Eżempju taʼ Min Jimitah—Timotju
Eżempju taʼ Min Jimitah—Timotju
Timotju kien jinsab lest biex jitlaq mid-dar—mhux biex jaħrab ’il bogħod minn familtu iżda biex jakkumpanja lill-appostlu Pawlu fix-xogħol missjunarju tiegħu! X’aktarx li Timotju kien għadu m’għalaqx l-20 sena imma diġà kien żagħżugħ responsabbli u “l-aħwa f’Listra u Ikonju kienu jitkellmu tajjeb dwaru.” (Atti 16:2) Pawlu kien fiduċjuż li Timotju setaʼ jwettaq għemejjel kbar fis-servizz t’Alla. U hekk ġara! Fis-snin taʼ wara, Timotju vvjaġġa ħafna drabi biex jistabbilixxi kongregazzjonijiet ġodda u biex isaħħaħ lill-aħwa. Il-kwalitajiet mill-aqwa taʼ Timotju għamluh prezzjuż f’għajnejn Pawlu, li madwar 11-il sena wara qal lill-Filippin: “M’għandi lil ħadd bl-istess attitudni tiegħu li se jieħu ħsieb ġenwinament dak li għandu x’jaqsam magħkom.”—Filippin 2:20.
Qiegħed int tagħmel lilek innifsek disponibbli biex tintuża fis-servizz t’Alla? Jekk iva, hemm barkiet kbar jistennewk! Ġeħova tassew japprezza liż-żgħażagħ li “joffru lilhom infushom minn rajhom.” (Salm 110:3) Iktar minn hekk, tistaʼ tibqaʼ ċert li Alla Ġeħova ‘mhux inġust biex jinsa għemilek.’—Ebrej 6:10.