Isaija 14:1-32

14  Għax Ġeħova se juri ħniena maʼ Ġakobb,+ u żgur jerġaʼ jagħżel lil Israel;+ u jagħtihom il-mistrieħ f’arthom,+ u r-residenti barranin jingħaqdu magħhom, u jintrabtu maʼ dar Ġakobb.+  U l-popli jiħduhom u jġibuhom lura fil-post tagħhom, u dawk taʼ dar Israel jiħduhom fl-art taʼ Ġeħova biex ikunu qaddejja rġiel u nisa tagħhom;+ u jieħdu fil-jasar+ lil dawk li żammewhom fil-jasar, u jkollhom taħthom lil dawk li ġegħluhom jaħdmu.+  U jrid iseħħ f’dak il-jum, meta Ġeħova jagħtik il-mistrieħ mill-uġigħ tiegħek u mit-taħbit tiegħek u mill-jasar iebes li kont ilsir fih,+  li int taqbad dan il-qawl kontra s-sultan taʼ Babilonja u tgħid: “Kif waqaf dak li kien iġiegħel lil oħrajn jaħdmu iebes, kif waqfet il-moħqrija!+  Ġeħova kisser il-ħatar tal-ħżiena, il-bastun tal-ħakkiema,+  dak li sawwat lill-popli fil-qilla bi swat bla waqfien,+ dak li rażżan lill-ġnus bir-rabja u b’persekuzzjoni bla kontroll.+  L-art kollha straħet,+ m’għadx għandha tfixkil. In-nies qed jifirħu b’għajat ferrieħi.+  Anki s-siġar tal-ġnibru+ u ċ-ċedri tal-Libanu ferħu minħabba fik, u qalu, ‘Mindu mteddejt, ħadd+ ma ġie biex jaqtagħna għall-injam.’  “Anki l-Qabar*+ hemm taħt tqanqal minħabba fik biex jiltaqaʼ miegħek int u dieħel. Minħabba fik qajjem lil dawk bla qawwa fil-mewt,+ il-mexxejja kollha taʼ l-art li qishom mogħoż.+ Qajjem lis-slaten kollha tal-ġnus minn fuq it-tronijiet tagħhom.+ 10  Ilkoll kemm huma jitkellmu u jgħidulek, ‘Int ukoll sirt dgħajjef bħalna?+ Sirt qisek aħna?+ 11  Lejn il-Qabar tniżżlet kburitek flimkien mal-ħoss kontinwu taʼ l-istrumenti tal-korda tiegħek.+ Taħtek hemm id-dud mifrux bħal sodda; u l-ħniex huma l-għata tiegħek.’+ 12  “O kif waqajt mis-sema,+ int li tiddi, bin iż-żerniq! Kif tqaċċatt u waqajt maʼ l-art,+ int li kont iddgħajjef il-ġnus!+ 13  Int għedt f’qalbek, ‘Se nitlaʼ sas-smewwiet.+ ’Il fuq mill-kwiekeb+ t’Alla se ngħollih it-tron tiegħi,+ u se npoġġi bil-qiegħda fuq il-muntanja tal-laqgħa,+ fl-iktar partijiet imbegħdin tat-tramuntana.+ 14  Se nitlaʼ ’l fuq mill-postijiet għoljin tas-sħab;+ se nsir nixbah lill-Iktar Għoli.’+ 15  “Madankollu, se titniżżel fil-Qabar,+ lejn il-qiegħnett tal-ħofra.+ 16  Dawk li jarawk se jibqgħu jħarsu lejk; se jeżaminawk mill-qrib, u jistaqsu, ‘Huwa dan ir-raġel li kien qed jheżżeż l-art, li kien qed iriegħed is-saltniet,+ 17  li għamel l-art produttiva bħax-xagħri u li għeleb il-bliet tagħha,+ li ma fetaħx it-triq għall-priġunieri tiegħu biex imorru lura d-dar?’+ 18  Is-slaten l-oħrajn kollha tal-ġnus, iva, ilkoll kemm huma, imteddew fil-glorja, kull wieħed f’qabru stess.+ 19  Imma int, int intremejt mingħajr post fejn tindifen,+ bħal rimja mistkerrha, imlibbes bi rġiel maqtulin bis-sejf li neżlin f’qiegħ taʼ ħofra,+ bħal ġisem mejjet li qed jintrifes.+ 20  M’intix se tingħaqad magħhom f’qabar, għax int għamilt lil pajjiżek stess ħerba, int qtilt lil niesek stess. Nisel dawk li jagħmlu l-ħażen mhux se jissemma iktar.+ 21  “Ħejju post fejn jinqatlu wliedu stess minħabba l-iżball taʼ missirijiethom,+ sabiex ma jqumux u jieħdu l-art f’idejhom u jimlew wiċċ l-art produttiva bil-bliet.”+ 22  “U jien inqum kontrihom,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati. “U naqtaʼ minn Babilonja kull isem+ u fdal u nisel u dixxendent,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 23  “U nagħmilha l-proprjetà tal-porkuspini u nġegħelha timtela bl-għadajjar fejn jikber il-qasab, u se niknisha bl-ixkupa tal-qerda,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati. 24  Ġeħova taʼ l-armati ħalef,+ u qal: “Żgur li bħalma ħsibt, hekk iseħħ; u bħalma ddeċidejt, hekk jiġri,+ 25  sabiex inkisser lill-Assirjan fil-pajjiż tiegħi+ u nisħqu fuq il-muntanji tiegħi;+ u sabiex il-madmad tiegħu jitlaq minn fuqhom u t-tagħbija tiegħu titlaq minn fuq spallejhom.”+ 26  Dan hu l-iskop li ddeċidejt kontra l-art kollha, u din hi l-id maħruġa kontra l-ġnus kollha. 27  Għax Ġeħova taʼ l-armati nnifsu ddeċieda,+ u min jistaʼ jħassarlu?+ U idu ħariġha, u min jistaʼ jreġġagħha lura?+ 28  Fis-sena li fiha miet is-Sultan Aħaż+ saret din id-dikjarazzjoni: 29  “Tithenniex,+ O Filistja,+ ħadd minnek, sempliċement għax il-bastun taʼ dak li sawtek tkisser.+ Għax mill-għerq tas-serp+ se joħroġ serp velenuż,+ u frottu jkun serp ħafif b’velenu jaħraq bħan-nar.+ 30  U l-ewwel imweldin tal-batuti se jieklu, u l-foqra se jimteddu fis-sigurtà.+ U bil-ġuħ se noqtol lill-għerq tiegħek, u dak li jifdal minnek se jinqatel.+ 31  Newwaħ, O bieb! Għajjat, O belt! Kollok kemm int se taqtaʼ qalbek, O Filistja! Għax mit-tramuntana ġej duħħan, u m’hemmx suldat li qed iwarrab mir-ringiela tiegħu.”+ 32  U kif se jwiġbuhom lill-messaġġiera+ tal-ġnus? Li Ġeħova qiegħed il-pedament taʼ Sijon,+ u fiha se jistkennu l-magħkusin tal-poplu tiegħu.

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.” F’versi 11 u 15 ukoll.