Għandi Nitgħammed?
KAPITLU 37
Għandi Nitgħammed?
Immarka veru jew falz:
Biex taqdi lil Ġeħova trid titgħammed.
□ Veru
□ Falz
Il-magħmudija qiegħda biex tgħinek ma tagħmilx żbalji.
□ Veru
□ Falz
Bil-magħmudija tistaʼ ssalva.
□ Veru
□ Falz
Jekk ma tkunx mgħammed ma tkunx responsabbli għal dak li tagħmel quddiem Alla.
□ Veru
□ Falz
Jekk sħabek qed jitgħammdu jfisser li int għandek titgħammed ukoll.
□ Veru
□ Falz
HU NORMALI li taħseb dwar il-magħmudija jekk tobdi lil Alla, tipprova tkun ħabib tiegħu, u titkellem m’oħrajn dwaru. Biex tara jekk intix lest biex titgħammed, aħseb dwar is-sentenzi li għadek kif weġibt.
● Biex taqdi lil Ġeħova trid titgħammed.
Veru. Ġesù kmanda lid-dixxipli tiegħu biex jitgħammdu. (Mattew 28:19, 20) Anke Ġesù stess tgħammed. Biex timita lil Ġesù, trid tiddeċiedi li titgħammed meta tkun ċert u matur biżżejjed.
● Il-magħmudija qiegħda biex tgħinek ma tagħmilx żbalji.
Falz. Il-magħmudija hi mod kif turi lill-oħrajn li int iddedikajt lilek innifsek lil Ġeħova. Dan ifisser li tlabt lil Ġeħova u wegħedtu li se taqdih. Din il-wegħda mhux bħal xi kuntratt. Din ma twaqqfekx milli tagħmel xi affarijiet li tixtieq imma ma tistax. Minflok, int tiddedika lilek innifsek lil Ġeħova għax trid tobdih.
● Bil-magħmudija tistaʼ ssalva.
Veru. Il-Bibbja tgħid li biex insalvaw il-magħmudija hi importanti. (1 Pietru 3:21) Imma dan ma jfissirx li jekk titgħammed, awtomatikament se ssalva. Int titgħammed għax tħobb lil Ġeħova u trid taqdih b’qalbek kollha għal dejjem.—Marku 12:29, 30.
● Jekk ma tkunx mgħammed ma tkunx responsabbli quddiem Alla għal dak li tagħmel.
Falz. Ġakbu 4:17 jgħid: “Jekk wieħed ikun jaf kif jagħmel dak li hu sewwa u ma jagħmlux, ikun qed jidneb”—kemm jekk ikun mgħammed u kemm jekk le. Mela jekk taf x’inhu tajjeb u int matur biżżejjed biex tkun taf xi trid tagħmel b’ħajtek, ikun tajjeb li titkellem mal-ġenituri jew maʼ ħu jew oħt matura. Huma se jgħinuk tkun lest biex titgħammed.
● Jekk sħabek qed jitgħammdu jfisser li int għandek titgħammed ukoll.
Falz. Inti trid tiddeċiedi jekk għandekx titgħammed. (Salm 110:3) Għandek titgħammed biss meta tifhem x’jiġifieri li tkun wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova u meta tkun ċert li lest għal din ir-responsabbiltà.—Ekkleżjasti 5:4, 5.
Il-Magħmudija Tbiddillek Ħajtek
Il-magħmudija se ġġib ħafna affarijiet sbieħ f’ħajtek. Imma fl-istess ħin, li żżomm il-wegħda li għamilt lil Ġeħova hi responsabbiltà kbira.
Int lest biex tiddedika lilek innifsek lil Ġeħova? Jekk iva, int se tkun ferħan għax se taqdi lil Ġeħova u bil-mod kif tgħix ħajtek turih li tħobbu.—Mattew 22:36, 37.
FIL-KAPITLU LI JMISS
Tgħallem x’miri tistaʼ tagħmel biex tuża ħajtek bl-aħjar mod.
SKRITTURA PRINĊIPALI
‘Ippreżentaw ġisimkom bħala sagrifiċċju ħaj, qaddis, aċċettabbli għal Alla, jiġifieri, servizz sagru bil-qawwa tar-raġuni tagħkom.’—Rumani 12:1.
SUĠĠERIMENT
Għid lill-ġenituri biex jgħinuk issib uħud fil-kongregazzjoni li jistgħu jgħinuk tersaq eqreb taʼ Ġeħova.—Atti 16:1-3.
KONT TAF . . .
Il-magħmudija hi parti importanti ħafna biex ikollok “il-marka” tas-salvazzjoni.—Eżekjel 9:4-6.
L-AZZJONI LI SE NIEĦU!
Biex inkun lest għall-magħmudija, mill-Bibbja nixtieq nitgħallem iżjed dwar: ․․․․․
X’nixtieq insaqsi lill-ġenitur(i) tiegħi dwar dan is-suġġett? ․․․․․
INT X’TAĦSEB?
● Il-magħmudija għala hija deċiżjoni importanti ħafna?
● Ħafna żgħażagħ għala jitgħammdu kmieni wisq?
● Ħafna żgħażagħ għala ma jridux jitgħammdu?
[Kumment]
Il-magħmudija għenitni biex ma nagħmilx affarijiet li se jeffettwawli ħajti b’mod ħażin.”—Holly
[Kaxxa/Stampa]
Mistoqsijiet Dwar il-Magħmudija
Xi tfisser il-magħmudija? Il-magħmudija tfisser li l-iżjed ħaġa importanti hi li tobdi lil Ġeħova u mhux tagħmel li tixtieq.
Xi jfisser li tiddedika ħajtek lil Ġeħova? Ifisser li twiegħed lil Ġeħova li se ttih ħajtek u taqdih. (Mattew 16:24) Qabel ma titgħammed għandek titlob lil Ġeħova u tgħidlu li mil-llum ‘il quddiem se taqdi lilu.
X’għandek tagħmel qabel titgħammed? Għandek tobdi dak li jgħid Alla fil-Bibbja u titkellem m’oħrajn dwar dak li temmen. Għandek tipprova ssir ħabib t’Alla billi titolbu u tistudja l-Bibbja. Int għandek tiddeċiedi tridx taqdi lil Ġeħova, mhux għax ħaddieħor jisforzak.
Kemm irid ikolli żmien biex nitgħammed? L-età mhux l-iżjed ħaġa importanti, imma li tifhem b’mod ċar xi jfisser li tiddedika ħajtek lil Ġeħova.
X’nistaʼ nagħmel jekk nixtieq nitgħammed imma l-ġenituri jriduni nistenna? Forsi jixtiquk li tkun taf iżjed xi jfisser li taqdi lil Ġeħova. Ismaʼ minnhom u uża dan il-ħin biex issir ħabib aħjar taʼ Ġeħova.—1 Samwel 2:26.
[Kaxxa]
Eżerċizzju
Tixtieq Titgħammed?
Aqra l-mistoqsijiet u s-sentenzi li ġejjin biex tara jekk intix lest biex titgħammed. Aqra l-iskritturi kollha qabel twieġeb.
Kif qed turi li tafda lil Ġeħova?—Salm 71:5. ․․․․․
Kif qed turi li taf x’inhu tajjeb u ħażin?—Ebrej 5:14. ․․․․․
Titlob regolarment? ․․․․․
Dwar xiex titlob? U t-talb tiegħek juri li tħobb lil Ġeħova?—Salm 17:6. ․․․․․
Ikteb x’tixtieq tagħmel biex it-talb tiegħek ikun aħjar. ․․․․․
Tistudja l-Bibbja regolarment?—Ġożwè 1:8. ․․․․․
X’qed tistudja mill-Bibbja? ․․․․․
Ikteb x’tistaʼ tagħmel biex tistudja l-Bibbja aħjar. ․․․․․
Inti titkellem m’oħrajn dwar il-Bibbja? (Pereżempju: Taf tispjega x’tgħid il-Bibbja lill-oħrajn? Terġaʼ titkellem maʼ dawk li wrew interess? Qed tipprova tibda studju tal-Bibbja?)
□ Iva □ Le
Tmur service anke meta l-ġenituri ma jkunux jistgħu?—Atti 5:42.
□ Iva □ Le
Ikteb x’tixtieq tagħmel biex is-servizz tiegħek ikun aħjar.—2 Timotju 2:15. ․․․․․
Tattendi l-laqgħat kollha?—Ebrej 10:25. ․․․․․
Kif tieħu sehem fil-laqgħat? ․․․․․
Jekk il-ġenituri jħalluk, tmur il-laqgħat anke meta ma jkunux jistgħu?
□ Iva □ Le
Int tobdi lil Ġeħova minn qalbek?—Salm 40:8.
□ Iva □ Le
Tiftakar xi drabi meta ġejt influwenzat biex tagħmel xi ħaġa ħażina imma m’għamilthiex?—Rumani 12:2. ․․․․․
X’se tagħmel biex tibqaʼ tħobb lil Ġeħova?—Ġuda 20, 21. ․․․․․
Se tibqaʼ taqdi lil Ġeħova anke jekk il-ġenituri jew il-ħbieb tiegħek ma jibqgħux?—Mattew 10:36, 37.
□ Iva □ Le
[Stampa]
Il-magħmudija hi deċiżjoni importanti u rridu naħsbu sew dwarha