lura 690 minn ħuthom.  U minn dawk li jiġu minn Benjamin, Sallu bin Mesullam, bin Ħodawija, bin Ħassenugħa,  Ibneja bin Ġeroħam, Elah bin Użżi, bin Mikri, u Mesullam bin Sefatija, bin Regħwel, bin Ibnija.  U ħuthom skont id-dixxendenza tagħhom kienu 956. Dawn kollha kienu kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier.* 10  U mill-qassisin kien hemm Ġedaja, Ġeħojarib, Ġakin, 11  u Għażarija bin Ħilkija, bin Mesullam, bin Sadok, bin Merajot, bin Aħitub, li kien mexxej tad-dar* tal-Alla l-veru. 12  Kien hemm ukoll Għadaja bin Ġeroħam, bin Pasħur, bin Malkija, Magħsaj bin Għadijel, bin Ġaħżera, bin Mesullam, bin Mesillemit, bin Immer, 13  u ħuthom, kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier, 1,760 raġel kuraġġuż u kapaċi fis-servizz tad-dar tal-Alla l-veru. 14  U mil-Leviti kien hemm Semajja bin Ħassub, bin Għażrikam, bin Ħasabija minn dawk li jiġu minn Merari; 15  u Bakbakkar, Ħeres, Galal, u Mattanija bin Mika, bin Żikri, bin Asaf, 16  Għobadija bin Semajja, bin Galal, bin Ġedutun, u Berekija bin Asa, bin Elkana, li kien qed jgħix fl-irħula tan-Netofatin. 17  L-għassiesa tal-bibien kienu Sallum, Għakkub, Talmon, u Aħiman. Ħuhom Sallum kien il-kap 18  u sa dak iż-żmien hu kien f’bieb ir-re lejn il-Lvant. Dawn kienu l-għassiesa tal-bibien tal-kampijiet tal-Leviti. 19  U Sallum bin Kore, bin Ebjasaf, bin Koraħ, u ħutu minn dar missieru, jiġifieri l-Koraħin, kienu jieħdu ħsieb ix-xogħol tas-servizz bħala l-għassiesa tal-bibien tat-tinda. U missirijiethom kienu jieħdu ħsieb il-kamp taʼ Ġeħova bħala l-għassiesa tad-daħla. 20  Fil-passat, Fineħas bin Elegħażar kien il-mexxej tagħhom u Ġeħova kien miegħu. 21  Żakkarija bin Meselemija kien l-għassies tal-bieb tad-daħla tat-tinda tal-laqgħa. 22  Dawk kollha li ntgħażlu bħala għassiesa mal-bibien kienu 212. Dawn kienu fl-irħula tagħhom skont ir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika tagħhom. Lil dawn, David u Samwel il-profeta* fdawhom b’dan ix-xogħol. 23  Huma u t-tfal tagħhom kienu jieħdu ħsieb is-servizz tal-għassa tal-bibien tad-dar taʼ Ġeħova, jiġifieri t-tinda. 24  L-għassiesa tal-bibien kienu lejn l-erbaʼ naħat—il-Lvant, il-Punent, it-Tramuntana, u n-Nofsinhar. 25  Minn żmien għal żmien, ħuthom kellhom jiġu mill-irħula tagħhom biex jaqdu magħhom għal sebat ijiem. 26  Erbaʼ kapijiet* tal-għassiesa tal-bibien, li kienu Leviti, ġew fdati biex jieħdu ħsieb il-kmamar tal-ikel u l-post fejn iżommu t-teżori fid-dar tal-Alla l-veru. 27  Huma kienu jqattgħu l-lejl fl-għases tagħhom madwar id-dar tal-Alla l-veru, għax kienu jieħdu ħsieb is-servizz tal-għassa u kellhom jiftħu l-bibien kull filgħodu. 28  Xi wħud minnhom kienu jieħdu ħsieb l-għodod tas-servizz. Kienu jgħodduhom meta jdaħħluhom u meta joħorġuhom. 29  Xi wħud minnhom kienu inkarigati biex jieħdu ħsieb l-għodod, l-għodod qaddisin kollha, id-dqiq fin, l-inbid, iż-żejt, l-inċens abjad, u ż-żejt tal-balzmu. 30  Xi wħud mit-tfal tal-qassisin kienu jagħmlu t-taħlita tal-ingwent miż-żejt tal-balzmu. 31  U Mattitija mil-Leviti, li kien l-ewwel imwieled taʼ Sallum il-Koraħi, kien fdat jieħu ħsieb l-affarijiet li jissajru fil-forn. 32  Xi wħud minn ħuthom il-Keħatin kellhom ir-responsabbiltà li jippreparaw il-ħobż tal-preżenza* kull sabat. 33  Dawn kienu l-kantanti, il-kapijiet min-naħa tal-missier tal-Leviti li kienu fil-kmamar tal-ikel. Huma kienu meħlusin minn xogħol ieħor, għax kellhom ir-responsabbiltà li jkunu xogħol billejl u binhar. 34  Dawn kienu l-kapijiet min-naħa tal-missier tal-Leviti skont id-dixxendenza tagħhom. Dawn il-kapijiet kienu jgħixu Ġerusalemm. 35  Missier Gibegħon, Ġegħijel, kien jgħix f’Gibegħon. Martu kienet Magħka. 36  U l-ewwel imwieled tiegħu kien Għabdon, u mbagħad kellu lil Żur, Kis, Bagħal, Ner, Nadab, 37  Gedor, Aħjo, Żakkarija, u Miklot. 38  Miklot kellu lil Simegħam. U lkoll kienu jgħixu viċin ħuthom f’Ġerusalemm, flimkien maʼ ħuthom l-oħrajn. 39  Ner kellu lil Kis, Kis kellu lil Sawl, u Sawl kellu lil Ġonatan, Malki-sugħa, Abinadab, u Esbagħal. 40  U bin Ġonatan kien Merib-bagħal. Merib-bagħal kellu lil Mikea. 41  U t-tfal taʼ Mikea kienu Piton, Melek, Taregħa, u Aħaż. 42  Aħaż kellu lil Ġagħra, u Ġagħra kellu lil Għalemet, Għażmawet, u Żimri. Żimri kellu lil Mosa. 43  Mosa kellu lil Binegħa, Binegħa kellu lil Refaja, Refaja kellu lil Elegħasa, u Elegħasa kellu lil Asel. 44  Asel kellu sitt subien: Għażrikam, Bokeru, Ismagħel, Segħarija, Għobadija, u Ħanan. Dawn kienu t-tfal taʼ Asel.

Noti taʼ taħt

Jew “in-Netinin.” Letteralment “dawk li ngħataw,” jiġifieri biex jaqdu lil Alla.
Letteralment “mit-tfal taʼ.”
Letteralment “kapijiet tal-missirijiet għad-dar taʼ missirijiethom.”
Jew “tat-tempju.”
Letteralment “il-veġġent.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “setgħanin.”
Letteralment “ħobż impoġġi f’ordni.”