Dewteronomju 33:1-29

  • Mosè jbierek it-tribujiet (1-29)

    • “L-idejn dejjiema” taʼ Ġeħova (27)

33  Issa din hi l-barka li Mosè, il-qaddej tal-Alla l-veru, qal lill-Iżraelin qabel ma miet.  Hu qal: “Ġeħova ġie mis-Sinaj,U idda fuqhom mis-Segħir. Idda bil-glorja mir-reġjun muntanjuż tal-Faran,U miegħu kien hemm għaxriet t’eluf t’anġli qaddisin,U fuq il-lemin tiegħu kien hemm il-gwerriera tiegħu.   Hu kien jgħożż il-poplu tiegħu;Il-qaddisin kollha tiegħu qegħdin f’idejh. Huma joqogħdu bilqiegħda ħdejn saqajh;Huma jisimgħu kliemu.   (Mosè tana liġi,Bħala wirt tal-kongregazzjoni taʼ Ġakobb.)   U Alla sar re f’Ġesurun*Meta nġabru l-kapijiet tal-poplu,Flimkien mat-tribujiet kollha t’Iżrael.   Ħa jgħix Ruben u ma jmutx,U ħa ma jsirux ftit l-irġiel tat-tribù tiegħu.”   U hu qal din il-barka għal Ġuda: “Ġeħova, ismaʼ leħen Ġuda,U jalla ġġibu lura għand niesu. Hu ddefenda b’idejh* dak li hu tiegħu,U jalla tgħinu kontra l-avversarji tiegħu.”   Dwar Levi qal: “Alla, it-Tummim u l-Urim huma tar-raġel leali lejk,Li int għaddejtu minn prova f’Massah. Int bdejt tiġġieled miegħu ħdejn l-ilmijiet taʼ Meriba.   L-irġiel Leviti ma wrewx konsiderazzjoni għal missierhom u ommhom. Lanqas lil ħuthom ma rrikonoxxew,U injoraw lit-tfal tagħhom stess. Għax huma obdew kelmtek,U baqgħu jżommu mal-patt tiegħek. 10  Ħa jgħallmu lil Ġakobb id-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħekU lil Iżrael il-Liġi tiegħek. Ħa joffru l-inċens bħala riħa pjaċevoli għalikU offerta sħiħa fuq l-artal tiegħek. 11  Ġeħova, bierek is-saħħa tiegħu,U jalla tieħu pjaċir b’xogħol idejh. Kisser saqajn* dawk li jqumu kontrih,Sabiex dawk li jobogħduh ma jerġgħux iqumu.” 12  Dwar Benjamin qal: “Ħa jgħix il-maħbub taʼ Ġeħova fis-sigurtà ħdejh. Waqt li jipprovdilu kenn il-jum kollu,Hu se jgħix fuq spallejh.” 13  Dwar Ġużeppi qal: “Jalla artu tkun imbierka minn ĠeħovaBl-affarijiet mill-aqwa tas-sema,Bin-nida u bl-ilmijiet mill-għejun taʼ taħt l-art, 14  Bl-affarijiet mill-aqwa li jikbru bix-xemxU bl-affarijiet mill-aqwa tal-ħsad taʼ kull xahar, 15  Bl-aqwa nett tal-affarijiet mill-muntanji tal-qedem*U bl-affarijiet mill-aqwa tal-għoljiet li jibqgħu, 16  Bl-affarijiet mill-aqwa tal-art u kulma fiha,U bl-approvazzjoni taʼ Dak li deher fin-nar tal-għollieqa. Jalla dawn il-barkiet jinżlu fuq ras Ġużeppi,Jalla joqogħdu fuq il-qorriegħa taʼ ras il-magħżul minn fost ħutu. 17  Il-ġmiel tiegħu hu bħal dak tal-ewwel ferħ taʼ barri,U l-qrun tiegħu huma bħall-qrun taʼ barri salvaġġ. Bihom se jimbotta* l-popliKollha kemm huma sa truf l-art. Dawn huma l-għaxriet tal-eluf t’Efrajm,U huma l-eluf taʼ Manasse.” 18  Dwar Żebulun qal: “Ifraħ Żebulun, meta toħroġ,U anki int, Issakar, fit-tined tiegħek. 19  Huma se jgħajtu lill-popli lejn il-muntanja. Hemmhekk joffru s-sagrifiċċji tal-ġustizzja. Għax jieħdu mill-ġid abbundanti tal-ibħraU mill-ħażniet* moħbijin tar-ramel.” 20  Dwar Gad qal: “Imbierek dak li qed iwessaʼ l-fruntieri taʼ Gad. Hu joqgħod hemm bħal iljun,Lest biex iqaċċat l-id u r-ras. 21  Hu jagħżel l-ewwel sehem għalih. Dan hu s-sehem li l-wieħed li jagħti l-liġi refaʼ għalih. Il-kapijiet tal-poplu jinġabru flimkien. Hu se jagħmel dak li hu sew f’isem ĠeħovaU d-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħu m’Iżrael.” 22  Dwar Dan qal: “Dan hu ferħ taʼ ljun. Hu joħroġ jaqbeż mill-Basan.” 23  Dwar Naftali qal: “Naftali se jkun sodisfatt bl-approvazzjoniU mimli bil-barka taʼ Ġeħova. Ħu f’idejk il-Punent u n-Nofsinhar.” 24  Dwar Aser qal: “Imbierek bit-tfal ikun Aser. Ħa jkun approvat minn ħutu,U ħa jdaħħal* siequ fiż-żejt. 25  Tal-ħadid u tar-ram huma l-istaneg tal-bibien tiegħek,U tkun fis-sigurtà għomrok kollu.* 26  M’hemm ħadd bħall-Alla l-veru taʼ Ġesurun,Li jivvjaġġa fis-sema biex jgħinekU li jiġi fuq is-sħab fil-kobor tiegħu. 27  Alla hu refuġju minn żmien il-qedem,L-idejn dejjiema tiegħu huma taħtek. Hu jkeċċi l-għadu minn quddiemek,U jgħid, ‘Ġibhom fix-xejn!’ 28  Iżrael se jgħix fis-sigurtà,U dawk li se jiġu minn* Ġakobb se jkunu protettiF’art taʼ ċereali* u nbid ġdid,Li fiha s-sema tqattar in-nida. 29  Ferħan int, Iżrael! Min hemm bħalek,Poplu li jgawdi s-salvazzjoni minn Ġeħova,It-tarka taʼ protezzjoni tiegħek,U x-xabla kbira tiegħek? L-għedewwa tiegħek ibaxxu rashom quddiemek,U int tirfes fuq daharhom.”*

Noti taʼ taħt

Ifisser “Wieħed Ġust,” titlu onorarju għal Iżrael.
Jew “Dirgħajh iġġieldu għal.”
Jew “ġenbejn.”
Jew forsi “mill-muntanji tal-Lvant.”
Jew “se jweġġaʼ.”
Jew “mit-teżori.”
Jew “jaħsel.”
Letteralment “U bħal jiemek se tkun saħħtek.”
Letteralment “l-għajn tal-ilma taʼ.”
Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.
Jew forsi “l-postijiet għoljin tagħhom.”