LEZZJONI 06
Il-Ħajja Kif Bdiet?
‘Alla ħalaq l-affarijiet kollha.’ (Rivelazzjoni 4:11) Temmnu dan? Xi nies jaħsbu li l-ħajja ġiet mix-xejn u li ma ħalaqha ħadd. Kieku dan veru, mela aħna qed ngħixu b’kumbinazzjoni. Imma jekk Alla Ġeħova ħalaq il-ħajja, mela allura għandna skop għal xiex ngħixu, hux vera? a Ara kif il-Bibbja tispjega minn fejn ġiet il-ħajja u għala hemm raġunijiet tajbin biex temmen dan.
1. L-univers kif beda jeżisti?
Il-Bibbja tgħid: “Fil-bidu Alla ħalaq is-smewwiet u l-art.” (Ġenesi 1:1) Il-biċċa l-kbira tax-xjentisti jaqblu li l-univers kellu bidu. Alla kif ħalqu? Hu uża “l-forza attiva,” jew l-ispirtu qaddis, tiegħu biex jagħmel dak kollu li hemm fl-univers. Dan jinkludi l-galassji, l-istilel, u l-pjaneti.—Ġenesi 1:2.
2. Alla għala ħalaq id-dinja?
Ġeħova ‘ma ħalaqx id-dinja sempliċement għalxejn, imma biex tkun abitata.’ (Isaija 45:18) Hu għamel id-dinja post sabiħ, u din fiha dak kollu li għandna bżonn biex ngħixu fiha għal dejjem. (Aqra Isaija 40:28; 42:5.) Ix-xjenza turi li d-dinja hi speċjali ħafna u differenti mill-pjaneti l-oħra. Ix-xjentisti għadhom ma sabux pjaneta oħra li fiha dak kollu li n-nies għandhom bżonn biex jgħixu.
3. X’jagħmel lin-nies differenti mill-annimali?
Wara li għamel id-dinja, Ġeħova ħalaq il-pjanti u l-annimali. Imbagħad, “Alla ħalaq il-bniedem fix-xbieha tiegħu.” (Aqra Ġenesi 1:27.) X’jagħmel lin-nies differenti? Aħna nistgħu nuru kwalitajiet bħall-imħabba u l-ġustizzja għax magħmulin fuq ix-xbieha t’Alla, jiġifieri għandna l-kwalitajiet tiegħu. Hu ħalaqna bl-abbiltà li nitgħallmu lingwi differenti, napprezzaw affarijiet sbieħ, u nieħdu gost bil-mużika. Aħna nistgħu nsiru ħbieb tal-Ħallieq tagħna, mhux bħall-annimali.
TGĦALLEM IŻJED
Ara x’juri li l-ħajja ġiet iddisinjata u li dak li tgħid il-Bibbja dwar il-ħolqien jagħmel sens. Sir af x’nistgħu nitgħallmu dwar Alla mill-kwalitajiet li għandhom in-nies.
4. Il-ħajja ġiet iddisinjata
In-nies jiġu mfaħħrin għall-affarijiet li kkopjaw mill-ħolqien. Allura min għandu jiġi mfaħħar għall-ħolqien? Ara l-VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:
-
X’affarijiet ikkopjaw in-nies mill-ħolqien?
Kull dar tiġi ddisinjata u mibnija minn xi ħadd. Imma min iddisinja u ħalaq in-natura? Aqra Ebrej 3:4, u mbagħad iddiskuti:
-
X’jogħġbok l-iżjed fin-natura?
-
Jagħmel sens li temmen li l-univers u l-affarijiet kollha ġew iddisinjati? Għala taħseb hekk?
Kont taf?
Tista’ ssib artikli u vidjows fuq dan is-suġġett fuq jw.org taħt “Ġie disinjat?” u “Fehmiet dwar l-oriġini tal-ħajja.”
“Naturalment, kull dar tinbena minn xi ħadd, imma dak li bena kollox hu Alla”
5. Raġunijiet tajbin biex temmen x’tgħid il-Bibbja dwar il-ħolqien
F’Ġenesi kapitlu 1 il-Bibbja tgħid minn fejn ġiet id-dinja u kulma hemm fiha. Tista’ temmen dak li tgħid jew le? Ara l-VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-mistoqsijiet li ġejjin.
-
Tgħallem il-Bibbja li d-dinja u kulma fiha ġew maħluqin f’sitt ijiem ta’ 24 siegħa?
-
Taħseb li dak li tgħid il-Bibbja dwar il-ħolqien jagħmel sens? Għala taħseb hekk?
Aqra Ġenesi 1:1, u mbagħad iddiskuti:
-
Ix-xjentisti jgħidu li l-univers kellu bidu. Dak li jgħidu x-xjentisti kif jaqbel ma’ dak li qrajt fil-Bibbja?
Xi nies jaħsbu li Alla ħalaq kollox permezz tal-evoluzzjoni. Aqra Ġenesi 1:21, 25, 27, u mbagħad iddiskuti:
-
Tgħallem il-Bibbja li Alla għamel tip wieħed ta’ ħajja u minnha evolvew ħut, annimali, u nies? Jew ħalaq kull tip ta’ ħajja? b
6. In-nies huma xi ħaġa speċjali li għamel Alla
Aħna m’aħniex bħall-annimali li ħalaq Ġeħova. Aqra Ġenesi 1:26, u mbagħad iddiskuti:
-
Aħna magħmulin fuq ix-xbieha t’Alla, jiġifieri għandna l-kwalitajiet tiegħu. Allura li nħobbu u nifhmu lil xulxin, x’jgħallimna dwar Alla?
ĦAFNA JGĦIDU: “Dak li tgħid il-Bibbja dwar il-ħolqien mhux vera.”
-
Int x’taħseb dwar dan? Għala taħseb hekk?
XI DDISKUTEJNA?
Ġeħova ħalaq l-univers u kull ħaġa ħajja li fih.
X’Tgħallimt
-
Il-Bibbja x’tgħallem dwar kif beda l-univers?
-
Alla għamel tip wieħed ta’ ħajja li minnha evolvew tipi differenti jew ħalaq kollox?
-
X’jagħmel lin-nies speċjali?
ARA IŻJED
Sir af eżempji t’annimali li juru li hemm Ħallieq.
Ara kif missier jispjega lit-tifel tiegħu dak li tgħid il-Bibbja dwar il-ħolqien.
Tgħallem jekk l-evoluzzjoni u l-Bibbja jaqblux.
“Uża Alla l-Evoluzzjoni Biex Joħloq Kollox?” (Artiklu fuq jw.org)
Ara jekk il-ħajja ġietx maħluqa jew b’kumbinazzjoni minn dak li juru l-fossili u x-xjenza.
a Lezzjoni 25 se tiddiskuti l-iskop t’Alla għan-nies.
b Fil-Bibbja, il-kelma “ġenshom,” jiġifieri tip, tirreferi għal grupp kbir ta’ affarijiet ħajjin.