Il-Verità dwar il-Missier, l-Iben, u l-Ispirtu Qaddis
APPENDIĊI
Il-Verità dwar il-Missier, l-Iben, u l-Ispirtu Qaddis
NIES li jemmnu fit-tagħlim tat-Trinità jgħidu li f’Alla hemm tliet persuni—il-Missier, l-Iben, u l-Ispirtu Qaddis. Jingħad li kull wieħed minn dawn it-tliet persuni huwa ugwali, jistaʼ kollox, u mingħajr bidu. Għalhekk, skond id-duttrina tat-Trinità, il-Missier hu Alla, l-Iben hu Alla, u l-Ispirtu Qaddis hu Alla, u madankollu hemm biss Alla wieħed.
Ħafna li jemmnu bit-Trinità jammettu li ma jistgħux
jispjegaw dan it-tagħlim. Xorta waħda, huma għandhom mnejn iħossu li dan it-tagħlim jinsab fil-Bibbja. Taʼ min jinnota li l-kelma “Trinità” qatt ma ssibha fil-Bibbja. Imma l-idea taʼ Trinità tinstab fil-Bibbja? Biex inwieġbu din il-mistoqsija, ejja nsibu skrittura li spiss jikkwotaw dawk li jappoġġaw it-Trinità.“IL-VERB KIEN ALLA”
Ġwanni 1:1 jgħid: “Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien maʼ Alla, u l-Verb kien Alla.” (Il-Bibbja taʼ l-Għaqda Biblika Maltija) Iktar tard fl-istess kapitlu, l-appostlu Ġwanni juri ċar li “l-Verb,” jew il-Kelma, hu Ġesù. (Ġwanni 1:14) Mela, ladarba l-Verb jissejjaħ Alla xi wħud jikkonkludu li l-Iben u l-Missier bilfors li huma parti mill-istess Alla.
Żomm f’moħħok li din il-parti tal-Bibbja kienet oriġinalment miktuba bil-Grieg. Iktar tard, it-tradutturi qalbu t-test Grieg f’lingwi oħra. Madankollu, għadd taʼ tradutturi tal-Bibbja m’użawx il-frażi “l-Verb kien Alla.” Għala? Dawn it-tradutturi, li bbażaw it-traduzzjoni tagħhom fuq l-għarfien li kellhom tal-Grieg użat fil-Bibbja, ikkonkludew li l-frażi “l-Verb kien Alla” għandha tiġi tradotta b’mod differenti. Kif? Dawn huma xi ftit eżempji: “Il-Verb [Kelma] kien divin.” (A New Translation of the Bible) “Il-Kelma kien alla.” (The New Testament in an Improved Version) “Il-Kelma kien m’Alla u kellu l-istess natura tiegħu.” (The Translator’s New Testament) Skond dawn it-traduzzjonijiet, il-Kelma m’huwiex Alla nnifsu. * Minflok, minħabba l-pożizzjoni għolja tiegħu fost il-ħlejjaq taʼ Ġeħova, il-Kelma ssir referenza għalih bħala “alla.” Hawnhekk it-terminu “alla” jfisser “wieħed setgħan.”
IKSEB IKTAR FATTI
Il-biċċa l-kbira min-nies ma jafux bil-Grieg li ntuża fil-Bibbja. Għalhekk, int kif tistaʼ tkun taf x’ried ifisser tassew l-appostlu Ġwanni? Aħseb ftit dwar dan l-eżempju: Għalliem jispjega suġġett lill-istudenti tiegħu. Wara, l-istudenti ma jaqblux dwar kif għandhom jifhmu l-ispjegazzjoni. Kif jistgħu dawn l-istudenti Ġwanni 1:1, int tistaʼ tfittex fl-Evanġelju taʼ Ġwanni għal iktar informazzjoni dwar liema pożizzjoni jokkupa Ġesù. Billi ssir taf iktar fatti dwar dan is-suġġett int se tiġi megħjun biex tasal għall-konklużjoni t-tajba.
jsolvu l-kwistjoni? Jistgħu jitolbu iktar informazzjoni lill-għalliem. Bla dubju, jekk isiru jafu iktar fatti, dan se jgħinhom jifhmu s-suġġett aħjar. Bl-istess mod, biex tifhem sewPer eżempju, ikkunsidra dak li jkompli jgħid Ġwanni f’kapitlu 1, vers 18: “Ebda bniedem ma ra lil Alla [li Jistaʼ Kollox] f’xi żmien.” Madankollu, il-bnedmin raw lil Ġesù, l-Iben, għax Ġwanni jgħid: “Il-Verb [Ġesù] sar bniedem u għammar fostna, u aħna rajna l-glorja tiegħu.” (Ġwanni 1:14, GħBM ) Allura, kif jistaʼ l-Iben ikun parti minn Alla li Jistaʼ Kollox? Ġwanni jgħid ukoll li l-Verb kien “maʼ Alla.” Imma kif jistaʼ individwu jkun maʼ xi ħadd u fl-istess ħin ikun dik il-persuna? Iktar minn hekk, bħalma nsibu fi Ġwanni 17:3, Ġesù jagħmel distinzjoni ċara bejnu stess u bejn Missieru tas-sema. Hu jsejjaħ lil Missieru “l-uniku Alla veru.” U lejn tmiem l-Evanġelju tiegħu, Ġwanni jiġbor kollox fil-qosor billi jgħid: “Dawn inkitbu biex intom temmnu li Ġesù hu l-Kristu, l-Iben t’Alla.” (Ġwanni 20:31) Innota li Ġesù ma jissejjaħx Alla, imma l-Iben t’Alla. Din l-informazzjoni li komplejna naraw provduta fl-Evanġelju taʼ Ġwanni turi kif għandu jiġi mifhum Ġwanni 1:1. Ġesù, il-Kelma, hu “alla” fis-sens li hu għandu pożizzjoni għolja imma m’hijiex l-istess bħal dik t’Alla li Jistaʼ Kollox.
IKKONFERMA L-FATTI
Erġaʼ aħseb dwar l-eżempju taʼ l-għalliem u l-istudenti tiegħu. Immaġina li xi wħud ikun għad għandhom id-dubji, anki wara li jkunu semgħu l-ispjegazzjoni li jkompli jagħtihom l-għalliem. X’jistgħu jagħmlu? Jistgħu jmorru għand għalliem ieħor għal iktar informazzjoni dwar l-istess suġġett. Jekk it-tieni għalliem jikkonferma l-ispjegazzjoni taʼ l-ewwel wieħed, id-dubji tal-maġġuranza taʼ l-istudenti jistgħu jiġu solvuti. Bl-istess mod, jekk m’intix ċert dwar dak li Ġwanni, il-kittieb tal-Bibbja, kien qiegħed fil-fatt jgħid dwar ir-relazzjoni bejn Ġesù u Alla li Jistaʼ Kollox, int tistaʼ tikseb iktar informazzjoni Mattew 24:36) Dan il-kliem kif jikkonferma li Ġesù m’huwiex Alla li Jistaʼ Kollox?
jekk tara x’jgħid kittieb ieħor tal-Bibbja. Per eżempju, ikkunsidra x’kiteb Mattew. Dwar it-tmiem taʼ din is-sistema dinjija, hu jikkwota lil Ġesù li qal: “Imma dak il-jum u s-siegħa ma jafhom ħadd, la l-anġli tas-smewwiet u lanqas l-Iben, ħlief il-Missier.” (Ġesù jgħid li l-Missier jaf iktar milli jaf l-Iben. Madankollu, kieku Ġesù kien parti minn Alla li Jistaʼ Kollox, hu kien ikun jaf l-istess fatti li jaf Missieru. Mela, allura, l-Iben u l-Missier ma jistgħux ikunu ugwali. Madankollu, xi wħud jgħidu: ‘Ġesù kellu żewġ naturi. Hawnhekk kien qed jitkellem bħala bniedem.’ Imma anki jekk dan kien minnu, xi ngħidu dwar l-ispirtu qaddis? Kieku l-ispirtu kien parti mill-istess Alla bħall-Missier, Ġesù għala ma qalx li dan l-ispirtu kien jaf dak li kien jaf il-Missier?
Hekk kif tkompli tistudja l-Bibbja, int se ssir familjari maʼ ħafna iktar siltiet fil-Bibbja li jkomplu jiċċaraw dan is-suġġett. Huma jikkonfermaw il-verità dwar il-Missier, l-Iben, u l-ispirtu qaddis.—Salm 90:2; Atti 7:55; Kolossin 1:15.
[Nota taʼ taħt]
^ par. 7 Għal diskussjoni dwar ir-regoli tal-grammatika fil-Grieg li japplikaw għal Ġwanni 1:1, ara paġni 26-9 tal-browxer Għandek Int Temmen fit-Trinità? pubblikat mix-Xhieda taʼ Ġeħova.