Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja

F’dan il-ktieb, aqra dwar kull ġrajja fil-ħajja taʼ Ġesù kif inhi miktuba fil-Bibbja.

INTRODUZZJONI

It-triq, il-verità, u l-ħajja

It-tagħlim u l-azzjonijiet taʼ Ġesù, li jinsabu fl-Evanġelji, jistgħu jbiddlulek ħajtek.

KAPITLU 1

Żewġ messaġġi mingħand Alla

L-anġlu Gabrijel iwassal messaġġi li kienu diffiċli biex jitwemmnu.

KAPITLU 2

Ġesù jiġi onorat qabel ma jitwieled

Eliżabetta u t-tarbija tagħha li kienet għadha ma twilditx, kif onoraw lil Ġesù?

KAPITLU 3

Jitwieled xi ħadd biex iħejji t-triq

Malli Żakkarija b’miraklu jerġaʼ jibda jitkellem, hu jlissen profezija importanti.

KAPITLU 4

Marija—Tqila imma mhix miżżewġa

Ġużeppi jemminha lil Marija meta tgħidlu li hi mhijiex tqila minn xi raġel ieħor imma mill-ispirtu qaddis?

KAPITLU 5

It-twelid taʼ Ġesù—Fejn u meta?

Kif nafu li Ġesù ma twilidx fil-25 taʼ Diċembru?

KAPITLU 6

L-iben li kien imwiegħed

Meta Ġużeppi u Marija jieħdu lil Ġesù fit-tempju bħala tarbija, żewġ Iżraelin imdaħħlin fiż-żmien jipprofetizzaw dwar il-futur taʼ Ġesù.

KAPITLU 7

L-astrologi jżuru lil Ġesù

Il-kewkba li raw fil-Lvant għala ħadithom l-ewwel għand is-sultan qattiel Erodi u mhux għand Ġesù?

KAPITLU 8

Jaħarbu minn ħakkiem mill-agħar

Jitwettqu tliet profeziji Bibliċi konnessi mal-Messija kmieni fil-ħajja taʼ Ġesù.

KAPITLU 9

Jitrabba f’Nazaret

Ġesù kemm kellu ħutu?

KAPITLU 10

Il-familja taʼ Ġesù tivvjaġġa lejn Ġerusalemm

Ġużeppi u Marija jippanikjaw meta ma jistgħux isibu lil Ġesù, filwaqt li hu ma jistax jifhem għala ma kinux jafu fejn għandhom ifittxuh mill-ewwel.

KAPITLU 11

Ġwanni l-Battista jħejji t-triq

Meta jmorru għandu xi Fariżej u Sadduċej, Ġwanni jikkundannahom. Għala?

KAPITLU 12

Ġesù jitgħammed

Ġesù għala tgħammed jekk qatt ma dineb?

KAPITLU 13

Tgħallem mill-mod kif Ġesù ffaċċja t-tentazzjonijiet

It-tentazzjoni taʼ Ġesù tagħti prova taʼ żewġ fatti importanti dwar ix-Xitan.

KAPITLU 14

Ġesù jibda jagħmel dixxipli

Xi kkonvinċa l-ewwel sitt dixxipli taʼ Ġesù li kienu sabu lill-Messija?

KAPITLU 15

Iwettaq l-ewwel miraklu tiegħu

Ġesù juri lil ommu li issa Missieru tas-sema qed jgħidlu x’għandu jagħmel u mhux hi.

KAPITLU 16

Ġesù juri żelu għall-qima vera

Il-Liġi t’Alla ppermettiet lin-nies jixtru l-annimali għas-sagrifiċċji minn Ġerusalemm, allura Ġesù għala rrabja mal-merkanti fit-tempju?

KAPITLU 17

Hu jgħallem lil Nikodemu billejl

Xi jfisser li wieħed ‘jitwieled mill-ġdid’?

KAPITLU 18

Ġesù jżid fl-attività hekk kif Ġwanni jnaqqas

Id-dixxipli taʼ Ġwanni l-Battista jgħiru, avolja Ġwanni nnifsu ma jgħirx.

KAPITLU 19

Jgħallem lil mara Samaritana

Ġesù jgħidilha xi ħaġa li milli jidher għadu ma qalx lil xi ħadd ieħor.

KAPITLU 20

It-tieni miraklu waqt li qiegħed Kana

Ġesù jfejjaq tifel minn xi 26 kilometru ’l bogħod.

KAPITLU 21

Fis-sinagoga taʼ Nazaret

Ġesù x’qal li ġiegħel lin-nies mill-belt fejn trabba jkunu jridu joqtluh?

KAPITLU 22

Erbaʼ dixxipli jsiru sajjieda tal-bnedmin

Jistidinhom biex ma jibqgħux jistadu għall-ħut imma biex jibdew jistadu għall-bnedmin.

KAPITLU 23

Ġesù jwettaq għemejjel kbar f’Kafarnahum

Meta Ġesù jkeċċi d-demonji, hu jwaqqafhom milli jgħidu lin-nies li hu l-Iben t’Alla. Għala?

KAPITLU 24

Ġesù jkabbar il-ministeru tiegħu fil-Galilija

In-nies imorru għand Ġesù biex ifejjaqhom, iżda Ġesù jispjega li l-ministeru tiegħu fir-realtà għandu skop akbar.

KAPITLU 25

B’mogħdrija jfejjaq lil raġel bil-ġdiem

B’espressjoni sempliċi iżda mimlija tifsir, Ġesù juri li hu verament jimpurtah minn dawk li jfejjaq.

KAPITLU 26

“Dnubietek maħfurin”

Ġesù juri li hemm liema konnessjoni bejn id-dnub u l-mard?

KAPITLU 27

Mattew jiġi msejjaħ

Ġesù għala jiekol maʼ wħud li huma magħrufin bħala nies midinbin?

KAPITLU 28

Id-dixxipli taʼ Ġesù għax ma jsumux?

Ġesù juża tixbiha dwar il-ġlud tal-inbid bħala tweġiba.

KAPITLU 29

Jistaʼ dak li jkun jagħmel xogħlijiet tajbin fis-Sabat?

Il-Lhud għala jippersegwitaw lil Ġesù talli fejjaq raġel li kien ilu marid 38 sena?

KAPITLU 30

Ir-relazzjoni taʼ Ġesù maʼ Missieru

Il-Lhud jaħsbu li Ġesù qed jagħmel lilu nnifsu daqs Alla, imma Ġesù jagħmilha ċara li Alla hu superjuri għalih.

KAPITLU 31

Jaqtgħu l-qamħ fis-Sabat

Ġesù għala jsejjaħ lilu nnifsu “s-Sid tas-Sabat”?

KAPITLU 32

Skont il-Liġi x’tistaʼ tagħmel fis-Sabat?

Is-Sadduċej u l-Fariżej, li s-soltu ma jaqblu fuq xejn, huma tal-istess fehma rigward Ġesù.

KAPITLU 33

Iwettaq il-profezija taʼ Isaija

Ġesù għala jgħid lil dawk li jfejjaq biex ma jgħidux lil oħrajn min hu jew x’għamel?

KAPITLU 34

Ġesù jagħżel 12-il appostlu

X’differenza hemm bejn appostlu u dixxiplu?

KAPITLU 35

Il-prietka famuża taʼ fuq il-muntanja

Tistaʼ taqra spjegazzjoni tal-punti prinċipali mill-prietka taʼ Ġesù.

KAPITLU 36

Ċenturjun juri fidi kbira

Dan il-fizzjal tal-armata x’jagħmel li jġiegħel lil Ġesù jistagħġeb?

KAPITLU 37

Ġesù jirxoxta lil iben armla

Dawk li raw dan il-miraklu fehmu s-sinifikat veru tiegħu.

KAPITLU 38

Ġwanni jrid jismaʼ mingħand Ġesù

Ġwanni l-Battista għax jistaqsi jekk Ġesù huwiex il-Messija? Qed ikollu d-dubji Ġwanni?

KAPITLU 39

Gwaj għal ġenerazzjoni li ma tridx tagħti widen

Ġesù jgħid li f’Jum il-Ġudizzju, ikun aħjar għall-art taʼ Sodoma milli għal Kafarnahum, il-belt fejn kien qed jgħix.

KAPITLU 40

Lezzjoni dwar il-maħfra

Billi jgħid lil mara li forsi kienet prostituta li dnubietha kienu nħafrulha, kien Ġesù qed jgħid li ma jimpurtax jekk tikser il-liġi t’Alla?

KAPITLU 41

Il-mirakli—Bil-qawwa taʼ min?

Ħut Ġesù jemmnu li tilef moħħu.

KAPITLU 42

Ġesù jċanfar lill-Fariżej

X’inhu ‘s-sinjal tal-profeta Ġona’?

KAPITLU 43

Tixbihat dwar is-Saltna

Ġesù jirrakkonta tmien tixbihat biex jispjega aspetti tas-Saltna tas-smewwiet.

KAPITLU 44

Ġesù jsikket tempesta fuq il-baħar

Meta Ġesù kkalma r-riħ u l-mewġ, hu għallem lezzjoni importanti ħafna dwar kif se tkun il-ħajja taħt ir-renju tiegħu tas-Saltna.

KAPITLU 45

Qawwa fuq ħafna demonji

Jistaʼ individwu jkun maħkum minn iktar minn demonju wieħed?

KAPITLU 46

Tfiq billi tmiss il-libsa taʼ Ġesù

Ġesù juri l-qawwa u l-mogħdrija f’din il-ġrajja li tmisslek qalbek.

KAPITLU 47

Tifla terġaʼ tgħix!

In-nies jidħqu b’Ġesù meta jgħid li tifla mejta hi biss rieqda. Hu x’jaf li huma ma jafux?

KAPITLU 48

Jagħmel il-mirakli, iżda jiġi miċħud saħansitra f’Nazaret

In-nies taʼ Nazaret jiċħdu lil Ġesù, mhux minħabba t-tagħlim jew il-mirakli tiegħu, imma għal raġuni oħra.

KAPITLU 49

Jipprietka fil-Galilija u jħarreġ lill-appostli

Xi tfisser verament l-istqarrija ‘qorbot is-saltna tas-smewwiet’?

KAPITLU 50

Imħejjijin biex jippritkaw minkejja l-persekuzzjoni

Ġesù għala jgħid lid-dixxipli biex jaħarbu meta jiġu persegwitati jekk m’għandhomx jibżgħu mill-mewt?

KAPITLU 51

Qtil waqt ċelebrazzjoni t’għeluq is-snin

Iż-żfin taʼ Salomè tant isaħħar lil Erodi li jaħlef li se jagħtiha kulma titolbu. X’inhi t-talba tal-waħx tagħha?

KAPITLU 52

Jitmaʼ lil eluf bi ftit ħobż u ħut

Il-miraklu taʼ Ġesù tant hu sinifikanti li jinsab fl-erbaʼ Evanġelji.

KAPITLU 53

Mexxej li jistaʼ jikkontrolla l-elementi

X’lezzjonijiet jitgħallmu l-appostli meta Ġesù jimxi fuq l-ilma u jikkalma r-riħ?

KAPITLU 54

Ġesù—“Il-ħobż tal-ħajja”

Ġesù għala jċanfar lin-nies avolja għamlu sforz kbir biex imorru għandu?

KAPITLU 55

Il-kliem taʼ Ġesù jaħsad lil ħafna

Ġesù jgħallem xi ħaġa li tant taħsad lid-dixxipli tiegħu li ħafna minnhom jabbandunawh.

KAPITLU 56

X’inhu dak li verament iniġġes lil persuna?

Huwa dak li jidħol f’fommu, jew dak li joħroġ minnu li jniġġsu?

KAPITLU 57

Ġesù jfejjaq lil tifla u lil raġel trux

Waħda mara għala ma tiħux għaliha meta Ġesù jqabbel lin-nies taʼ ġensha mal-ġriewi?

KAPITLU 58

Ikattar il-ħobż u jwissi dwar il-ħmira

Id-dixxipli taʼ Ġesù sa fl-aħħar jifhmu dwar liema ħmira qed jitkellem.

KAPITLU 59

Min hu Bin il-bniedem?

X’inhuma l-imfietaħ tas-Saltna? Min jużahom, u kif?

KAPITLU 60

It-trasfigurazzjoni—Ħarsa lejn Kristu fil-glorja

X’kienet it-trasfigurazzjoni? X’kienet tfisser?

KAPITLU 61

Ġesù jfejjaq lil tifel maħkum minn demonju

Ġesù jgħid li kien minħabba nuqqas taʼ fidi li tifel ma ġiex imfejjaq, imma min kellu dan in-nuqqas taʼ fidi? It-tifel, missieru, jew id-dixxipli taʼ Ġesù?

KAPITLU 62

Lezzjoni importanti dwar l-umiltà

Irġiel adulti jitgħallmu xi ħaġa importanti minn tifel żgħir.

KAPITLU 63

Ġesù jagħti pariri dwar it-tfixkil u d-dnub

Hu jiddeskrivi proċess li fih tliet passi dwar kif għandhom jiġu trattati kwistjonijiet serji bejn l-aħwa.

KAPITLU 64

Il-bżonn li naħfru

Billi juża t-tixbiha tal-ilsir li ma jurix ħniena, Ġesù juri kemm Alla jqis bis-serjetà l-fatt li nkunu lesti li naħfru lil oħrajn.

KAPITLU 65

Jgħallem waqt vjaġġ lejn Ġerusalemm

Fi tliet konversazzjonijiet qosra, Ġesù jidentifika attitudnijiet li jistgħu jwaqqfu lil individwu milli jsegwih.

KAPITLU 66

F’Ġerusalemm għall-Festa tal-Għerejjex

X’setaʼ ġiegħel lil dawk li kienu qed jisimgħu lil Ġesù jemmnu li kien maħkum minn xi demonju?

KAPITLU 67

“Qatt ma kien hawn bniedem ieħor li tkellem bħalu”

Kważi l-qorti superjuri Lhudija kollha kemm hi topponi lil Ġesù, imma membru wieħed jissogra jitkellem favurih.

KAPITLU 68

“Id-dawl tad-dinja”—L-Iben t’Alla

Ġesù qal li “l-verità teħliskom.” Teħlishom minn xiex?

KAPITLU 69

Missierhom—Abraham jew ix-Xitan?

Ġesù jiddiskuti kif jiġu identifikati wlied Abraham, kif ukoll min hu tassew Missieru.

KAPITLU 70

Ġesù jfejjaq raġel li twieled agħma

Id-dixxipli jistaqsu għala wieħed raġel twieled agħma. Huwa għax dineb? Għax dinbu l-ġenituri tiegħu? In-nies ikollhom reazzjonijiet differenti meta Ġesù jfejjaq lir-raġel.

KAPITLU 71

Il-Fariżej jiffaċċjaw lir-raġel li kien agħma

Il-loġika tar-raġel li kien agħma tirrabjahom ħafna lill-Fariżej. Dak li l-ġenituri tiegħu kienu qed jibżgħu minnu seħħ meta l-Fariżej keċċewh mis-sinagoga.

KAPITLU 72

Ġesù jibgħat 70 dixxiplu biex jippritkaw

Fil-Lhudija, Ġesù jibgħat 70 dixxiplu tnejn tnejn biex jippritkaw dwar is-Saltna. Id-dixxipli fejn għandhom ifittxu lin-nies biex jippritkawlhom—fis-sinagogi jew fid-djar?

KAPITLU 73

Samaritan juri li tassew iħobb lil proxxmu

Ġesù kif juża t-tixbiha tas-Samaritan qalbu tajba, jew is-“Samaritan it-tajjeb,” biex jgħallem lezzjoni importanti?

KAPITLU 74

Lezzjonijiet dwar l-ospitalità u t-talb

Ġesù jżur lil Marija u Marta fid-dar tagħhom. X’jgħallimhom dwar l-ospitalità? U iktar tard kif jgħallem lid-dixxipli tiegħu dwar xiex għandhom jitolbu?

KAPITLU 75

Ġesù jirrivela kif tistaʼ tikseb l-hena

Ġesù jwieġeb lil dawk li jikkritikawh billi jgħidilhom dwar “is-sabaʼ t’Alla” u dwar kif is-Saltna t’Alla laħqithom. Juri wkoll kif in-nies jistgħu jsibu l-hena veru.

KAPITLU 76

Jiekol maʼ Fariżew

Ġesù jikxef l-ipokrisija reliġjuża tal-Fariżej u l-iskribi. Liema tagħbijiet tqal iġiegħlu lin-nies iġorru?

KAPITLU 77

Ġesù jagħti pariri dwar l-għana materjali

Ġesù jgħid tixbiha dwar raġel għani li bena mħażen akbar. Liema parir jirripeti dwar il-perikli taʼ li nfittxu l-għana materjali?

KAPITLU 78

Kun dejjem għal-lest, prokuratur leali!

Ġesù juri li hu interessat fis-saħħa spiritwali tad-dixxipli tiegħu. Il-prokuratur xi rwol kien se jkollu fis-saħħa spiritwali tagħhom? Il-parir biex inkunu għal-lest għala hu daqstant importanti?

KAPITLU 79

Għala l-Lhud li ma jemmnux se jinqerdu

Ġesù jgħid li dawk li qed jipprova jgħin se jinqerdu jekk ma jindmux. Se jitgħallmu huma l-lezzjoni importanti li Ġesù jipprova jgħallimhom dwar ir-relazzjoni tagħhom m’Alla?

KAPITLU 80

Ir-Ragħaj mill-Aħjar u l-imqawel tan-nagħaġ

Ir-relazzjoni bejn ragħaj u n-nagħaġ tiegħu turi tajjeb kif Ġesù jħossu dwar id-dixxipli tiegħu. Se jagħrfu huma t-tagħlim tiegħu u jsegwuh?

KAPITLU 81

Hu ħaġa waħda mal-Missier, imma mhuwiex Alla

Xi wħud minn dawk li jikkritikaw lil Ġesù jakkużawh li qed jagħmel lilu nnifsu daqs Alla. Kif juri bis-sengħa li l-akkużi tagħhom huma foloz?

KAPITLU 82

Il-ministeru taʼ Ġesù fil-Perija

Ġesù jispjega lis-semmiegħa tiegħu x’hemm bżonn biex jiksbu s-salvazzjoni. Il-parir tiegħu kien importanti dak iż-żmien. Xi ngħidu għal-lum?

KAPITLU 83

Stediniet għal ikla—⁠Alla lil min jistieden?

Waqt li qed jiekol fid-dar taʼ Fariżew, Ġesù jirrakkonta tixbiha dwar ikla taʼ filgħaxija kbira. Hu għandu lezzjoni importanti għall-poplu t’Alla kollu. X’inhi?

KAPITLU 84

Kemm hi ħaġa serja li tkun dixxiplu?

Li ssir dixxiplu taʼ Kristu hi responsabbiltà serja. Ġesù ma jħalli ebda dubju dwar x’inhu involut. Dawk li jridu jkunu segwaċi tiegħu għandhom mnejn jinħasdu b’dak li jgħid.

KAPITLU 85

Ferħ minħabba l-midneb li jindem

L-iskribi u l-Fariżej jikkritikaw lil Ġesù talli jissieħeb maʼ nies komuni. Bħala tweġiba, Ġesù juża t-tixbihat biex juri kif Alla jqis lill-midinbin.

KAPITLU 86

L-iben li kien mitluf jerġaʼ lura

X’lezzjonijiet nistgħu nitgħallmu mit-tixbiha taʼ Ġesù dwar l-iben il-ħali?

KAPITLU 87

Ippjana bil-quddiem—Uża l-għaqal

Ġesù juża tixbiha dwar prokuratur qarrieqi u korrott biex jgħallem lezzjoni.

KAPITLU 88

Bidla għar-raġel għani u għal Lazzru

Biex tifhem il-parabbola taʼ Ġesù hemm bżonn li tkun taf lil min jirrappreżentaw iż-żewġ karattri prinċipali.

KAPITLU 89

Jgħallem fil-Perija fi triqtu lejn il-Lhudija

Hu jenfasizza kwalità li tistaʼ tgħinna naħfru lil dawk li jidinbu kontrina darba wara l-oħra.

KAPITLU 90

“L-irxoxt u l-ħajja”

Ġesù x’ried ifisser meta qal li dawk li jeżerċitaw fidi fih “ma jmut qatt”?

KAPITLU 91

Lazzru jiġi rxoxtat

Żewġ aspetti prinċipali f’din il-ġrajja jagħmluha impossibbli anki għal dawk li jopponu lil Ġesù biex jiċħdu l-miraklu.

KAPITLU 92

Għaxar imġiddmin jiġu mfejqin—Wieħed biss juri gratitudni

Ir-raġel imfejjaq ma jurix apprezzament lejn Ġesù biss imma lejn xi ħadd ieħor ukoll.

KAPITLU 93

Bin il-bniedem se jiġi rivelat

Il-preżenza taʼ Kristu b’liema mod se tkun bħal sajjetta?

KAPITLU 94

Żewġ ħtiġijiet kbar—It-talb u l-umiltà

Fit-tixbiha tiegħu taʼ mħallef mill-agħar u armla, Ġesù jenfasizza l-valur taʼ kwalità partikulari.

KAPITLU 95

Jgħallem dwar id-divorzju u l-imħabba għat-tfal

Ġesù jqis lit-tfal ċkejknin differenti ħafna minn kif iqisuhom id-dixxipli tiegħu. Għala?

KAPITLU 96

Ġesù jwieġeb lil ħakkiem żagħżugħ u għani

Xi jqanqal lil Ġesù biex jgħid li hu iktar faċli li ġemel jgħaddi minn għajn taʼ labra tal-ħjata milli għal raġel għani biex jidħol fis-Saltna t’Alla?

KAPITLU 97

It-tixbiha tal-ħaddiema fl-għalqa tad-dwieli

Dawk tal-ewwel kif isiru tal-aħħar u dawk tal-aħħar kif isiru tal-ewwel?

KAPITLU 98

L-appostli jerġgħu jfittxu l-prominenza

Ġakbu u Ġwanni jitolbuh pożizzjonijiet speċjali fis-Saltna, imma mhux huma biss iridu l-prominenza.

KAPITLU 99

Ġesù jfejjaq lil irġiel għomja u jgħin lil Żakkew

Għalkemm ir-rakkonti Bibliċi dwar meta Ġesù fejjaq lil raġel agħma ħdejn Ġeriko donnhom ma jaqblux flimkien, kif nafu li fil-fatt jaqblu?

KAPITLU 100

It-tixbiha tiegħu tal-għaxar miniet

Ġesù x’ried ifisser meta qal: “Kulmin għandu, jingħatalu iktar; imma min m’għandux, jittiħidlu saħansitra dak li għandu”?

KAPITLU 101

Ikla fid-dar taʼ Xmun f’Betanja

Marija, oħt Lazzru, tagħmel xi ħaġa li biha tqajjem kontroversja, imma Ġesù jiddefendiha.

KAPITLU 102

Is-Sultan jidħol Ġerusalemm fuq felu

Hu jwettaq profezija li tlissnet ħames mitt sena qabel.

KAPITLU 103

It-tempju jerġaʼ jitnaddaf

In-negozjanti f’Ġerusalemm jidhru li qed jagħmlu kollox kif suppost, allura Ġesù għala jsejħilhom ħallelin?

KAPITLU 104

Il-Lhud jisimgħu l-leħen t’Alla—Se juru li għandhom fidi?

Hemm differenza bejn li tpoġġi l-fidi f’Ġesù u bejn li taġixxi fi qbil maʼ din il-fidi?

KAPITLU 105

Juża siġra tat-tin biex jgħallem lezzjoni dwar il-fidi

Ġesù jgħallem lid-dixxipli tiegħu dwar il-qawwa tal-fidi u jispjega r-raġuni għala Alla qed jiċħad lill-ġens t’Iżrael.

KAPITLU 106

Żewġ tixbihat dwar l-għelieqi tad-dwieli

Sir af xi jfissru l-parabboli tar-raġel li talab lil uliedu jaħdmu fl-għalqa tad-dwieli tiegħu u tar-raġel li l-għalqa tad-dwieli tiegħu qabbilha lil xi bdiewa mill-agħar.

KAPITLU 107

Sultan jibgħat għal dawk mistidnin għal festa tat-tieġ

Il-parabbola taʼ Ġesù hi fil-fatt profezija.

KAPITLU 108

Ġesù ma jħallihomx idaħħluh f’nassa

Hu l-ewwel isikket lill-Fariżej, imbagħad lis-Sadduċej, u fl-aħħar liż-żewġ gruppi taʼ opponenti li ngħaqdu flimkien.

KAPITLU 109

Jikkundanna lill-opponenti reliġjużi

Ġesù għala ma jittollerax id-differenzi reliġjużi?

KAPITLU 110

L-aħħar ġurnata taʼ Ġesù fit-tempju

Juża l-eżempju taʼ armla fqira biex jgħallem lezzjoni importanti ferm.

KAPITLU 111

L-appostli jistaqsu għal sinjal

Il-profezija tiegħu kellha l-ewwel twettiq fl-ewwel seklu. Jistaʼ jkun li għandha twettiq akbar fil-futur?

KAPITLU 112

Il-verġni jgħallmuna lezzjoni dwar il-bżonn li nibqgħu għassa

Għallem Ġesù li nofs id-dixxipli tiegħu huma boloh u n-nofs l-ieħor huma għaqlin?

KAPITLU 113

Lezzjoni dwar id-diliġenza—It-talenti

Il-parabbola taʼ Ġesù tispjega l-istqarrija tiegħu: “Kulmin għandu, jingħatalu iktar.”

KAPITLU 114

Kristu bħala Sultan jiġġudika n-nagħaġ u l-mogħoż

Ġesù juża parabbola interessanti biex jispjega fuq xiex wieħed se jiġi ġudikat.

KAPITLU 115

Toqrob l-aħħar ikla tal-Qbiż taʼ Ġesù

Għala huwa interessanti li l-mexxejja reliġjużi jaqblu li jħallsu lil Ġuda 30 biċċa tal-fidda biex jittradixxi lil Ġesù?

KAPITLU 116

Jgħallem l-umiltà fl-aħħar ikla tal-Qbiż

L-appostli ma jkunux qed jistennewh jagħmel xogħol li s-soltu jagħmlu lsir.

KAPITLU 117

L-Ikla taʼ Filgħaxija tal-Mulej

Ġesù jistabbilixxi tifkira li s-segwaċi tiegħu għandhom jiċċelebrawha kull sena fl-14 taʼ Nisan.

KAPITLU 118

Argument dwar min hu l-akbar

L-appostli diġà nsew il-lezzjoni li għallimhom Ġesù ftit qabel.

KAPITLU 119

Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja

Ġesù jgħallem verità importanti dwar kif għandna navviċinaw lil Alla.

KAPITLU 120

Jagħtu l-frott bħala friegħi u jkunu ħbieb taʼ Ġesù

Id-dixxipli taʼ Ġesù b’liema mod ‘jagħtu l-frott’?

KAPITLU 121

“Agħmlu kuraġġ! Jien irbaħt lid-dinja”

Kif jistaʼ jkun li Ġesù rebaħ lid-dinja jekk id-dinja qatlitu?

KAPITLU 122

Ġesù jikkonkludi b’talba fil-kamra taʼ fuq

Hu jagħmilha ċara li wettaq xi ħaġa ħafna iktar importanti mis-salvazzjoni tal-bnedmin.

KAPITLU 123

Jitlob waqt li hu mnikket ferm

Ġesù għala jitlob: “Warrab minni dan il-kies”? Qiegħed hu jipprova jaħrab mill-irwol tiegħu biex imut bħala fidwa?

KAPITLU 124

Kristu jiġi tradut u arrestat

Ġuda jirnexxilu jsib lil Ġesù avolja hu billejl.

KAPITLU 125

Ġesù jittieħed għand Anna, imbagħad għand Kajfa

Il-ġuri taʼ Ġesù xejn mhu ġust.

KAPITLU 126

Miċħud fid-dar taʼ Kajfa

Pietru, raġel taʼ fidi u devozzjoni, kif setaʼ jagħti dahru lil Ġesù daqshekk malajr?

KAPITLU 127

Mgħoddi ġuri mis-Sinedriju, imbagħad jittieħed għand Pilatu

Il-mexxejja reliġjużi Lhud jikxfu l-intenzjonijiet ħżiena tagħhom.

KAPITLU 128

Kemm Pilatu kif ukoll Erodi jsibuh innoċenti

Pilatu għala jibgħat lil Ġesù għand Erodi għal ġudizzju? M’għandux Pilatu l-awtorità biex jiġġudika lil Ġesù?

KAPITLU 129

Pilatu jgħid: “Ara! Ir-raġel!”

Anki Pilatu jirrikonoxxi l-kwalitajiet mill-aqwa li juri Ġesù.

KAPITLU 130

Ġesù jingħata f’idejn is-suldati biex joqtluh

Ġesù għala jgħid lin-nisa li qed jibku biex jibku għalihom infushom u għal uliedhom minflok għalih?

KAPITLU 131

Sultan innoċenti jbati fuq iz-zokk

Ġesù jagħmel wegħda maʼ wieħed mill-kriminali li jinqatel miegħu li teffettwa lil ħafna.

KAPITLU 132

“Żgur li dan ir-raġel kien Bin Alla”

Id-dalma mirakoluża matul il-ġurnata, it-terremot, u t-tiċrit tal-purtiera tat-tempju kollha jwasslu għall-istess konklużjoni.

KAPITLU 133

Il-ġisem taʼ Ġesù jiġi mħejji u midfun

Għala hemm din l-għaġla kollha biex Ġesù jiġi midfun qabel inżul ix-xemx?

KAPITLU 134

Qabar vojt—Ġesù hu ħaj!

Wara li jiġi rxoxtat, Ġesù l-ewwel jidher lil dixxiplu mara minflok lill-appostli tiegħu.

KAPITLU 135

Ġesù rxoxtat jidher lil ħafna

Ġesù kif juri lid-dixxipli tiegħu li ġie rxoxtat?

KAPITLU 136

Fuq xatt il-Baħar tal-Galilija

Pietru jiġi mfakkar tliet darbiet kif jistaʼ juri mħabbtu lejn Ġesù.

KAPITLU 137

Mijiet jarawh qabel Pentekoste

Bejn l-irxoxt tiegħu u t-tlugħ tiegħu s-sema, Ġesù kemm⁠-⁠il darba jenfasizza lid-dixxipli tiegħu x’kienu se jingħataw u kif għandhom jużawh.

KAPITLU 138

Kristu fuq il-leminija t’Alla

Ġesù x’kien se jagħmel waqt li jistenna ż-żmien biex jieħu azzjoni kontra l-għedewwa tiegħu?

KAPITLU 139

Ġesù jġib ġenna tal-art u jwettaq l-inkarigu tiegħu

Għad fadallu ħafna x’jagħmel qabel ma jagħti s-Saltna lill-Alla tiegħu u Missieru.

Biex timita lil Ġesù, . . .

Ġesù juri tmien kwalitajiet darba wara l-oħra f’ħajtu.

Indiċi tal-iskritturi

Uża dan l-indiċi biex issib fejn kull vers mill-Evanġelji jkun qed jiġi kunsidrat f’dan il-ktieb.

Indiċi tat-tixbihat (Parabboli)

Sib il-kapitlu f’dan il-ktieb fejn tiġi diskussa kull tixbiha taʼ Ġesù.

Xi profeziji Messjaniċi

Qabbel ġrajjiet fil-ħajja taʼ Ġesù mal-profeziji Bibliċi li jagħtu prova li hu l-Messija u mal-kapitli f’dan il-ktieb fejn jiġu kunsidrati.

Il-postijiet fejn Ġesù għex u għallem

Din il-mappa turi fejn Ġesù wettaq il-ministeru tiegħu.