Aħna Tassew Lesti għaż-Żwieġ?
KAPITLU 30
Aħna Tassew Lesti għaż-Żwieġ?
Sibt il-persuna li tixtieq tiżżewweġ, u ilek toħroġ magħha biżżejjed biex tkun taf li tħobbha. Iż-żwieġ jinsab wara l-bieb. Hekk kif tinsab lest biex tieħu waħda mill-ikbar deċiżjonijiet taʼ ħajtek, tibda tgħid bejnek u bejn ruħek . . .
Aħna tassew lesti għaż- żwieġ?
HUWA normali li jkollok xi dubji dwar iż-żwieġ—anki meta tkun tħobb lil xi ħadd. Minħabba li ż-żwiġijiet imfarrkin qegħdin dejjem
jiżdiedu u r-rati tad-divorzju dejjem jogħlew, wieħed jifhem li trid toqgħod b’seba’ għajnejn meta tkun qed taħseb biex tieħu dan il-pass li jbiddillek ħajtek mil-lejl għan-nhar. Kif tkun taf jekk intix lest għaż-żwieġ? Issa, iktar minn qatt qabel, għandek bżonn tneħħi minn moħħok kwalunkwe tama mhix realistika li jistaʼ jkollok dwar iż-żwieġ u, minflok, iddaħħal f’moħħok ir-realtajiet. Pereżempju:L-1 TAMA MHIX REALISTIKA “Jekk ikollna l-imħabba jkollna kollox.”
Ir-realtà: Bla flus la tgħannaq u lanqas tbus. Jiġifieri bl-imħabba la tistaʼ tħallas kontijiet u lanqas tkopri l-ispejjeż finanzjarji. Fil-fatt, xi riċerkaturi sabu li l-flus huma l-kaġun ewlieni tal-ġlied fiż-żwieġ li jistaʼ jwassal għad-divorzju. Ħarsa mhix bilanċjata lejn il-flus tistaʼ tikkaġunalek ħsara spiritwali u emozzjonali, u tistaʼ teqridlek ir-relazzjoni mas-sieħeb jew mas-sieħba tiegħek fiż-żwieġ. (1 Timotju 6:9, 10) X’inhi l-lezzjoni? Toqgħodx tistenna sa wara ż-żwieġ biex tiddiskuti kif se timmaniġġaw il-flus!
Il-Bibbja tgħid: “Min minnkom li jrid jibni torri ma joqgħodx l-ewwel bil-qiegħda u jikkalkula l-ispejjeż?”—Luqa 14:28.
Suġġeriment: Tkellem issa, qabel ma tiżżewġu, dwar l-arranġamenti finanzjarji tal-futur mas-sieħeb jew mas-sieħba li se tiżżewweġ. (Proverbji 13:10) Ikkunsidra dawn il-mistoqsijiet li ġejjin: Id-dħul tagħna kif se jiġi mqassam? Se jkollna kont tal-bank joint jew kontijiet tal-bank individwali? Min minna huwa l-iktar kapaċi jżomm rendikont finanzjarju u jara li qed jitħallsu l-kontijiet? * Kemm flus jistaʼ kull wieħed minna jonfoq fuq xi ħaġa mingħajr ma jikkonsulta lill-ieħor? Issa huwa ż-żmien li tibdew taħdmu bħala tim!—Ekkleżjasti 4:9, 10.
IT-2 TAMA MHIX REALISTIKA “Se nkunu koppja perfetta għax aħna tal-istess fehma f’kollox—dejjem naqblu!”
Rumani 3:23; Ġakbu 3:2) Jeħtieġ tikkunsidra mhux biss kemm taqblu iżda wkoll x’jiġri meta ma taqblux. Rabta soda hi magħmula minn tnejn min-nies li jistgħu jagħrfu bl-onestà d-differenzi taʼ bejniethom u mbagħad jaħdmu fuqhom biex jirranġaw l-affarijiet b’maturità u bil-kelma t-tajba.
Ir-realtà: Jekk qatt ma jkollkom xi tgħidu, x’aktarx huwa għaliex irnexxielkom tevitaw il-kwistjonijiet li jistgħu jqajmu konflitt. Iżda meta tkun miżżewweġ se jkollok tiddiskutihom, trid u ma tridx. Il-fatt hu li l-ebda tnejn min-nies imperfetti ma jaqblu perfettament, u għalhekk ma jistax jonqos li jkun hemm xi nuqqas taʼ qbil. (Il-Bibbja tgħid: “Tmorrux torqdu waqt li tkunu għadkom irrabjati.”—Efesin 4:26, Contemporary English Version.
Suġġeriment: Irrifletti bir-reqqa dwar kif s’issa rreaġixxejt għal xi konflitt li kellek mal-ġenituri tiegħek u maʼ ħutek. Agħmel ċart simili għal dik li tinsab f’paġna 93 taʼ dan il-ktieb jew f’paġna 221 taʼ Volume 2. Innota l-ġrajjiet speċifiċi li qanqlu nuqqas taʼ qbil, kif wiġibt, u liema tweġiba setgħet tkun aħjar. Pereżempju, jekk ir-reazzjoni impulsiva tiegħek għal konflitt kienet li tlebbet tiġri lejn kamartek u b’rabja ssabbat il-bieb, ikteb x’kienet tkun reazzjoni aħjar—waħda li se tgħinek issolvi l-problema minflok ma tkompli tiggrava s-sitwazzjoni. Jekk minn issa titgħallem tirreaġixxi aħjar għal xi konflitt, se tikseb abbiltà vitali għal żwieġ hieni.
IT-3 TAMA MHIX REALISTIKA “Ladarba niżżewweġ, ix-xewqat sesswali kollha tiegħi se jiġu sodisfati.”
1 Korintin 10:24) Il-fatt hu li r-rażan fuqek innifsek hu vitali fil-ħajja tiegħek kemm bħala ġuvni jew xebba u kemm bħala persuna miżżewġa.—Galatin 5:22, 23.
Ir-realtà: Iż-żwieġ mhuwiex xi garanzija li se tagħmel is-sess kull meta tkun trid int. Ftakar li l-parti l-oħra fiż-żwieġ hija persuna tad-demm u l-laħam li għandha sentimenti li jeħtieġ jiġu kunsidrati. Ngħiduha kif inhi, se jkun hemm drabi meta s-sieħeb jew is-sieħba tiegħek sempliċement ma jkollhiex aptit intimità. Iż-żwieġ ma jagħtikx id-dritt li tinsisti li jiġu sodisfati l-bżonnijiet tiegħek. (Il-Bibbja tgħid: “Kull wieħed minnkom ikun jaf kif jikkontrolla ġismu bil-qdusija u bl-unur, mhux b’aptit sesswali mimli xenqa.”—1 Tessalonikin 4:4, 5.
Suġġeriment: Irrivedi bir-reqqa x-xewqat u t-tendenzi sesswali tiegħek u aħseb dwar kif dawn jistgħu jeffettwaw iż-żwieġ tiegħek fil-futur. Pereżempju, għandek int il-vizzju egoistiku tal-masturbazzjoni? Għandek int il-vizzju tal-pornografija? Tħares int b’xenqa lejn dawk tas-sess oppost? Staqsi lilek innifsek: ‘Jekk insibha diffiċli nikkontrolla x-xewqat sesswali tiegħi qabel iż-żwieġ, kif se nkun nistaʼ nikkontrollahom wara?’ (Mattew 5:27, 28) Xi mistoqsijiet oħrajn jistgħu jkunu: Għandek int it-tendenza li titkessaħ maʼ dawk tas-sess oppost u li qatt ma tkun trid irbit? Ksibt int il-fama taʼ playboy jew taʼ xi ħadd li jħobb jitkessaħ maʼ dawk tas-sess oppost? Jekk iva, kif beħsiebek trażżan din it-tendenza wara ż-żwieġ, meta l-affezzjonijiet tiegħek ikollhom bżonn jiġu diretti lejn persuna waħda—is-sieħeb jew is-sieħba tiegħek?—Proverbji 5:15-17.
IR-4 TAMA MHIX REALISTIKA “Iż-żwieġ se jġibli l-ferħ.”
Ir-realtà: Persuna mhix miżżewġa li ma tkunx ferħana normalment issir persuna mhix ferħana anki fiż-żwieġ. Għala? Għax il-ferħ jiddependi iktar mill-ħarsa Proverbji 15:15) Dawk li għandhom it-tendenza li jħarsu lejn ħajjithom b’mod negattiv normalment jiffokaw fuq dak li ma jkollhomx f’relazzjoni, u mhux fuq dak li jkollhom. Ikun ħafna aħjar li tikkultiva u tiżviluppa attitudni pożittiva waqt li tkun għadek ma żżewwiġtx. Imbagħad, meta tiżżewweġ se toħroġ l-aħjar tiegħek fik u fis-sieħeb jew fis-sieħba tiegħek.
taʼ dak li jkun milli miċ-ċirkustanzi tiegħu. (Il-Bibbja tgħid: “Aħjar tkun sodisfatt b’dak li għandek milli dejjem tkun trid xi ħaġa oħra.”—Ekkleżjasti 6:9, Today’s English Version.
Suġġeriment: Xi kultant, attitudni negattiva tiġi meta jkollok stennijiet mhux realistiċi. Fuq biċċa karta, agħmel lista taʼ żewġ stennijiet jew tlieta li għandek miż-żwieġ. Aqrahom, u mbagħad staqsi lilek innifsek: ‘Huma l-istennijiet tiegħi bbażati iktar fuq il-fantasija milli fuq ir-realtà? Huma l-istennijiet tiegħi
influwenzati minn films, serje tat-televixin, jew kotba romantiċi? Huma l-istennijiet tiegħi ffokati fuq dak li ż-żwieġ se jagħmel għalija—forsi jtemm is-solitudni tiegħi, jissodisfa x-xewqa tiegħi għas-sess, jew iġiegħel lil sħabi jkollhom iktar rispett lejja?’ Jekk iva, se jkollok bżonn tibda taħseb mhux dwarek innifsek biss, iżda dwar il-persuna l-oħra wkoll. Sabiex tiġi megħjun tagħmel dan, agħmel lista taʼ żewġ stennijiet jew tlieta li għandek miż-żwieġ li jinvolvu kemm lilek u kemm lis-sieħeb jew lis-sieħba tiegħek tal-futur.Dawn it-tamiet mhux realistiċi dwar iż-żwieġ jistgħu jeffettwaw ħażin il-ferħ tiegħek fiż-żwieġ. Mela stinka biex telimina dawn il-ħsibijiet u, minflok, adotta ħarsa realistika. Iċ-ċart li tinsab f’paġni 216 u 217 tistaʼ tgħin lilek u lis-sieħeb jew lis-sieħba tiegħek tal-futur hekk kif tħarsu ’l quddiem lejn dak li jistaʼ jkun wieħed mill-akbar barkiet tal-ħajja—żwieġ hieni!—Dewteronomju 24:5; Proverbji 5:18.
Firda f’relazzjoni romantika tistaʼ tinħass bħallikieku tmut parti minnek. Kif tistaʼ tkampa mal-konsegwenzi?
[Nota ta’ taħt]
^ par. 9 Il-“mara kapaċi” li tissemma fi Proverbji 31:10-28 hija deskritta bħala li ġġorr ammont taʼ responsabbiltajiet tqal li jkollhom effett dirett fuq il-finanzi tal-familja. Ara l-versi 13, 14, 16, 18, u 24.
SKRITTURA PRINĊIPALI
“Raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jrid jingħaqad maʼ martu u huma jsiru ġisem wieħed.”—Ġenesi 2:24.
SUĠĠERIMENT
Tkellem maʼ koppja miżżewġa ikbar fl-età, u staqsihom x’parir jagħtu lil raġel u mara miżżewġin friski dwar kif ikollhom żwieġ hieni.—Proverbji 27:17.
KONT TAF . . . ?
Fi żwieġ li jirnexxi, raġel u mara miżżewġin iqisu lil xulxin bħala ħbieb, jikkomunikaw tajjeb, ikunu jafu kif isolvu d-differenzi taʼ bejniethom, u jqisu r-relazzjoni tagħhom bħala rabta dejjiema.
L-AZZJONI LI SE NIEĦU
Il-kwalità li se nibda naħdem fuqha minn issa biex intejjeb ir-relazzjoni li għandi mas-sieħeb jew mas-sieħba tiegħi tal-futur hi ․․․․․
Dak li nixtieq nistaqsi lill-ġenitur(i) tiegħi dwar dan is-suġġett hu ․․․․․
INT X’TAĦSEB?
● F’xi pajjiżi, persentaġġ għoli taʼ żwiġijiet jispiċċaw f’divorzju. Għala taħseb li jiġri dan?
● Għala huwa taʼ periklu li tiżżewweġ sempliċement għax tħossok imdejjaq bis-sitwazzjoni fid-dar?
● Għala se jkun importanti li tgħix fi qbil maʼ prinċipji Bibliċi fiż-żwieġ tiegħek fil-futur?
[Kumment f’paġna 220]
“Iż-żwieġ huwa pass serju ħafna. Huwa importanti li mhux biss tkun taf x’jinvolvi ż-żwieġ imma wkoll li ssir taf sew lill-persuna lil min se tiżżewweġ.”—Audra
[Kaxxa/Stampa f’paġna 216, 217]
Eżerċizzju
Lest Int Biex Tiżżewweġ?
Ikkunsidra l-mistoqsijiet fiż-żewġ paġni li jmiss. Int tistaʼ saħansitra tuża dawn il-paġni bħala bażi għal diskussjoni bejnek u bejn is-sieħeb jew is-sieħba fiż-żwieġ tal-futur. Kun ċert li taqra l-iskritturi ċitati.
Il-Finanzi
□ X’inhi l-attitudni tiegħek lejn il-flus?—Ebrej 13:5, 6.
□ B’liema modi qed turi li int diġà responsabbli finanzjarjament?—Mattew 6:19-21.
□ Għandek xi dejn bħalissa? Jekk iva, liema passi qed tieħu biex tħallsu lura?—Proverbji 22:7.
□ Kemm se jiswa t-tieġ tagħkom? Kemm dejn, jekk ikun hemm, tikkunsidra li hu raġunevoli?—Luqa 14:28.
□ Meta tkunu miżżewġin, it-tnejn li intom se jkollkom bżonn toħorġu taħdmu? Jekk iva, kif se tkampaw mal-iskedi differenti u mal-bżonnijiet taʼ trasport?—Proverbji 15:22.
□ Fejn se tmorru tgħixu? Xi kemm se jkunu jiswew il-kera, l-ikel, l-ilbies, u spejjeż oħrajn? U kif se tkopru dawn l-ispejjeż?—Proverbji 24:27.
Il-Familja
□ Għandek relazzjoni tajba mal-ġenituri tiegħek u maʼ ħutek?—Eżodu 20:12; Rumani 12:18.
□ Bħalissa kif issolvi nuqqas taʼ qbil fil-familja? —Kolossin 3:13.
□ Jekk int mara żagħżugħa, b’liema modi turi li għandek “spirtu kwiet u ġwejjed”?—1 Pietru 3:4.
□ Qegħdin tippjanaw li jkollkom it-tfal? (Salm 127:3) Jekk le, liema tip taʼ kontraċettivi se tużaw?
□ Jekk int raġel żagħżugħ, kif qed tippjana li tieħu t-tmexxija f’li tipprovdi spiritwalment għall-familja tiegħek?—Mattew 5:3.
Il-Personalità
□ B’liema modi qed tagħti prova li int bieżel?—Proverbji 6:9-11; 31:17, 19, 21, 22, 27.
□ Kif qed tagħti prova li għandek spirtu taʼ sagrifiċċju?—Filippin 2:4.
□ Jekk int raġel żagħżugħ, b’liema modi turi li int kapaċi tuża sew l-awtorità li jistaʼ jkollok b’mod li timita lil Kristu?—Efesin 5:25, 28, 29.
□ Jekk int mara żagħżugħa, liema evidenza hemm li int kapaċi tissottometti ruħek għall-awtorità?—Efesin 5:22-24.
[Stampa f’paġna 219]
Taqbadx u tidħol għaż-żwieġ bl-amment, bħallikieku qed taqbeż fl-ilma mingħajr ma taf tgħum