Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IL-ĦAMES PARTI

Mill-Jasar f’Babilonja sal-Bini mill-Ġdid tas-Swar taʼ Ġerusalemm

Mill-Jasar f’Babilonja sal-Bini mill-Ġdid tas-Swar taʼ Ġerusalemm

Waqt li kienu fil-​jasar f’Babilonja, il-​fidi tal-​Iżraelin ġiet imġarrba ħafna drabi. Sidrak, Mesak, u Għabednego ntefgħu f’forn tan-​nar iħeġġeġ, imma Alla ħariġhom minn hemm ħajjin. Iktar tard, wara li Babilonja ġiet mirbuħa mill-​Medi u l-​Persjani, Danjel ġie mitfugħ f’ħofra tal-​iljuni, imma Alla pproteġa lilu wkoll billi għalaq ħalq l-​iljuni.

Fl-​aħħar, is-​sultan Persjan Ċiru ħeles lill-​Iżraelin. Huma marru lura pajjiżhom eżatt 70 sena wara li ttieħdu lejn Babilonja fil-​jasar. Waħda mill-​ewwel affarijiet li għamlu malli marru lura Ġerusalemm kienet li bdew jibnu t-​tempju taʼ Ġeħova. Però, xi għedewwa ma damux ma waqqfu x-​xogħol tagħhom. Allura kien xi 22 sena wara li marru lura Ġerusalemm li fl-​aħħar lestew it-​tempju.

Imbagħad, nitgħallmu dwar il-​vjaġġ t’Esdra lura lejn Ġerusalemm biex isebbaħ it-​tempju. Dan seħħ xi 47 sena wara li tlesta t-​tempju. Imbagħad, 13-​il sena wara l-​vjaġġ t’Esdra, Neħemija għen biex jerġgħu jinbnew is-​swar imġarrfin taʼ Ġerusalemm. IL-​ĦAMES Parti tkopri 152 sena taʼ storja sa dan iż-​żmien.