Danjel 3:1-30

3  Is-Sultan Nebukadnessar għamel xbieha+ tad-deheb, li l-għoli tagħha kien sittin kubitu u l-wisaʼ tagħha sitt kubiti. Hu waqqafha fil-pjanura taʼ Dura fil-provinċja taʼ Babilonja.+  U Nebukadnessar bħala sultan bagħat jiġmaʼ s-satrapi,* il-prefetti+ u l-gvernaturi, il-kunsillieri, it-teżorieri, l-imħallfin, il-maġistrati,+ u l-amministraturi kollha tal-provinċji biex jiġu għall-inawgurazzjoni+ tax-xbieha li kien waqqaf is-Sultan Nebukadnessar.  Dak iż-żmien is-satrapi,+ il-prefetti u l-gvernaturi, il-kunsillieri, it-teżorieri, l-imħallfin, il-maġistrati, u l-amministraturi kollha tal-provinċji kienu qed jinġemgħu għall-inawgurazzjoni tax-xbieha li kien waqqaf is-Sultan Nebukadnessar, u qagħdu bil-wieqfa quddiem ix-xbieha li kien waqqaf Nebukadnessar.  U l-ħabbâr+ kien qed jgħajjat b’leħen għoli: “Lilkom qed jintqal, O popli, ġnus, u ilsna,+  li x’ħin tisimgħu l-ħoss tal-qarn, tal-fifra, taż-żittru, taʼ l-arpa trijangulari, taʼ l-istrument tal-korda, taż-żaqq, u taʼ kull xorta taʼ strumenti mużikali,+ inżlu fl-art u qimu x-xbieha tad-deheb li waqqaf is-Sultan Nebukadnessar.  U kulmin ma jinżilx fl-art u jqimha,+ se jiġi mitfugħ fil-forn tan-nar iħeġġeġ+ dak il-ħin stess.”+  Għalhekk, x’ħin il-popli kollha kienu qed jisimgħu l-ħoss tal-qarn, tal-fifra, taż-żittru, taʼ l-arpa trijangulari, taʼ l-istrument tal-korda, u taʼ kull xorta taʼ strumenti mużikali, il-popli,+ il-ġnus, u l-ilsna kollha niżlu fl-art u bdew iqimu x-xbieha tad-deheb li kien waqqaf is-Sultan Nebukadnessar.  Minħabba f’hekk, dak il-ħin stess resqu xi Kaldin u akkużaw lil-Lhud.+  Huma kellmu u qalu lis-Sultan Nebukadnessar: “O sultan, jalla tgħix għal dejjem.+ 10  Int innifsek, O sultan, ħriġt l-ordni li kull raġel li jismaʼ l-ħoss tal-qarn, tal-fifra, taż-żittru, taʼ l-arpa trijangulari, taʼ l-istrument tal-korda, taż-żaqq, u taʼ kull xorta taʼ strumenti mużikali,+ għandu jinżel fl-art u jqim ix-xbieha tad-deheb; 11  u li kulmin ma jinżilx fl-art u jqimha għandu jiġi mitfugħ fil-forn tan-nar iħeġġeġ.+ 12  Hemm xi Lhud li int ħtart fuq l-amministrazzjoni tal-provinċja taʼ Babilonja,+ jiġifieri, Sidrak, Mesak, u Għabednego; dawn l-irġiel b’saħħithom xejn ma kkalkulawk, O sultan, m’humiex qed jaqdu lill-allat tiegħek, u m’humiex iqimu x-xbieha tad-deheb li waqqaft int.”+ 13  Dak il-ħin Nebukadnessar, fid-dagħdigħa u l-qilla li kellu,+ qalilhom biex iġibulu lil Sidrak, Mesak, u Għabednego.+ Għaldaqstant, dawn l-irġiel inġiebu quddiem is-sultan. 14  Nebukadnessar tkellem u qalilhom: “O Sidrak, Mesak, u Għabednego, veru li m’intomx taqdu lill-allat tiegħi,+ u m’intomx tqimu x-xbieha tad-deheb li waqqaft jien?+ 15  Issa jekk intom lesti li malli tisimgħu l-ħoss tal-qarn, tal-fifra, taż-żittru, taʼ l-arpa trijangulari, taʼ l-istrument tal-korda, taż-żaqq, u taʼ kull xorta taʼ strumenti mużikali,+ tinżlu fl-art u tqimu x-xbieha li jien għamilt, tajjeb. Imma jekk ma tqimuhiex, dak il-ħin stess tiġu mitfugħin fil-forn tan-nar iħeġġeġ. U liema alla jistaʼ jeħliskom minn taħt idejja?”+ 16  Sidrak, Mesak, u Għabednego wieġbu u qalu lis-sultan: “O Nebukadnessar, aħna m’għandniex għalfejn inwiġbuk dwar dan.+ 17  Jekk għandu jsir hekk, Alla tagħna li lilu qed naqdu kapaċi jeħlisna. Mill-forn tan-nar iħeġġeġ u minn idek, O sultan, jeħlisna.+ 18  Imma jekk le, kun af, O sultan, li aħna ma naqdux lil allatek, u m’aħniex se nqimu x-xbieha tad-deheb li waqqaft int.”+ 19  Imbagħad Nebukadnessar imtela bil-qilla, u l-bixra taʼ wiċċu tbiddlet lejn Sidrak, Mesak, u Għabednego. Hu tkellem u ordna biex isaħħnu l-forn sebaʼ darbiet iktar milli kienu jsaħħnuh is-soltu. 20  U lil xi rġiel b’saħħithom li kienu mimlijin enerġija+ u li kienu fil-qawwa militari tiegħu qalilhom biex jorbtu lil Sidrak, Mesak, u Għabednego, sabiex jixħtuhom fil-forn tan-nar iħeġġeġ.+ 21  Imbagħad, lil dawn l-irġiel rabtuhom u tefgħuhom fil-forn tan-nar iħeġġeġ bil-mantelli, bil-ħwejjeġ, bil-brieret, u bl-ilbies l-ieħor tagħhom. 22  Minħabba li l-kelma tas-sultan kienet ħarxa u l-forn issaħħan iżżejjed, kienu l-irġiel b’saħħithom li qabdu lil Sidrak, Mesak, u Għabednego li nqatlu mill-fjammi tan-nar. 23  Imma dawn l-irġiel l-oħrajn, it-tlieta li huma, Sidrak, Mesak, u Għabednego, waqgħu marbutin f’nofs il-forn tan-nar iħeġġeġ.+ 24  Dak il-ħin is-Sultan Nebukadnessar beżaʼ u qam bl-għaġla. Hu tkellem u qal lill-uffiċjali għoljin tiegħu: “Mhux tlett irġiel tfajna marbutin f’nofs in-nar?”+ Huma wieġbu lis-sultan u qalulu: “Iva, O sultan.” 25  Hu wiġibhom u qalilhom: “Ara! Qed nara erbat irġiel mexjin maħlulin f’nofs in-nar, u ma saritilhom ebda ħsara, u d-dehra tar-rabaʼ wieħed tixbah lil dik taʼ bin l-allat.”+ 26  Imbagħad Nebukadnessar resaq lejn il-bieb tal-forn tan-nar iħeġġeġ.+ Hu tkellem u qal: “Sidrak, Mesak, u Għabednego, qaddejja taʼ l-Alla l-Iktar Għoli,+ oħorġu u ejjew hawnhekk!” Dak il-ħin Sidrak, Mesak, u Għabednego ħarġu ’l barra minn ġo nofs in-nar. 27  U s-satrapi, il-prefetti, il-gvernaturi, u l-uffiċjali għoljin+ tas-sultan li kienu miġburin hemmhekk kienu qed jaraw lil dawn l-irġiel, li n-nar ma kellu ebda setgħa fuq ġisimhom,+ u xagħra waħda minn rashom ma kinitx inħarqet,+ u saħansitra l-mantelli tagħhom baqgħu l-istess u huma lanqas biss kellhom fuqhom riħa taʼ ħruq. 28  Nebukadnessar tkellem u qal: “Ikun imbierek l-Alla taʼ Sidrak, Mesak, u Għabednego,+ li bagħat l-anġlu tiegħu+ u ħeles lill-qaddejja tiegħu li fdaw fih+ u li marru kontra l-kelma tas-sultan u kienu lesti li jmutu, għaliex ma riedu jaqdu+ u jqimu+ assolutament lil ebda alla ieħor ħlief lil Alla tagħhom.+ 29  U jien qed noħroġ ordni+ li kwalunkwe poplu, ġens, jew ilsien li jgħid xi ħaġa ħażina kontra l-Alla taʼ Sidrak, Mesak, u Għabednego għandu jiġi mqattaʼ bċejjeċ,+ u daru għandha ssir latrina pubblika,+ ladarba ma jeżistix alla ieħor bħalu li kapaċi jagħti ħelsien.”+ 30  Imbagħad is-sultan għamel li Sidrak, Mesak, u Għabednego jirnexxu fil-provinċja taʼ Babilonja.+

Noti taʼ taħt

Ara Esd 8:36, in-nota taʼ taħt, “Is-satrapi.”