Is-Sess Se Jsaħħaħha r-Relazzjoni Tagħna?
KAPITLU 24
Is-Sess Se Jsaħħaħha r-Relazzjoni Tagħna?
Heather ilha xahrejn biss toħroġ maʼ Mike, imma tħossha bħallikieku ilha tafu ħajjitha kollha. Huma l-ħin kollu jibagħtu l-messaġġi lil xulxin, jitkellmu għal sigħat sħaħ fuq it-telefon, u saħansitra jaħsbu u jitkellmu bl-istess mod! Imma issa, waqt li qegħdin f’karozza pparkjata għad-dawl tal-qamar, Mike jrid iktar milli sempliċement jitkellem.
F’dawn l-aħħar xahrejn, Mike u Heather m’għamlu xejn iktar ħlief li joqogħdu id f’id u jbusu lil xulxin ħafif ħafif. Heather ma trid tagħmel xejn iżjed minn hekk. Imma lanqas ma trid titlef lil Mike. Ħadd ħliefu ma jġegħelha tħossha daqshekk sabiħa u speċjali. Bejnha u bejn ruħha, hi tirraġuna: ‘Barra minn hekk, jien u Mike ninħabbu . . . ’
X’AKTARX tistaʼ tobsor fejn se twassal din is-sitwazzjoni. Imma dak li forsi ma tobsorx hu kemm is-sess jistaʼ jbiddel b’mod drastiku r-relazzjoni bejn Mike u Heather—u mhux għall-aħjar. Ikkunsidra dan li ġej:
Jekk tikser xi liġi tal-fiżika, bħalma hi l-liġi tal-gravità, se tbati l-konsegwenzi. L-istess jistaʼ jingħad jekk tikser xi liġi morali, bħal-liġi li tgħid: ‘Tbiegħdu miż-żína.’ (1 Tessalonikin 4:3) Liema konsegwenzi se tbati meta ma tobdix dan il-kmand? Il-Bibbja tgħid: “Min jipprattika ż-żína qed jidneb kontra ġismu stess.” (1 Korintin 6:18) Dan kif inhu minnu? Ara jekk tistax tikteb fil-linji provduti tliet konsegwenzi koroh li jistgħu jġibu fuqhom infushom dawk li jagħmlu s-sess qabel iż-żwieġ.
1 ․․․․․
2 ․․․․․
3 ․․․․․
Issa ħares lejn dak li ktibt. Inkludejt affarijiet bħal mard trasmess sesswalment, tqala mhix mixtieqa, jew id-diżapprovazzjoni t’Alla? Ċertament, dawn huma konsegwenzi devastanti li jistgħu jġibu fuqhom infushom dawk li jiksru l-liġi morali t’Alla dwar iż-żína.
Iżda xorta għandha mnejn tiġik it-tentazzjoni. Forsi tirraġuna u tgħid, ‘Jien mhu se jiġrili xejn.’ Wara kollox, mhux kulħadd qed ikollu relazzjonijiet sesswali? Dawk tamparek fl-iskola jiftaħru dwar l-esperjenzi sesswali li jkollhom, u huma ma tantx jidhru li qed ibatu l-konsegwenzi. Forsi bħal Heather, li ssemmiet fil-bidu, anki int tħoss li s-sess se jressqek eqreb lejn is-sieħeb jew is-sieħba tiegħek. Wara kollox, min jieħu pjaċir jiġi mwaqqaʼ għaċ-ċajt għax ikun għadu verġni? Ma jkunx aħjar li tagħmel bħalhom?
Imma ieqaf ftit u aħseb! L-ewwel nett mhux kulħadd qed ikollu relazzjonijiet sesswali. Veru, forsi taqra xi statistiki li juru li numru kbir taʼ żgħażagħ qed ikollhom relazzjonijiet sesswali. Pereżempju, riċerka li saret fl-Istati Uniti wriet li sakemm jiġu biex jispiċċaw l-iskola sekondarja, 2 minn kull 3 żgħażagħ f’dan il-pajjiż ikunu attivi sesswalment. Imma dan ifisser ukoll li 1 minn kull 3—numru ġmielu—mhuwiex qed ikollu relazzjonijiet sesswali. Imma xi ngħidu dwar dawk li qed ikollhom relazzjonijiet sesswali? Xi riċerkaturi sabu li ħafna żgħażagħ bħal dawn jesperjenzaw waħda jew iktar mill-konsegwenzi li ġejjin.
L-1 KONSEGWENZA IN-NIKET. Ħafna miż-żgħażagħ li għamlu s-sess qabel iż-żwieġ jgħidu li wara ddispjaċiehom.
IT-2 KONSEGWENZA IN-NUQQAS TAʼ FIDUĊJA. Wara li jkollhom
relazzjoni sesswali, kull wieħed mill-imseħbin jgħid bejnu u bejn ruħu: ‘Min jaf maʼ min iktar għamel/għamlet is-sess?’IT-3 KONSEGWENZA ID-DIŻAPPUNT. Fil-fond taʼ qalbhom, ħafna tfajliet jippreferu lil xi ħadd li jipproteġihom u mhux li jużahom. U ħafna ġuvintur iħossuhom inqas miġbudin lejn tfajla li tkun ċediet għall-proposti sesswali tagħhom.
Barra minn hekk, ħafna ġuvintur qalu li qatt ma jaslu biex jiżżewġu tfajla li kellhom relazzjoni sesswali magħha. Għala? Għax jippreferu lil xi ħadd li għandu morali iktar għoljin dwar is-sess!
Jekk int tfajla, dan jissorprendik? Forsi saħansitra jirrabjak? Mela ftakar: Ir-realtà dwar is-sess qabel iż-żwieġ hija ferm differenti minn dak li jintwera fil-films jew fuq it-televixin. L-industrija tad-divertiment tpinġi s-sess bejn l-adoloxxenti bħala xi ħaġa mill-isbaħ u tagħmlu jidher bħallikieku hu xi ħaġa pjaċevoli li ma tagħmilx ħsara jew saħansitra tagħmlu jidher bħala mħabba vera. Imma tħallihomx iqarrqu bik! Dawk li jipprovaw iħajruk biex tagħmel is-sess qabel iż-żwieġ, sempliċement qed ifittxu biss dak li jaqbel lilhom. (1 Korintin 13:4, 5) Wara kollox, taħseb li xi ħadd li verament iħobbok se jipperikola l-benesseri fiżiku u emozzjonali tiegħek? (Proverbji 5:3, 4) Ukoll, taħseb li xi ħadd li verament jimpurtah minnek se jħajrek biex tipperikola r-relazzjoni tiegħek m’Alla?—Ebrej 13:4.
Jekk int ġuvni żagħżugħ u Għanja taʼ Salamun 2:16) Fi ftit kliem, int se tkun l-eroj tagħha!
qed toħroġ maʼ tfajla, dak li ngħad f’dan il-kapitlu għandu jagħtik raġuni biex tirrifletti fuq ir-relazzjoni li qiegħed fiha. Staqsi lilek innifsek: ‘Tassew jimpurtani mit-tfajla li qed noħroġ magħha?’ Jekk it-tweġiba tiegħek hija iva, x’inhu l-aqwa mod kif tistaʼ turiha li jimpurtak minnha? Billi jkollok id-determinazzjoni li tobdi l-liġijiet t’Alla, l-għerf biex tevita ċirkustanzi taʼ tentazzjoni, u l-imħabba biex tfittex l-interessi tagħha. Jekk għandek dawn il-kwalitajiet, x’aktarx li s-sentimenti tat-tfajla tiegħek se jkunu bħal dawk tas-Sulamija, li kienet retta moralment. Hi qalet: “L-għażiż taʼ qalbi hu tiegħi u jien tiegħu.” (L-Rumani 1:24) Mhux taʼ b’xejn li wara l-att sesswali ħafna wħud iħossu ċertu vojt u li ma jiswew għal xejn. Ikun bħallikieku bi traskuraġni ħallew parti prezzjuża minnhom infushom tiġi misruqa! Tħallix dan jiġri lilek. Jekk xi ħadd jipprova jħajrek biex ikollok relazzjoni sesswali billi jgħidlek: “Kieku tħobbni taċċetta,” b’mod sod wieġeb: “Kieku tħobbni lanqas biss tistaqsini!”
Sew jekk int ġuvni u sew jekk int tfajla, il-fatt hu li jekk iċċedi għas-sess qabel iż-żwieġ tkun qed tbaxxi lilek innifsek għax tkun bħallikieku qed tarmi xi ħaġa prezzjuża. (Ġismek hu prezzjuż wisq biex tarmih kif ġieb u laħaq. Uri li għandek karattru sod biżżejjed ħalli tobdi l-kmand t’Alla biex titbiegħed miż-żína. Imbagħad, jekk xi darba tiżżewweġ, tkun tistaʼ tagħmel l-att sesswali. U tkun tistaʼ tgawdih bis-sħiħ, mingħajr ebda inkwiet, dispjaċir, u inċertezza, li spiss huma l-konsegwenzi li jġib miegħu s-sess qabel iż-żwieġ.—Proverbji 7:22, 23; 1 Korintin 7:3.
AQRA IKTAR DWAR DAN IS-SUĠĠETT F’KAPITLI 4 U 5 TAʼ VOLUME 2
Kemm hu serju l-vizzju tal-masturbazzjoni?
SKRITTURA PRINĊIPALI
“Aħarbu miż-żína. . . . Min jipprattika ż-żína qed jidneb kontra ġismu stess.”—1 Korintin 6:18.
SUĠĠERIMENT
Fejn tidħol il-kondotta maʼ xi ħadd tas-sess oppost, regola tajba li għandek iżżomm f’moħħok hi: Jekk qed tagħmel xi ħaġa li ma tridx li l-ġenituri tiegħek jarawk tagħmilha, mela mhux suppost qed tagħmilha.
KONT TAF . . . ?
Wara li ġuvni jkollu relazzjoni sesswali, hemm iktar ċans li jitlaq lit-tfajla tiegħu u jsib oħra.
L-AZZJONI LI SE NIEĦU
Meta nkun maʼ xi ħadd tas-sess oppost, iċ-ċirkustanzi li jeħtieġ nevita huma ․․․․․
Jekk xi ħadd tas-sess oppost ikun iridni niltaqaʼ miegħu f’post imwarrab, jien se ngħid ․․․․․
Dak li nixtieq nistaqsi lill-ġenitur(i) tiegħi dwar dan is-suġġett hu ․․․․․
INT X’TAĦSEB?
● Għalkemm is-sess qabel iż-żwieġ jistaʼ jidher bħala xi ħaġa sabiħa, għala hu taʼ ħsara għalik?
● X’se tagħmel jekk xi ħadd iħajrek biex tagħmel l-att sesswali?
[Kumment f’paġna 176]
“Bħala Kristjan, int għandek kwalitajiet li se jiġbdu lil oħrajn lejk. Għalhekk, jeħtieġ toqgħod attent u tirrifjuta meta tiġi mħajjar tagħmel xi ħaġa immorali. Irrispetta dawn il-kwalitajiet. Tmurx kontra l-prinċipji tiegħek stess!”—Joshua
[Stampa f’paġni 176, 177]
Meta tagħmel is-sess qabel iż-żwieġ, ikun bħallikieku jkollok pittura sabiħa u tużaha bħala tapit quddiem il-bieb