Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Introduzzjoni għall-Kelma t’Alla

Introduzzjoni għall-Kelma t’Alla

KIF ISSIB IL-​VERSI FIL-​BIBBJA

Il-​Bibbja hi ġabra taʼ 66 ktieb iżgħar. Hi mqassma f’żewġ sezzjonijiet: l-​Iskrittura Ebrajka u Aramajka (“It-​Testment il-​Qadim”) u l-​Iskrittura Griega (“It-​Testment il-​Ġdid”). Kull ktieb tal-​Bibbja hu mqassam f’kapitli u f’versi. Meta hemm l-​iskritturi ċitati, l-​ewwel numru wara l-​isem tal-​ktieb jindika l-​kapitlu, u n-​numru jew in-​numri taʼ wara jirreferu għall-​vers jew għall-​versi. Pereżempju, Ġenesi 1:1 jirreferi għal Ġenesi kapitlu 1, vers 1.