Ekkleżjasti 3:1-22

  • Hemm żmien għalkollox (1-8)

  • Li tgawdi l-ħajja hu rigal mingħand Alla (9-15)

    • Ix-xewqa li n-nies jgħixu għal dejjem (11)

  • Alla jiġġudika lil kulħadd bil-ġustizzja (16, 17)

  • In-nies u l-annimali fl-aħħar mill-aħħar kollha se jmutu (18-22)

    • Kollha se jerġgħu jsiru trab (20)

3  Hemm żmien għalkollox,Kull ħaġa għandha l-ħin tagħha taħt is-sema:   Żmien li titwieled u żmien li tmut;Żmien li tħawwel u żmien li taqlaʼ;   Żmien li toqtol u żmien li tfejjaq;Żmien li twaqqaʼ u żmien li tibni;   Żmien li tibki u żmien li tidħaq;Żmien li turi li int imdejjaq u żmien li tiżfen;*   Żmien li tarmi l-ġebel u żmien li tiġbru;Żmien li tgħannaq u żmien li ma tgħannaqx;   Żmien li tfittex xi ħaġa u żmien li tqisha bħala mitlufa;Żmien li żżomm u żmien li tarmi;   Żmien li ċċarrat u żmien li tħit;Żmien li toqgħod kwiet u żmien li titkellem;   Żmien li tħobb u żmien li tobgħod;Żmien għall-gwerra u żmien għall-paċi.  X’se jieħu l-ħaddiem mill-isforzi kollha tiegħu? 10  Jien rajt ix-xogħol li Alla ta lill-bnedmin biex iżommhom okkupati. 11  Hu għamel kollox sabiħ* u f’waqtu. Hu saħansitra ta lin-nies ix-xewqa li jgħixu għal dejjem,* imma dawn qatt mhu se jifhmu eżatt* l-affarijiet li għamel l-Alla l-veru. 12  Jien wasalt għall-konklużjoni li m’hemm xejn aħjar għalihom ħlief li jifirħu u jagħmlu dak li hu tajjeb tul ħajjithom. 13  Ukoll li kulħadd jiekol, jixrob, u jieħu pjaċir bix-xogħol iebes kollu tiegħu. Dan hu rigal mingħand Alla. 14  Jien sirt naf li kulma jagħmel l-Alla l-veru se jibqaʼ għal dejjem. M’hemm xejn xi żżid miegħu u m’hemm xejn xi tnaqqas minnu. L-Alla l-veru għamel kollox b’dan il-mod biex in-nies jirrispettawh ħafna.* 15  Kulma jiġri, diġà ġara, u dak li ġej, diġà sar. Imma l-Alla l-veru se jagħti lin-nies dak li jixxennqu għalih.* 16  Taħt ix-xemx, jien rajt ukoll li minflok il-ġustizzja kien hemm il-ħażen, u minflok is-sewwa, il-ħażen. 17  Allura għedt f’qalbi: “L-Alla l-veru se jiġġudika lill-ġusti u lill-ħżiena, għax hemm żmien għal kull ħaġa li għandha ssir.” 18  F’qalbi għedt ukoll li l-Alla l-veru se jittestja lin-nies u jurihom li huma bħall-annimali, 19  għax bħalma jiġri lin-nies jiġri wkoll lill-annimali. Bħalma jmut wieħed, imut l-ieħor; u kollha għandhom spirtu wieħed. Għalhekk in-nies mhumiex aħjar mill-annimali, għax kollox hu bla sens. 20  Kollha sejrin fl-istess post. Mit-trab magħmulin u trab se jerġgħu jsiru. 21  Min jaf verament jekk l-ispirtu tan-nies jitlax ’il fuq, u jekk l-ispirtu tal-annimali jinżilx fl-art? 22  Jien rajt li m’hemm xejn aħjar milli bniedem jieħu pjaċir b’xogħlu, għax dan hu l-premju* tiegħu. Għax ħadd ma jistaʼ jurih x’se jiġri wara li jmut.

Noti taʼ taħt

Letteralment “taqbeż.”
Jew “tajjeb; adattat.”
Letteralment “poġġielhom l-eternità f’qalbhom.”
Letteralment “mill-bidu sat-tmiem.”
Letteralment “jibżgħu minnu.”
Jew forsi “se jfittex dak li għadda.”
Jew “is-sehem.”