Kif Nistaʼ Nkampa mal-Istress tal-Iskola?
KAPITLU 18
Kif Nistaʼ Nkampa mal-Istress tal-Iskola?
“Tant ħassejt li kelli pressjoni fl-iskola li ħafna drabi kont inħoss li rrid nibki u nwerżaq fl-istess ħin.”—Sharon.
“L-istress tal-iskola ma jonqosx meta tikber—sempliċement jinbidlu l-affarijiet li jikkaġunawh.”—James.
TĦOSS int li l-ġenituri tiegħek ma jifhmux kemm għandek stress bl-iskola? Forsi jgħidulek li int m’għandekx self fuq id-dar xi tħallas, familja xi tmantni, jew mgħallem lil min togħġob. Madankollu, x’aktarx int tħoss li fl-iskola tiffaċċja l-istess ammont taʼ pressjoni li qed jiffaċċjaw il-ġenituri tiegħek—jekk mhux iktar.
Anki li sempliċement tmur l-iskola u tiġi lura jistaʼ jkun stressanti. Tara, li tgħix l-Istati Uniti, tgħid: “Spiss kien jinqalaʼ l-ġlied fuq il-private tal-iskola. Ix-xufier kien jieqaf, u kulħadd kien ikollu jinżel. Ilkoll kemm aħna konna nispiċċaw nittardjaw b’nofs siegħa jew iktar.”
Jonqos l-istress hekk kif tasal l-iskola? Ma tantx! Forsi int tesperjenza dan li ġej:
● Stress kaġunat mill-għalliema.
“L-għalliema tiegħi jkunu jriduni nibbrilla iktar minn ħaddieħor u nġib l-aqwa marki possibbli, u jien inħossni taħt pressjoni biex nogħġobhom.”—Sandra.
“L-għalliema jagħmlu pressjoni fuq l-istudenti biex jibbrillaw fl-iskola, speċjalment jekk xi student ikollu abbiltà partikulari.”—April.
“Anki jekk għandek miri siewja f’ħajtek, xi għalliema jġegħluk tħossok li ma tiswa għal xejn jekk ma tilħaqx il-miri akkademiċi li huma jaħsbu li għandek tilħaq.” *—Naomi.
Int kif tiġi effettwat mill-istress kaġunat mill-għalliema?
․․․․․
● Stress kaġunat minn dawk tamparek.
“Fl-iskola sekondarja, iż-żgħażagħ ikollhom iktar libertà u jkunu iktar ribellużi. Jekk ma tagħmilx bħalhom, iqisuk bħala nnerdjat.”—Kevin.
“Kuljum niffaċċja t-tentazzjoni biex nixrob l-alkoħol u biex ikolli relazzjonijiet sesswali. Kultant insibha diffiċli biex nirreżisti x-xewqa li nagħmel bħal ħaddieħor.”—Aaron.
“Issa li għandi 12-il sena, l-iktar ħaġa li tistressani hi l-pressjoni biex noħroġ maʼ xi ħadd tas-sess oppost. Sħabi tal-iskola jgħiduli: ‘Int meta se toħroġ maʼ xi ġuvni?’”—Alexandria.
“Saritli pressjoni biex noħroġ maʼ ġuvni. Meta rrifjutajt, qalgħuhieli lesbjana. U dan ġara meta kelli biss għaxar snin!”—Christa.
Int kif tiġi effettwat mill-istress kaġunat minn dawk tamparek?
․․․․․
● Fatturi oħrajn li jikkaġunaw stress. Agħmel ✔ maġenb il-fattur li jeffettwak l-iktar—jew ikteb fattur ieħor li jeffettwak.
□ It-testijiet
□ Il-ħowmwerk
□ Il-ġenituri jistennew wisq minnek
□ Tistenna wisq minnek innifsek
□ Il-bullying u l-fastidju sesswali
□ Fattur ieħor ․․․․․
Erbaʼ Passi Biex Ikollok Inqas Stress
Ngħiduha kif inhi, ma tistax tistenna li fil-ħin li tqattaʼ l-iskola ma ġġarrab l-ebda stress. Huwa minnu li l-istress żejjed jistaʼ jkiddek. Is-sultan għaref Salamun qal li l-istress jistaʼ jġiegħel lill-“għaref jaġixxi taʼ miġnun.” (Ekkleżjasti 7:7) Imma m’għandekx għalfejn tħalli l-istress jeffettwak b’dan il-mod. Is-sigriet hu li titgħallem kif tkampa mal-istress b’mod effettiv.
Individwu li jrid ikampa mal-istress jistaʼ jiġi mqabbel maʼ weight lifter. Sabiex jirnexxi, hu
jrid ikun preparat sew minn qabel. Hu jrid jerfaʼ l-weights kif suppost u jevita li jerfaʼ iktar milli jkun jiflaħ. Jekk jieħu dawn il-passi, hu jibni muskoli b’saħħithom mingħajr ma jagħmel ħsara lil ġismu. Mill-banda l-oħra, jekk ma jiħux dawn il-passi, hu jistaʼ jċarrat xi muskolu jew saħansitra jikser xi għadma.B’mod simili, int tistaʼ tkampa mal-istress li tiffaċċja u jirnexxilek twettaq dak li għandek bżonn tagħmel mingħajr ma tagħmel ħsara lilek innifsek. Kif? Ħu dawn il-passi li ġejjin:
1. Agħraf x’inhuma l-kaġuni speċifiċi. Proverbju għaqli jgħid: “Min hu prudenti jara l-gwaj u jinħeba.” (Proverbji 22:3) Imma ma tistax taħrab minn sitwazzjonijiet stressanti li jkidduk jekk l-ewwel ma tidentifikax l-iktar ħaġa li x’aktarx qed tikkaġunahom. Mela erġaʼ agħti daqqa t’għajn lejn il-fatturi li mmarkajt b’✔ iktar kmieni. Liema fattur li jikkaġuna l-istress qed jeffettwak l-iktar bħalissa?
2. Agħmel riċerka. Pereżempju, jekk ħafna ħowmwerk qed jistressak, agħmel riċerka dwar is-suġġerimenti li jinsabu f’Kapitlu 13 taʼ Volume 2. Jekk tħossok taħt pressjoni biex tinvolvi ruħek f’kondotta sesswali ħażina maʼ xi ħadd minn sħabek tal-klassi, se ssib pariri t’għajnuna wkoll f’Kapitli 2, 5, u 15 taʼ Volume 2.
3. Toqgħodx titnikker. Ġeneralment, il-problemi hemm jibqgħu jekk tinjorahom. Anzi, normalment jiggravaw, u b’hekk jikkaġunawlek iktar stress. Ladarba tiddeċiedi x’se tagħmel
f’sitwazzjoni stressanti, toqgħodx titnikker. Aqbad u agħmel dak li għandek tagħmel. Pereżempju, jekk int wieħed jew waħda mix-Xhieda taʼ Ġeħova, u allura qed tipprova tgħix skont il-livelli morali tal-Bibbja, identifika lilek innifsek bħala Xhud malajr kemm jistaʼ jkun. Jekk tagħmel hekk, tistaʼ tnaqqas l-istress. Marchet, li għandha 20 sena, tgħid: “Fil-bidu nett taʼ kull sena skolastika, kont nibda nitkellem dwar xi suġġett li kont naf li se joffrili l-opportunità li nispjega l-livelli tiegħi bbażati fuq il-Bibbja. Skoprejt li iktar ma kont indum biex nidentifika lili nnifsi bħala Xhud, iktar kienet issir diffiċli. Sibtha tassew t’għajnuna li ngħid lil oħrajn dwar dak li nemmen u mbagħad ngħix fi qbil maʼ dan matul is-sena.”4. Itlob l-għajnuna. Anki l-iktar weight lifter b’saħħtu għandu l-limiti tiegħu. Int ukoll għandek il-limiti tiegħek. Imma m’għandekx għalfejn iġġorr it-toqol Galatin 6:2) Għala ma titkellimx mal-ġenituri tiegħek jew maʼ xi Kristjan matur? Urihom it-tweġibiet li ktibt int iktar kmieni f’dan il-kapitlu u itlobhom jagħtuk xi suġġerimenti.
waħdek. (Hemm Xi Stress Tajjeb?
Forsi hi xi ħaġa li ma titwemminx, imma tistaʼ tkun xi ħaġa tajba li tħossok xi ftit stressat. Għala? Għax l-istress jistaʼ jkun indikazzjoni li int bniedem ħabrieki u li l-kuxjenza tiegħek għadha taħdem sew. Innota kif il-Bibbja tiddeskrivi individwu li kien jidher li m’għandu l-ebda stress: “Kemm se ddum hemm ma tagħmel xejn? Meta se tqum u ma tibqax rieqed? Orqod ftit. Ongħos ftit. Orbot idejk u ilgħab b’subgħajk il-kbar. F’daqqa waħda jitlaq kollox, bħallikieku jkun ittieħed minn ħalliel armat.”—Proverbji 6:9-11, Contemporary English Version.
Heidi, li għandha 16-il sena, tiddeskrivi l-kwistjoni sew fi ftit kliem. Hi tgħid: “L-iskola tistaʼ tidher li hi xi post tassew mistkerrah, imma l-pressjonijiet li tiffaċċja fl-iskola huma l-istess pressjonijiet li se tiffaċċja fuq il-post tax-xogħol.” Veru, mhuwiex faċli li tkampa mal-istress, imma jekk tagħraf tikkontrollah ma jagħmillekx ħsara. Fil-fatt jistaʼ jgħinek biex ikollok karattru iktar sod.
Se ssolvi l-problemi tiegħek billi titlaq mill-iskola?
[Nota ta’ taħt]
^ par. 11 Għal iktar informazzjoni, ara Kapitlu 20 taʼ dan il-ktieb.
SKRITTURA PRINĊIPALI
‘Itfgħu l-ansjetà kollha tagħkom fuq [Alla], għax hu jimpurtah minnkom.’—1 Pietru 5:7.
SUĠĠERIMENT
Aqsam f’żewġ kategoriji l-problemi li jikkaġunawlek stress—dawk li tistaʼ tagħmel xi ħaġa dwarhom u dawk li m’għandekx kontroll fuqhom. Aħdem fuq il-problemi li tistaʼ tagħmel xi ħaġa dwarhom. U toqgħodx taħli l-ħin u l-enerġija tiegħek fuq il-problemi li ma tistax issolvi.
KONT TAF . . . ?
Jekk kull lejl torqod biżżejjed—minn tal-inqas tmien sigħat—mhux biss tiġi megħjun tkampa mal-istress, iżda tiġi megħjun ukoll ittejjeb il-memorja tiegħek.
L-AZZJONI LI SE NIEĦU
Sabiex inkun nistaʼ nkampa mal-istress, jien iddeċidejt li meta jkun possibbli nidħol norqod f’dan il-ħin ․․․․․
Dak li nixtieq nistaqsi lill-ġenitur(i) tiegħi dwar dan is-suġġett hu ․․․․․
INT X’TAĦSEB?
● Għala jkollok iżjed stress jekk tkun perfezzjonista?
● Ma’ min tistaʼ titkellem jekk jaħkmek l-istress?
[Kumment f’paġna 132]
“Missieri kuljum kien jgħid talba miegħi qabel ma jwassalni l-iskola. Din it-talba kienet tgħinni nħoss ċerta sigurtà.”—Liz
[Stampa f’paġna 131]
Sewwasew bħalma meta terfaʼ l-weights kif suppost tistaʼ ssir iktar b’saħħtek fiżikament, hekk ukoll meta tkampa mal-istress kif suppost tistaʼ tiġi megħjun issir persuna iktar b’saħħtek emozzjonalment