It-2 Parti
Min Hu l-Alla l-Veru?
Hemm Alla wieħed biss li hu veru, u jismu Ġeħova. (Salm 83:18) Alla huwa Spirtu; ma nistgħux narawh. Hu jħobbna u jridna nħobbuh lura. Hu jridna wkoll inħobbu lil ħaddieħor. (Mattew 22:35-40) Huwa l-Wieħed Suprem, il-Ħallieq taʼ kollox.
L-ewwel ħolqien t’Alla kien spirtu setgħan. Iktar tard dan sar magħruf bħala Ġesù Kristu. Ġeħova ħalaq ukoll lill-anġli.
Ġeħova ħalaq dak kollu li hemm fis-sema . . . Rivelazzjoni 4:11
u fuq l-art.Alla Ġeħova ħalaq il-kwiekeb kif ukoll l-art u dak kollu li hemm fiha.—Ġenesi 1:1.
Hu sawwar lil Adam, l-ewwel raġel, mit-trab tal-art.—Ġenesi 2:7.