Daħla
Daħla
KULL ġurnata n-nies jiffaċċjaw deċiżjonijiet taʼ etika dwar is-saħħa: trapjanti taʼ xi organu, abort, id-“dritt li tmut.” Nittamaw li int qatt ma se tiffaċċja dawk il-problemi.
Madankollu, hemm kwistjoni waħda li titlob l-attenzjoni tiegħek: Id-demm kif jistaʼ jintuża biex isalva l-ħajja?
B’raġuni tajba, ħafna issa jistaqsu, ‘It-trasfużjonijiet tad-demm kemm huma mingħajr periklu?’ Imma din hija iktar minn kwistjoni medika. Ġabet fl-aħbarijiet lix-Xhieda taʼ Jehovah. Qatt ħsibt għala dawn in-nies taʼ etika, li jemmnu fil-mediċina tajba, ma jaċċettawhx id-demm?
Bħalma se tara, l-aspetti mediċi u morali taʼ li tuża d-demm għandhom effett dirett fuq kif int tistaʼ ssalva l-iktar ħaġa taʼ valur li għandek: IL-ĦAJJA.