Il-5 Parti
Id-Dilluvju l-Kbir—Min Sema’? Min Ma Semax?
Il-biċċa l-kbira tan-nies fi żmien Noè għamlu l-ħażen. Ġenesi 6:5
Adam u Eva kellhom it-tfal, u n-nies fuq l-art żdiedu. Maż-żmien, xi anġli ngħaqdu maʼ Satana fir-ribelljoni.
Huma ġew fuq l-art u ħadu iġsma taʼ rġiel ħalli jkunu jistgħu jiżżewġu n-nisa. In-nisa wildu subien sovrumani li kienu feroċi u b’saħħithom.
Id-dinja mtliet b’nies li għamlu affarijiet ħżiena. Il-Bibbja tgħid: “Il-ħażen tal-bniedem kien kotran fuq l-art u kull inklinazzjoni tal-ħsibijiet taʼ qalbu kienet biss ħażina l-ħin kollu.”
Ġenesi 6:13, 14, 18, 19, 22
Noè semaʼ minn Alla u bena arka.Noè kien raġel tajjeb. Ġeħova qal lil Noè li Hu kien se jeqred lin-nies mill-agħar b’dilluvju kbir.
Lil Noè, Alla qallu wkoll biex jibni dgħajsa kbira ħafna, li tissejjaħ arka, u biex fiha jdaħħal lill-familja tiegħu u kull xorta t’annimal.
Noè wissa lin-nies dwar id-Dilluvju li kien ġej, imma ma tawx kas. Xi wħud waqqgħu għaċ-ċajt lil Noè; oħrajn stmerrewh.
Meta tlestiet l-arka, Noè daħħal l-annimali ġewwa.