Mikea 2:1-13
2 “Gwaj għal dawk li fuq is-sodod tagħhom qed jippjanaw li jagħmlu l-ħsara, u dawk li qed jipprattikaw il-ħażen!+ Fid-dawl taʼ fil-għodu jagħmluh dan,+ għaliex għandhom is-setgħa f’idejhom.+
2 U xtaqu għelieqi u ħatfuhom;+ kif ukoll djar, u ħaduhom; u imbroljaw lil raġel b’saħħtu u lil taʼ daru,+ lil raġel u l-wirt tiegħu.+
3 “Għalhekk, dan qal Ġeħova, ‘Ara! Qed naħseb biex inġib gwaj+ kontra din il-familja+ li intom ma tkunux tistgħu tevitawh,+ sabiex ma tkunux imkabbrin;+ għaliex dan hu żmien taʼ gwaj.+
4 Dakinhar ilissnu qawl+ dwarkom u jgħannu għanja taʼ niket, iva, lamentazzjoni.+ Ikollhom jgħidu: “Żgur li serqulna kollox!+ Ibiddel sehem il-poplu tagħna.+ O kif qed jiħodhulna! L-għelieqi tagħna jqassamhom lil min mhux leali.”
5 Għalhekk, ma jkollok lil ħadd fil-kongregazzjoni taʼ Ġeħova li jkejjel l-art bil-ħabel meta titqassam bix-xorti.+
6 Tħabbrux intom.+ Huma jħabbru. Ma jħabbrux dwar dawn l-affarijiet. L-umiljazzjonijiet ma jitneħħewx.+
7 “‘Qed jingħad, O dar Ġakobb:+ “Jaqaw m’għadux kuntent l-ispirtu taʼ Ġeħova, jew huma dawn l-għemejjel tiegħu?”+ Ma jagħmilx ġid+ kliemi lil dak li jimxi b’mod rett?+
8 “‘U l-bieraħ il-poplu tiegħi qam bħala għadu veru.+ Minn fuq il-quddiem taʼ libsa intom tneħħu t-tiżjin maestuż, mingħand dawk li jkunu għaddejjin b’rashom mistrieħa, dawk li jkunu ġejjin lura mill-gwerra.
9 In-nisa tal-poplu tiegħi tkeċċuhom mid-dar li hi l-għaxqa tal-mara. Minn fuq uliedha tieħdu l-glorja li berikthom biha,+ għal żmien indefinit.+
10 Qumu u morru,+ għaliex dan mhux post taʼ mistrieħ.+ Minħabba l-fatt li ma baqgħetx nadifa,+ hemm it-tifrik; u x-xogħol tat-tifrik hu taʼ wġigħ.+
11 Jekk raġel, fieragħ u qarrieq, jgħid din il-gidba:+ “Inħabbarlek dwar l-inbid u dwar ix-xorb li jsakkar,” hu jsir dak li jħabbar għal dan il-poplu.+
12 “‘Żgur li niġmaʼ lil Ġakobb, kollu kemm hu;+ żgur li niġmaʼ flimkien lil dawk li fadal minn Israel.+ Inqegħedhom flimkien, bħal merħla fil-maqjel, bħal merħla f’nofs il-mergħa tagħha;+ hemmhekk ikun storbjuż bil-bnedmin.’+
13 “Dak li jiftaħ it-triq jitlaʼ quddiemhom:+ huma jgħaddu minnha. U jgħaddu minn bieb, u joħorġu minnu.+ U s-sultan tagħhom jgħaddi quddiemhom, u Ġeħova fir-ras tagħhom.”+