Eżempju taʼ Min Jimitah—Rut
Eżempju taʼ Min Jimitah—Rut
L-armla Rut hi eżempju tajjeb taʼ lealtà. Hi għażlet li tibqaʼ mal-kunjata tagħha mdaħħla fiż-żmien, Nagħomi, minflok ma tmur lura għal ħajja iktar komda f’pajjiżha. Avolja din l-għażla naqqset il-probabbiltà li ssib sieħeb fiż-żwieġ, Rut ma ħasbitx biss dwarha nfisha. L-imħabba tagħha għal Nagħomi u x-xewqa tagħha li tkun man-nies taʼ Ġeħova kienu iktar importanti milli tissodisfa b’mod impulsiv ix-xewqa li kellha li tiżżewweġ.—Rut 1:8-17.
Qiegħed int taħseb biex tiżżewweġ? Mela, imita lil Rut. Tħarisx biss lejn l-emozzjonijiet tiegħek. Staqsi lilek innifsek: Liema kwalitajiet pożittivi nistaʼ noffri lis-sieħeb jew lis-sieħba tiegħi tal-futur? Pereżempju, jien leali u nagħmel sagrifiċċji persunali? Nimxi skont il-prinċipji t’Alla, anki meta l-ġisem imperfett tiegħi jitlob li nagħmel il-kuntrarju? Rut ma kinitx iddisprata biex tfittex sieħeb fiż-żwieġ. Madankollu, maż-żmien, hi sabet raġel matur li kellu kwalitajiet bħal tagħha—u l-iktar importanti, hu kellu mħabba għal Alla. Dan jistaʼ jkun minnu fil-każ tiegħek.