Proverbji 21:1-31
21 Il-qalb taʼ re hi bħal nixxigħat tal-ilma f’idejn Ġeħova.
Hu jidderiġiha fejn irid.
2 Bniedem jistaʼ jaħseb li dak li qed jagħmel hu tajjeb,Imma Ġeħova jeżamina l-qalb.*
3 Ġeħova jieħu iktar gostMeta xi ħadd jagħmel dak li hu sewwa u ġust, milli bis-sagrifiċċji.
4 Il-kburija u l-arroganza huma bħal lampa li tiggwida lill-ħżiena,U dawn l-affarijiet huma dnub.
5 Il-pjanijiet taʼ min jaħdem iebes żgur li jwasslu għal suċċess,*Imma kull min jagħmel l-affarijiet bla ma jaħsibha żgur li se jispiċċa fqir.
6 Li tikseb teżori billi tigdebHu bħal ċpar li jisparixxi u bħal nassa li toqtol.*
7 Il-vjolenza tal-ħżiena se tkaxkarhom,Għax huma ma jridux jaġixxu bil-ġustizzja.
8 It-triq taʼ raġel li hu ħati mhijiex dritta,Imma dak li jagħmel l-innoċenti hu ġust.
9 Aħjar tgħix f’rokna fuq bejtMilli fl-istess dar maʼ mara ġellieda.*
10 Raġel mill-agħar* jixxennaq għall-ħażen;Hu ma jħennx għal ħaddieħor.
11 Meta xi ħadd li jwaqqaʼ għaċ-ċajt jiġi kkastigat, dak taʼ bla esperjenza jsir iktar għaref;U meta persuna għarfa titgħallem iktar affarijiet, din tkun taf xi trid tagħmel.*
12 Il-Ġust* jinnota dak li jsir fid-dar tal-ħażin;Hu jeqred il-ħżiena.
13 Kull min isodd widnejh meta l-batut jgħajjat għall-għajnuna,Ħadd mhu se jwieġbu meta jgħajjat hu.
14 Rigal bil-moħbi jrażżan ir-rabja;U tixħim minn taħt itaffi rabja kbira.
15 Il-ġust jieħu gost jaġixxi bil-ġustizzja,Imma dawk li jagħmlu l-ħażen jobogħduha l-ġustizzja.
16 Min ma jibqax juri l-għaqalSe jistrieħ fost il-mejtin.
17 Min iħobb jixxala* se jsir fqir;Min iħobb l-inbid u ż-żejt mhux se jsir sinjur.
18 Il-ħażin hu fidwa* għall-ġust,U t-traditur se jittieħed minflok il-wieħed sewwa.
19 Aħjar tgħix fid-deżert,Milli maʼ mara ġellieda* u li jitilgħulha malajr.
20 Fid-dar tal-għaref issib teżor prezzjuż u żejt,Imma l-istupidu jberbaq dak li għandu.
21 Kull min jistinka biex jagħmel dak li hu ġust u juri mħabba u lealtà*Se jirnexxilu jagħmel dak li hu sew u se jirċievi ħajja u unur.
22 Xi ħadd għaref jistaʼ jirbaħ* belt mimlija gwerrieraU jdgħajjef is-saħħa li jafdaw fiha.
23 Min joqgħod attent x’jgħidMa jidħolx* fl-inkwiet.
24 Min jaġixxi bi kburija u mingħajr ma jimpurtah mill-konsegwenziSe jgħidu li hu prużuntuż, arroganti, u jħobb jiftaħar.
25 Dak li l-għażżien jixxennaq għalih se joqtlu,Għax hu ma jridx jaħdem.
26 Il-ġurnata kollha hu jixxennaq għal ħafna affarijiet b’regħba,Imma l-ġust jagħti b’mod ġeneruż.
27 Alla jobogħdu s-sagrifiċċju tal-wieħed mill-agħar.
Mela kemm iktar meta dan joffrih b’intenzjoni ħażina!*
28 Xhud giddieb se jinqered,Imma min jixhed dak li semaʼ, ix-xhieda tiegħu se tkun taʼ suċċess.*
29 Raġel ħażin ma jistħix,Imma l-ġust jagħżel li jgħaddi mit-triq it-tajba.
30 M’hemm ebda għerf, intelliġenza, jew parir li jistaʼ jiħodha kontra Ġeħova.
31 Iż-żiemel hu ppreparat għall-battalja,Imma hu Ġeħova li jsalva.
Noti taʼ taħt
^ Jew “l-intenzjonijiet.”
^ Jew “li jkunu taʼ vantaġġ għalih.”
^ Jew forsi “għal dawk li qed ifittxu l-mewt.”
^ Jew “li l-ħin kollu teqred.”
^ Jew “Ruħ il-ħażin.”
^ Jew “ikollha l-għarfien.”
^ Hawn qed jirreferi għal Alla.
^ Jew “id-divertiment.”
^ Jew “li l-ħin kollu teqred.”
^ Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “jitlaʼ mas-swar taʼ.”
^ Jew “Ruħu ma tidħolx.”
^ Jew “waqt li jagħmel affarijiet taʼ mistħija!”
^ Letteralment “se jitkellem għal dejjem.”