Isaija 31:1-9

31  Gwaj għal dawk li neżlin l-Eġittu għall-għajnuna,+ dawk li jistrieħu fuq sempliċi żwiemel,+ u li jafdaw fil-karrijiet tal-gwerra+ għax huma kotrana, u fiż-żwiemel tal-ġiri għax huma setgħanin ferm, imma li ma ħarsux lejn il-Qaddis taʼ Israel u ma fittxewx lil Ġeħova.+  U hu wkoll għaref+ u se jġib il-gwaj,+ u ma reġġax lura kliemu;+ u se jqum kontra d-dar taʼ dawk li jagħmlu l-ħażen+ u kontra l-għajnuna taʼ dawk li jipprattikaw il-ħsara.+  Iżda l-Eġizzjani huma bnedmin taʼ l-art,+ u mhux Alla; u ż-żwiemel tagħhom huma laħam,+ u mhux spirtu. U Ġeħova nnifsu se jmidd idu, u dak li qed joffri l-għajnuna se jitfixkel, u dak li qed jiġi megħjun se jaqaʼ,+ u lkoll kemm huma se jintemmu fl-istess ħin.  Għax hekk qalli Ġeħova: “Bħalma l-iljun, iva, l-iljun b’saħħtu,+ igerger għall-priża tiegħu, meta għadd sħiħ taʼ rgħajja jissejħu kontrih, u minkejja leħinhom hu ma jibżax u minkejja l-istorbju tagħhom ma jċedix; bl-istess mod Ġeħova taʼ l-armati jinżel biex jiggwerra għall-Muntanja Sijon u l-għolja tagħha.+  Bħal għasafar jittajru fuq iż-żgħar tagħhom, Ġeħova taʼ l-armati se jiddefendi lil Ġerusalemm bl-istess mod.+ Jiddefendiha u jeħlisha.+ Jaħfirhielha u jħarrabha.”  “Erġgħu lura+ lejn Dak li rvellajtu bil-kbir kontrih, O wlied Israel.+  Għax dakinhar kull wieħed se jwarrab l-allat tiegħu tal-fidda li ma jiswew xejn u l-allat tiegħu tad-deheb li huma bla siwi,+ li idejkom stess għamlu bħala dnub.+  U l-Assirjan jaqaʼ bis-sejf, imma mhux dak taʼ raġel; u jinbelaʼ minn sejf, imma mhux sejf taʼ bniedem.+ U jkollu jaħrab minħabba s-sejf, u ż-żgħażagħ tiegħu se jkollhom jagħmlu xogħol forzat.  U l-blat tiegħu se jgħib bil-biżaʼ, u minħabba l-arblu li jservi bħala sinjal+ il-prinċpijiet tiegħu jitwerwru,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, li d-dawl tiegħu hu f’Sijon u l-forn tiegħu+ hu f’Ġerusalemm.

Noti taʼ taħt