MISTOQSIJA 7
Il-Bibbja xi tbassar dwar żmienna?
“Ġens iqum kontra ġens u saltna kontra saltna . . . Dan kollu hu l-bidu taʼ l-uġigħ, bħall-uġigħ tal-ħlas.”
“Iqumu ħafna profeti foloz u jqarrqu b’ħafna; u minħabba li jiżdied il-ħażen tibred l-imħabba tal-biċċa l-kbira min-nies.”
“Meta tisimgħu bi gwerer u aħbarijiet taʼ gwerer, titwerwrux; dan irid iseħħ, imma ma jkunx għadu t-tmiem.”
“Ikun hemm terremoti kbar, u f’post wara l-ieħor ikun hemm mard li jittieħed u nuqqas taʼ ikel; u jkun hemm dehriet tal-biżaʼ u, mis-sema, sinjali kbar.”
“Fl-aħħar jiem ikun hawn żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom. Għax in-nies ikunu jħobbu lilhom infushom, iħobbu l-flus, minfuħin bihom infushom, suppervi, midgħija, diżubbidjenti lejn il-ġenituri, ingrati, żleali, mingħajr imħabba naturali, ma jkunux iridu jiftiehmu, kalunnjaturi, mingħajr rażna, feroċi, mingħajr imħabba għat-tajjeb, tradituri, rashom iebsa, imkabbrin, iħobbu l-pjaċiri minflok ma jħobbu lil Alla, ikollhom għamla taʼ devozzjoni lejn Alla imma ma jurux bil-fatti l-qawwa tagħha.”