Eżekjel 28:1-26

28  U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:  “Bin il-bniedem, għid lill-mexxej taʼ Tir, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “‘“Talli qalbek saret supperva,+ u tibqaʼ tgħid, ‘Jien alla.+ Poġġejt fejn ipoġġi alla,+ fil-qalba taʼ baħar miftuħ,’+ mentri int bniedem,+ mhux alla,+ u tibqaʼ tagħmel qalbek bħal dik t’alla—  Ara, int iktar għaref minn Danjel.+ M’hemmx sigriet li ma tifhmux.+  Bl-għerf u d-dixxerniment tiegħek ksibt għalik l-għana u bqajt iġġib id-deheb u l-fidda fl-imħażen tiegħek.+  Bl-abbundanza t’għerfek,+ bin-negozju tiegħek,+ kattart l-għana tiegħek,+ u qalbek bdiet tissuppervja bl-għana tiegħek.”’+  “‘Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Talli tagħmel qalbek bħall-qalb t’alla,+  se nġib fuqek l-istranġieri,+ it-tiranni tal-ġnus,+ u huma jisiltu sjufhom kontra s-sbuħija t’għerfek u jkasbru l-ġmiel kbir tiegħek.+  Iniżżluk fil-ħofra,+ u int tmut bħal xi ħadd maqtul fil-qalba taʼ baħar miftuħ.+  Imbagħad, meta tiġi f’id dawk li jkasbruk, se tibqaʼ tgħid, ‘Jien alla,’ quddiem min joqtlok,+ meta m’intix alla imma biss bniedem?”’+ 10  “‘Bil-mewta taʼ nies mhux ċirkonċiżi se tmut int minn id l-istranġieri,+ għax jien tkellimt,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.” 11  U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 12  “Bin il-bniedem, għanni għanja taʼ niket dwar is-sultan taʼ Tir,+ u għidlu, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “‘“Int is-siġill tal-perfezzjoni, kollok għerf+ u perfett fi sbuħitek.+ 13  Int kont fl-Għeden,+ il-ġnien t’Alla. Kont mgħotti b’kull ħaġra prezzjuża: rubin, topazju, u djaspru; krisolitu, oniċi,+ u ġada; żaffir, turkina,+ u żmerald; u dan il-ħaġar prezzjuż li kont liebes kien ingastat fid-deheb. Tħejjew dakinhar li nħloqt. 14  Int il-kerubin midluk bi ġwinħajh mifruxin, u kont jien li ħtartek. Int kont fuq il-muntanja qaddisa t’Alla.+ Kont timxi f’nofs il-ġebel tan-nar. 15  Minn dakinhar li nħloqt kont bla nuqqas fi triqatek,+ sakemm instabet l-inġustizzja fik.+ 16  “‘“Minħabba l-abbundanza tan-negozju tiegħek,+ imtlejt bil-vjolenza, u bdejt tidneb.+ U jien inkeċċik minn fuq il-muntanja t’Alla bħala wieħed profan, u neqirdek+ minn nofs il-ġebel tan-nar, O kerubin bi ġwinħajh mifruxin. 17  “‘“Qalbek saret supperva minħabba sbuħitek.+ Irrovinajt għerfek minħabba l-ġmiel kbir tiegħek.+ Maʼ l-art nixħtek,+ u npoġġik quddiem is-slaten, biex iħarsu lejk.+ 18  “‘“Bil-kotra taʼ l-iżbalji tiegħek,+ bl-inġustizzja tan-negozju tiegħek,+ int ipprofanajt is-santwarji tiegħek. U noħroġ nar minn ġo fik, u jibilgħek.+ U nagħmlek irmied fuq l-art quddiem għajnejn dawk kollha li jarawk.+ 19  U dawk kollha li jafuk fost il-popli jistagħġbu u jiċċassaw lejk.+ Inġib fuqek gwaj għal għarrieda, u ma tibqax teżisti għal żmien indefinit.”’”+ 20  U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 21  “Bin il-bniedem, dawwar wiċċek lejn Sidon,+ u pprofetizza kontriha. 22  U għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, jien kontrik,+ O Sidon, u jien se niġi glorifikat f’nofsok;+ u n-nies se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova meta nwettaq atti taʼ ġudizzju+ fiha u nitqaddes permezz tagħha.+ 23  U nibagħtilha l-pesta, u d-demm jiġri fi triqatha.+ U l-maqtulin jaqgħu f’nofsha bis-sejf li jiġi kontriha minn kull naħa;+ u n-nies se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.+ 24  U qatt iżjed ma jkun hemm xewk+ li jniggeż jew xewk li jweġġaʼ kontra dar Israel mingħand dawk kollha taʼ madwarhom, dawk li qed iżebilħuhom; u n-nies se jkollhom ikunu jafu li jien il-Mulej Sovran Ġeħova.”’ 25  “‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Meta niġbor flimkien lil dar Israel minn fost il-popli li xterdu fihom,+ jien nitqaddes fosthom quddiem għajnejn il-ġnus.+ U huma jgħammru f’arthom+ li jien tajt lill-qaddej tiegħi, lil Ġakobb.+ 26  U huma jgħammru fiha fis-sigurtà+ u jibnu d-djar+ u jħawlu l-għelieqi bid-dwieli,+ u jgħixu fis-sigurtà+ meta nwettaq atti taʼ ġudizzju fuq dawk kollha taʼ madwarhom li jżebilħuhom;+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova Alla tagħhom.”’”

Noti taʼ taħt