Eżekjel 27:1-36
27 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:
2 “U int, O bin il-bniedem, għanni għanja taʼ niket dwar Tir,+
3 u għid lil Tir,
“‘O int li tgħammar fid-daħliet tal-baħar,+ in-negozjanta mal-popli taʼ ħafna gżejjer,+ hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “O Tir, int għedt, ‘Sbuħiti perfetta.’+
4 It-territorji tiegħek huma f’nofs l-ibħra.+ Dawk li bnewk għamlu s-sbuħija tiegħek perfetta.+
5 Għamlu t-twavel kollha tiegħek mill-injam tal-ġnibru li ġie mis-Senir.*+ U mil-Libanu ħadu siġra taċ-ċedru+ biex jagħmlulek arblu.
6 Mis-siġar immensi tal-Basan għamlulek l-imqadef, u l-pruwa tiegħek għamluha biċ-ċipress ingastat bl-avorju, mill-gżejjer taʼ Kittim.+
7 Id-drapp użat għall-qlugħ tiegħek kien għażel taʼ l-Eġittu,+ imżewwaq b’ħafna kuluri. U l-għata tal-gverta tiegħek kienet magħmula minn ħajt blu+ u suf miżbugħ vjola ħamrani+ mill-gżejjer t’Elisa.+
8 “‘“L-abitanti taʼ Sidon+ u Arwad+ saru l-qaddiefa tiegħek. In-nies tas-sengħa+ li kienu fik, O Tir, kienu l-baħrin tiegħek.+
9 Fik kellek ukoll ix-xjuħ taʼ Gebal+ u n-nies tas-sengħa tagħha sabiex isewwulek ix-xquq.+ Il-bastimenti kollha taʼ fuq il-baħar u l-baħħara tagħhom kienu jiġu għandek sabiex ipartu l-merkanzija.
10 Persjani,+ Ludin,+ u rġiel minn Put+ kienu fil-qawwa militari tiegħek, il-gwerriera tiegħek. It-tarka u l-elmu dendluhom fik.+ Huma kienu li tawk ġmielek.
11 Ulied Arwad,+ flimkien mal-qawwa militari tiegħek, kienu fuq is-swar tiegħek dawramejt, u l-irġiel taʼ ħila fit-torrijiet tiegħek. It-tarki tondi tagħhom dendluhom mas-swar kollha dawramejt.+ Dawn kienu li għamlulek sbuħitek perfetta.
12 “‘“Tarsis+ kien jinnegozja miegħek minħabba l-abbundanza taʼ kull xorta t’affarijiet taʼ valur.+ Il-merkanzija tiegħek kienet titpartat mal-fidda, il-ħadid, il-landa, u ċ-ċomb tiegħu.+
13 Ġawan,+ Tubal,+ u Mesek+ kienu jinnegozjaw miegħek. Il-merkanzija tiegħek kienet titpartat mal-ħajja tal-bnedmin*+ u oġġetti tar-ram aħmar.
14 Minn dar Togarma+ ġew żwiemel u żwiemel tal-ġiri u bgħula, li ksibthom bil-merkanzija tiegħek.
15 Ulied Dedan+ kienu jinnegozjaw miegħek; ħafna gżejjer kienu merkanti mħaddmin miegħek; u kienu jħallsuk b’għotjiet t’avorju+ u ebbanu.
16 Edom kien jinnegozja miegħek minħabba l-abbundanza taʼ prodotti tiegħek. Il-merkanzija tiegħek kienet titpartat mat-turkina,+ suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal imżewwaq b’ħafna kuluri, drapp fin, qroll, u rubini.
17 “‘“Ġuda u l-art taʼ Israel kienu jinnegozjaw miegħek. Il-merkanzija tiegħek kienet titpartat+ mal-qamħ+ taʼ Minnit,+ affarijiet speċjali taʼ l-ikel, għasel,+ żejt, u balzmu.+
18 “‘“Damasku+ kienet tinnegozja miegħek bl-inbid+ taʼ Ħelbon u bis-suf griż ħamrani għall-abbundanza taʼ prodotti tiegħek, għax int kellek abbundanza taʼ kull xorta t’affarijiet taʼ valur.
19 Vedan u Ġawan minn Użal kienu jpartu l-merkanzija tagħhom miegħek. Ħadid maħdum, kassja, u qasab+ aromatiku kienu jpartu miegħek.
20 Dedan+ kien jinnegozja miegħek drapp minsuġ użat għal mas-sarġ.
21 L-Għarab+ u l-kapijiet ewlenin kollha taʼ Kedar+ kienu merkanti mħaddmin miegħek. Huma kienu jinnegozjaw miegħek bil-ħrief, bl-imtaten, u bil-bdabad.+
22 In-negozjanti taʼ Xeba+ u Ragħma+ kienu jinnegozjaw miegħek; għall-ifjen fwieħa u għal kull xorta taʼ ħaġar prezzjuż u deheb kienet tingħata+ l-merkanzija tiegħek.
23 Ħaran+ u Kanne u Għeden,+ in-negozjanti taʼ Xeba,+ Assur,+ u Kilmad kienu jinnegozjaw miegħek.
24 Fis-suq tiegħek kienu jinnegozjaw miegħek ħwejjeġ il-ġmiel tagħhom, imnatar taʼ materjal blu u taʼ materjal imżewwaq b’ħafna kuluri, tapiti maħdumin b’żewġ kuluri, u ħbula mmaljati u b’saħħithom.
25 “‘“Il-bastimenti taʼ Tarsis+ kienu l-karavani tiegħek biex iġorrulek l-oġġetti tiegħek għat-tpartit, sabiex int timtela bil-ġid u b’ħafna glorja f’nofs baħar miftuħ.+
26 “‘“Il-qaddiefa tiegħek ħarġuk f’ilmijiet vasti.+ Ir-riħ mil-lvant farrkek fil-qalba taʼ baħar miftuħ.+
27 L-affarijiet taʼ valur tiegħek u l-merkanzija tiegħek,+ l-oġġetti tiegħek għat-tpartit,+ il-baħħara u l-baħrin tiegħek,+ dawk li jsewwu x-xquq+ u dawk li jpartu l-merkanzija tiegħek u l-gwerriera kollha tiegħek,+ li huma fik u fil-ġemgħa kollha tiegħek, li qegħdin f’nofsok,—f’jum il-waqgħa tiegħek se jaqgħu fil-qalba taʼ baħar miftuħ.+
28 “‘“Mal-ħoss taʼ l-għajat tal-baħrin tiegħek, il-kampanja kollha se titriegħed.+
29 U dawk kollha li jħaddmu l-moqdief, il-baħħara, u l-baħrin kollha taʼ fuq il-baħar, jinżlu mill-bastimenti tagħhom u jibqgħu fuq l-art.+
30 U jsemmgħu leħinhom u jibku biki taʼ mrar għalik.+ U jitfgħu t-trab fuq rashom,+ u jitmiegħku fl-irmied.+
31 U jqaxxru xagħarhom qargħa+ u jitħażżmu bl-ilbies taʼ l-ixkora+ u jibkuk fl-imrar taʼ ruħhom,+ b’biki taʼ mrar.
32 U huma u jnewħu, jgħannu għanja taʼ niket u jkantaw dwarek,+
“‘“‘Min hu bħal Tir,+ bħal dik li ġiet imsikkta f’nofs taʼ baħar?+
33 Meta l-merkanzija tiegħek+ kienet toħroġ fuq il-baħar miftuħ,+ kont ixxebbaʼ ħafna popli.+ Bl-abbundanza tiegħek t’affarijiet taʼ valur u t’oġġetti għat-tpartit imlejt bl-għana lis-slaten taʼ l-art.+
34 Issa int tfarrakt mill-baħar miftuħ, f’ilmijiet fondi.+ U l-oġġetti tiegħek għat-tpartit u l-ġemgħa kollha tiegħek+ waqgħu miegħek.
35 L-abitanti kollha tal-gżejjer+ se jistagħġbu u jiċċassaw lejk, u s-slaten tagħhom se jkollhom jirtogħdu bil-biżaʼ.+ L-uċuħ jidhru mħawdin.+
36 U l-merkanti fost il-popli jsaffru bi stagħġib minħabba fik.+ Inġib fuqek gwaj għal għarrieda, u ma tibqax teżisti għal żmien indefinit.’”’”+