Fuq il-Qoxra fin-Naħa taʼ Ġewwa
Fuq il-Qoxra fin-Naħa taʼ Ġewwa
Għeżież Żgħażagħ Tagħna,
Missierkom tas-sema, Alla Ġeħova, iħobbkom ħafna u jridkom tkunu ferħanin. Għandkom mnejn tgħidu: ‘Imma huwa verament possibbli li tkun kuntent illum il-ġurnata?’ Din mistoqsija tajba. Wara kollox, ħajjitna mimlija diffikultajiet. Donnu kuljum jinqalgħu sfidi li jistgħu jisirqulna l-ferħ. Imma Missierna kollu mħabba se jgħinna! Il-Kelma tiegħu tipprovdi l-gwida li għandna bżonn sabiex inkunu nistgħu nissieltu mal-burraxki tal-ħajja. Għalkemm il-Bibbja nkitbet żmien twil ilu, il-pariri tagħha għadhom prattiċi sal-ġurnata tal-lum.—Salm 119:98, 99; 2 Timotju 3:16, 17.
Ħejjejnielkom din il-pubblikazzjoni għax inħobbukom. Irridukom tkunu ferħanin u tgawdu l-ħajja bl-aqwa mod. Għalhekk, inħeġġukom biex mhux biss taqraw dan il-ktieb minn qoxra sa qoxra imma wkoll biex idduru għall-pariri li hemm fih kull meta jinqalgħu l-problemi. Wieħed mill-iskopijiet taʼ dan il-ktieb hu li jħeġġeġ komunikazzjoni aħjar bejnkom u l-ġenituri tagħkom. Aħna nittamaw li taqraw jew saħansitra tistudjaw porzjonijiet minnu flimkien. Ħudu vantaġġ mill-għerf u l-esperjenza tal-ġenituri tagħkom!
Nixtiqulkom affarijiet sbieħ,
Il-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova