Id-Deċiżjoni Tiegħek Biex Taqdi Lil Alla
Lezzjoni Nru. 16
Id-Deċiżjoni Tiegħek Biex Taqdi Lil Alla
Xi trid tagħmel biex issir ħabib t’Alla? (1, 2)
Kif tagħmilha d-dedikazzjoni tiegħek lil Alla? (1)
Meta għandek titgħammed? (2)
Kif tistaʼ tikseb is-saħħa biex tibqaʼ leali lejn Alla? (3)
1. Sabiex issir ħabib t’Alla, trid tikseb għarfien sewwa tal-verità mill-Bibbja (1 Timotju 2:3, 4), tpoġġi fidi fl-affarijiet li tgħallimt (Lhud 11:6), tindem minn dnubietek (Atti 17:30, 31), u ddur lura fil-korsa taʼ ħajtek. (Atti 3:19) Imbagħad l-imħabba tiegħek lejn Alla għandha tqanqlek biex tiddedika lilek innifsek lilu. Dan ifisser li f’talba persunali u privata tgħidlu li int qiegħed tagħti lilek innifsek lilu biex tagħmel ir-rieda tiegħu.—Mattew 16:24; 22:37.
2. Wara li tkun għamilt id-dedikazzjoni tiegħek lil Alla, għandek titgħammed. (Mattew 28:19, 20) Il-magħmudija tgħarraf lil kulħadd li int iddedikajt lilek innifsek lil Jehovah. Mela l-magħmudija hija biss għal dawk li huma kbar biżżejjed biex jieħdu deċiżjoni ħalli jaqdu ’l Alla. Meta persuna titgħammed, għandha tiddaħħal kollha kemm hi taħt l-ilma momentarjament. *—Mark 1:9, 10; Atti 8:36.
3. Wara li tkun għamilt dedikazzjoni, Jehovah se jistenna li tgħix fi qbil mal-wegħda tiegħek. (Salm 50:14; Koħèlet 5:3, 4 [5:4, 5, NW]) Ix-Xitan se jipprova jwaqqfek milli taqdi lil Jehovah. (1 Pietru 5:8) Imma ersaq qrib t’Alla fit-talb. (Filippin 4:6, 7) Studja l-Kelma tiegħu kuljum. (Salm 1:1-3) Żomm qrib tal-kongregazzjoni. (Lhud 13:17) Billi tagħmel dan kollu, se tikseb il-qawwa biex tibqaʼ leali lejn Alla. Għall-eternità kollha int b’hekk tistaʼ tagħmel l-affarijiet li Alla jirrikjedi minnek!
[Nota taʼ taħt]
^ Studju fuq l-Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem, jew xi ktieb simili ppubblikat mill-Watch Tower Bible and Tract Society, huwa rrikmandat bi tħejjija għall-magħmudija.