Isaija 41:1-29

41  “Agħtuni l-attenzjoni fis-skiet, intom il-gżejjer;+ u ħalli l-popli+ jerġgħu jsibu l-qawwa. Ħa jersqu+ u mbagħad jitkellmu. Ħa nersqu qrib xulxin għall-ġudizzju.+  “Min qajjem lil xi ħadd minn tlugħ ix-xemx?+ Min sejjaħlu bis-sewwa biex jersaq Lejh,* biex jagħtih quddiemu l-ġnus, biex imur irażżan saħansitra lis-slaten?+ Min tahomlu bħala trab għal sejfu, sabiex jixterdu bħat-tiben* bil-qaws tiegħu?+  Min baqaʼ jiġri warajhom, baqaʼ għaddej fil-paċi bil-mixi mill-mogħdija li ma ġiex minnha?  Min ħa azzjoni+ u għamel dan, u sejjaħ lill-ġenerazzjonijiet waħda wara l-oħra sa mill-bidu taż-żminijiet?+ “Jien, Ġeħova, l-Ewwel Wieħed;+ u nibqaʼ l-istess anki meta jiġu dawk taʼ l-aħħar.”+  Il-gżejjer+ raw u bdew jibżgħu. It-truf taʼ l-art bdew jitriegħdu.+ Resqu u baqgħu ġejjin.  Kull wieħed mar jgħin lil sieħbu, u wieħed qal lil ħuh: “Agħmel il-ħila.”+  Għalhekk, il-bniedem tas-sengħa saħħaħ lill-ħaddiem fil-metall;+ dak li jillixxa bil-martell tal-forġa saħħaħ lil dak li qed jagħti bil-mazza fuq l-inkwina, u jgħidlu: “Tajba s-saldatura.” Fl-aħħar, wieħed rabtu bl-imsiemer sabiex ma jaqax.+  “Imma int, O Israel, int il-qaddej tiegħi,+ u int, O Ġakobb, il-wieħed li għażilt,+ in-nisel t’Abraham+ il-ħabib tiegħi;+  int, li qbadtek minn truf l-art,+ u int, li sejjaħtlek mill-partijiet imbegħdin tagħha.+ U għalhekk għedtlek, ‘Int il-qaddej tiegħi;+ jien għażiltek,+ u ma ċħadtekx.+ 10  Tibżax, għax jien miegħek.+ Tiċċassax ’l hemm u ’l hawn, għax jien Alla tiegħek.+ Jien inqawwik.+ Jien ngħinek verament.+ Jien inżommok sod tassew b’idi l-leminija+ tas-sewwa.’+ 11  “Ara! Kulmin qed jitbaqbaq għalik se jistħi u jkun umiljat.+ L-irġiel li qed jitlewmu miegħek se jisfaw fix-xejn u jgħibu.+ 12  Lil dawk l-irġiel li qed jiġġildulek int għad tfittixhom, imma ma ssibhomx.+ Dawk l-irġiel li huma fi gwerra miegħek se jsiru bħal xi ħaġa li ma teżistix u li m’hi xejn.+ 13  Għax jien, Ġeħova Alla tiegħek, qed naqbdek minn idek il-leminija+ u ngħidlek, ‘Tibżax.+ Jien stess ngħinek.’+ 14  “Tibżax Ġakobb, daqsxejn taʼ dudu,+ intom nies taʼ Israel.+ Jien stess ngħinek,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, iva, Dak li jixtrik lura,*+ il-Qaddis taʼ Israel. 15  “Ara! Għamiltek slitta tad-dris,+ għodda tad-dris ġdida bi snien taʼ żewġt ixfar. Int tisħaq il-muntanji u tfarrakhom; u l-għoljiet iġġibhom bħall-karfa.+ 16  Int idderrihom,+ u riħ iġorrhom miegħu,+ u riefnu jxerridhom f’postijiet differenti.+ U int tifraħ b’Ġeħova.+ Se tiftaħar bik innifsek minħabba l-Qaddis taʼ Israel.”+ 17  “Il-magħkusin u l-foqra qed ifittxu l-ilma,+ imma m’hemmx. Bl-għatx li għandhom,+ ilsienhom nixef.+ Jien, Ġeħova, se nwiġibhom.+ Jien, l-Alla taʼ Israel, mhux se nitlaqhom.+ 18  Fuq l-għoljiet għerjin se niftaħ ix-xmajjar, u n-nixxigħat f’nofs il-pjanuri fil-widien.+ Ix-xagħri nagħmlu għadira bl-ilma mimlija qasab, u l-art bla ilma nagħmilha għejun taʼ l-ilma.+ 19  Fix-xagħri se nqiegħed iċ-ċedru, is-siġra taʼ l-akaċja u tar-riħan u taż-żejt.+ Fil-pjanura tad-deżert se nqiegħed is-siġra tal-ġnibru, u s-siġra tal-fraxxnu u taċ-ċipress flimkien;+ 20  sabiex in-nies kollha f’daqqa jaraw u jkunu jafu u jagħtu kas u jkollhom id-dehen, li id Ġeħova għamlet dan, u l-Qaddis taʼ Israel ħalaq dan.”+ 21  “Ressqu l-kawża kontroversjali tagħkom,”+ jgħid Ġeħova. “Ġibu l-argumenti tagħkom,”+ jgħid is-Sultan taʼ Ġakobb.+ 22  “Ersqu u għidulna l-affarijiet li se jiġru. L-ewwel affarijiet—għidulna x’kienu, sabiex niħduhom bis-serjetà u nkunu nafu l-futur tagħhom. Jew semmgħulna l-affarijiet li ġejjin.+ 23  Għidu l-affarijiet li ġejjin wara, sabiex inkunu nafu li intom allat.+ Iva, imisskom tagħmlu l-ġid jew id-deni, sabiex nistagħġbu u naraw dan flimkien.+ 24  Ara! Intom xi ħaġa li ma teżistix, u ma wettaqtu xejn.+ Kulmin jagħżel lilkom hu ħaġa mistkerrha.+ 25  “Qajjimt lil xi ħadd mit-tramuntana u dan ġej.+ Minn tlugħ ix-xemx+ se jsejjaħ ismi. U ġej fuq il-ħakkiema deputati bħallikieku kienu tafal+ u bħalma fuħħari jgħaffeġ il-materjal imxarrab. 26  “Min qal xi ħaġa mill-bidu, sabiex inkunu nafu, jew mill-passat, sabiex ngħidu, ‘Għandu raġun’?+ Fil-fatt m’hemm ħadd li qed jitkellem. Fil-fatt m’hemm ħadd li qed isemmaʼ leħnu. Fil-fatt m’hemm ħadd li qed jismagħkom tgħidu xi kelma.”+ 27  Jien l-ewwel wieħed; jien qed ngħid lil Sijon: “Ara! Hawn huma!”+ U lil Ġerusalemm se nagħtiha wieħed li jġib aħbar tajba.+ 28  U bqajt nara, u ma kien hemm ħadd; u ma kien hemm ħadd minnhom li jagħti parir.+ U komplejt nistaqsihom, sabiex iwiġbuni. 29  Ara! Ilkoll huma xi ħaġa li ma teżistix. Xogħol idejhom m’hu xejn. Ix-xbihat tagħhom magħmulin minn metall imdewweb huma riħ u m’humiex reali.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “lejn is-saqajn Tiegħu.”
Jew, “il-Feddej tiegħek.”