Ittra mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna
Għal dawk li jħobbu lil Alla Ġeħova u l-Kelma tiegħu, il-Bibbja:
Ġesù qal, ‘Intom tkunu tafu l-verità, u l-verità teħliskom.’ (Ġwanni 8:32) Aħseb dwar kif ħassejtek għall-bidu li sirt taf il-verità mill-Bibbja! Żgur li hi xi ħaġa eċitanti li ssir taf il-verità f’dinja mimlija gideb.—2 Timotju 3:1.
Alla Ġeħova jixtieqna nkunu nafu l-verità. U aħna nixtiequ naqsmu din il-verità m’oħrajn għax inħobbuhom. Imma biex naqdu lil Alla, irridu nagħmlu iktar minn hekk. Minħabba li għandna rispett kbir lejn il-prinċipji taʼ Ġeħova, aħna nagħmlu ħilitna biex ngħixu bħala Kristjani. Ġesù tkellem dwar mod importanti kif nistgħu nuru li nħobbu lil Alla. Hu qal: “Jekk tosservaw il-kmandamenti tiegħi, tibqgħu fi mħabbti, bħalma jien osservajt il-kmandamenti tal-Missier u nibqaʼ fi mħabbtu.”—Ġwanni 15:10.
Ġesù jħobbu ħafna lil Missieru. Hu jagħmel dak kollu li Missieru jitlob minnu. Jekk nimitaw lil Ġesù bil-mod kif ngħixu, Ġeħova se jħobbna u se nkunu kuntenti verament. Fil-fatt, Ġesù stess qal li jekk nagħmlu hekk se nkunu ferħanin.—Ġwanni 13:17.
Nittamaw li dan il-ktieb se jgħinek tgħix skont il-verità tal-Bibbja u ssir ħabib t’Alla. Aħna nitolbu għalikom biex tkomplu tkabbru mħabbitkom għal Alla u tibqgħu “fl-imħabba t’Alla . . . bil-ħajja taʼ dejjem quddiem għajnejkom.”—Ġuda 21.
Il-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova