Ir-4 Parti
Huma Semgħu Minn Satana—X’Kienu r-Riżultati?
Adam u Eva m’obdewx lil Alla, u għalhekk mietu. Ġenesi 3:6, 23
Eva semgħet mis-serp u kielet mill-frotta. Imbagħad tat ftit lil Adam u hu kiel minnha wkoll.
Dak li għamlu kien ħażin —kien dnub. Alla ġegħelhom jitilqu mid-dar tagħhom, il-Ġenna tal-art.
Il-ħajja kienet diffiċli għalihom u għal uliedhom. Huma xjaħu u mietu. Ma marrux fid-dinja tal-ispirti, iżda ntemmet l-eżistenza tagħhom.
Ġenesi 3:19
Il-mejtin huma bla ħajja bħalma hu t-trab.Aħna mmutu minħabba li lkoll niġu minn Adam u Eva. Il-mejtin ma jistgħux jaraw, jisimgħu, jew jagħmlu xi ħaġa.—Ekkleżjasti 9:5, 10.
Ġeħova ma kellux l-iskop li n-nies imutu. Hu dalwaqt se jirxoxta lill-mejtin. Jekk jisimgħu minnu, huma se jgħixu għal dejjem.