Eżekjel 43:1-27

43  Imbagħad ħadni ħdejn il-bieb, il-bieb li jħares lejn il-lvant.+  U l-glorja+ t’Alla taʼ Israel kienet ġejja mid-direzzjoni tal-lvant,+ u leħnu kien bħal-leħen taʼ ilmijiet kbar;+ u l-art infisha bdiet tiddi minħabba l-glorja tiegħu.+  U d-dehra kienet bħall-viżjoni li kont rajt,+ bħall-viżjoni li rajt meta kelli nagħmel lill-belt ħerba;+ u rajt affarijiet bħal dawk tad-dehra li rajt ħdejn ix-xmara Kebar,+ u nxtħett wiċċi fl-art.  U l-glorja+ taʼ Ġeħova daħlet fid-Dar mill-bieb li n-naħa taʼ quddiem tiegħu kienet tħares lejn il-lvant.+  U spirtu qajjimni+ u daħħalni fil-bitħa taʼ ġewwa, u, ara, id-Dar kienet imtliet bil-glorja taʼ Ġeħova.+  U bdejt nismaʼ lil xi ħadd ikellimni minn ġewwa d-Dar,+ u r-raġel kien wieqaf ħdejja.+  U Hu qalli: “Bin il-bniedem, dan hu l-post tat-tron tiegħi+ u l-post taʼ qiegħ saqajja,+ fejn se ngħammar f’nofs ulied Israel għal żmien indefinit;+ u huma, dar Israel, ma jibqgħux ikasbru lil ismi l-qaddis,+ huma u s-slaten tagħhom,+ biż-żína tagħhom u bl-idoli li huma qdew bħala slaten,*+  billi jagħmlu l-għatba tagħhom maʼ l-għatba tiegħi u l-koxxa tal-bieb tagħhom ħdejn il-koxxa tal-bieb tiegħi, bil-ħajt biss bejni u bejnhom.+ U kasbru lil ismi l-qaddis bl-affarijiet mistkerrhin li għamlu,+ u għalhekk qridthom għalkollox fir-rabja tiegħi.+  Issa, ħalli jwarrbu ż-żína tagħhom+ u l-katavri tas-slaten tagħhom ’il bogħod minni,+ u jien ngħammar f’nofshom għal żmien indefinit.+ 10  “U int, O bin il-bniedem, għarraf lil dar Israel dwar id-Dar,+ sabiex iħossuhom umiljati minħabba l-iżbalji tagħhom,+ u huma għandhom iqisu t-tifsila tagħha. 11  U jekk iħossuhom umiljati minħabba dak kollu li għamlu, għarrafhom il-pjanta taʼ l-art tad-Dar,+ u l-arranġament tagħha u l-postijiet tal-ħruġ u d-dħul tagħha, u l-pjanti kollha tagħha u d-dettalji kollha tagħha, u l-pjanti kollha tagħha u l-liġijiet kollha tagħha u iktibhom quddiem għajnejhom, sabiex ikunu jistgħu josservaw il-pjanta kollha tagħha u d-dettalji kollha tagħha u jwettquhom.+ 12  Din hi l-liġi tad-Dar. Fuq il-quċċata tal-muntanja, it-territorju kollu tagħha dawramejt hu xi ħaġa mill-iktar qaddisa.+ Ara! Din hi l-liġi tad-Dar. 13  “U dawn huma l-qisien taʼ l-artal bil-kubiti,+ kubitu li huwa kubitu u wisaʼ taʼ id.+ Il-qiegħ tiegħu hu kubitu. U l-wisaʼ hi kubitu. U għandu xoffa max-xifer tiegħu dawramejt, għolja xiber. U din hi l-bażi taʼ l-artal. 14  U mill-qiegħ maʼ l-art sa l-ixkaffa taʼ taħt taʼ mad-dawra hemm żewġ kubiti. U mill-ixkaffa ż-żgħira taʼ mad-dawra sa l-ixkaffa l-kbira taʼ mad-dawra hemm erbaʼ kubiti, u l-wisaʼ tagħha hi kubitu. 15  U l-fuklar taʼ l-artal hu erbaʼ kubiti, u ħerġin ’il fuq minn ġol-fuklar taʼ l-artal hemm l-erbat iqrun.+ 16  U l-fuklar taʼ l-artal twil tnax-il kubitu, u wiesaʼ tnax-il kubitu,+ u huwa kwadru fuq l-erbaʼ naħat tiegħu.+ 17  U l-ixkaffa taʼ mad-dawra hi twila erbatax-il kubitu, u wiesgħa erbatax-il kubitu, fl-erbaʼ naħat tagħha; u x-xifer taʼ mad-dawra hu taʼ nofs kubitu, u l-qiegħ huwa kubitu dawramejt. “U t-taraġ tiegħu jħares lejn il-lvant.” 18  U qalli: “Bin il-bniedem, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Dawn huma l-istatuti taʼ l-artal mogħtijin dakinhar li ntgħamel, sabiex jiġu offruti fuqu offerti sħaħ tal-ħruq+ u biex jitraxxax fuqu d-demm.’+ 19  “‘Lill-qassisin Levitiċi,+ li huma minn ulied Sadok,+ dawk li jersqu lejja,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘biex jaqduni, agħtihom barri żgħir, wild il-merħla, bħala offerta għad-dnub.+ 20  U trid tieħu ftit minn demmu u tqiegħdu fuq l-erbat iqrun tiegħu u fuq l-erbaʼ kantunieri taʼ l-ixkaffa taʼ mad-dawra u fuq ix-xifer dawramejt u tippurifikah mid-dnub+ u tagħmel tpattija għalih.+ 21  U trid tieħu l-barri żgħir, l-offerta għad-dnub, u jridu jaħarquh fil-post stabbilit tad-Dar, barra s-santwarju.+ 22  U fit-tieni jum trid tressaq bodbod, bla difett, bħala offerta għad-dnub; u jippurifikaw l-artal mid-dnub bħalma ppurifikawh mid-dnub bil-barri żgħir.’ 23  “‘U meta ttemm il-purifikazzjoni mid-dnub ressaq barri żgħir bla difett, wild il-merħla, u muntun bla difett mill-merħla. 24  U trid tressaqhom quddiem Ġeħova, u l-qassisin iridu jitfgħulhom il-melħ u joffruhom+ bħala offerta sħiħa tal-ħruq lil Ġeħova. 25  Għal sebat ijiem toffri bodbod kuljum+ bħala offerta għad-dnub; u huma joffru barri żgħir, wild il-merħla, u muntun mill-merħla, li jkunu perfetti. 26  Għal sebat ijiem jagħmlu tpattija+ għall-artal, u jnaddfuh u jħejjuh. 27  U huma jtemmu l-jiem. U fit-tmien jum+ u minn dakinhar ’il quddiem il-qassisin joffru fuq l-artal l-offerti sħaħ tal-ħruq tagħkom u tas-sagrifiċċji taʼ sħubija* tagħkom; u jien nieħu pjaċir bikom,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”

Noti taʼ taħt

Letteralment, “u bil-katavri tas-slaten tagħhom f’mewthom.”
Jew, “sagrifiċċji taʼ sliem.” Sagrifiċċji li fihom il-qassis, l-aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.