Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 32

Is-Saltna t’Alla Qiegħda Tmexxi!

Is-Saltna t’Alla Qiegħda Tmexxi!

Is-​Saltna t’Alla bdiet tmexxi fis-​sema fl-​1914. Fl-​istess sena bdew l-​aħħar jiem li se jmexxu n-​nies fuq l-​art. Kif nafu? Se tara profeziji mill-​Bibbja, u kif mill-​1914 inbidlet id-​dinja u l-​attitudni tan-​nies.

1. Il-​Bibbja x’qalet minn qabel?

Il-​ktieb taʼ Danjel wera li s-​Saltna t’Alla se tibda tmexxi fl-​aħħar taʼ perjodu taʼ żmien jgħidulu “sebaʼ żminijiet.” (Danjel 4:​16, 17) Mijiet taʼ snin wara, Ġesù tkellem fuq l-​istess perjodu taʼ żmien u rrefera għalih bħala “ż-​żminijiet stabbiliti tal-​ġnus.” Hu għallem li dak iż-​żmien kien għadu ma spiċċax. (Luqa 21:24) Kif se tara, dawn is-​sebaʼ żminijiet spiċċaw fl-​1914.

2. Mill-​1914 ’l hawn kif inbidlet id-​dinja u l-​attitudni tan-​nies?

Id-​dixxipli taʼ Ġesù saqsewh: “X’se jkun is-​sinjal tal-​preżenza tiegħek u tal-​konklużjoni tas-​sistema?” (Mattew 24:3) Ġesù qalilhom ħafna affarijiet li kienu se jiġru wara li jibda jmexxi fis-​sema bħala s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla. Dawn jinkludu gwerer, nuqqas taʼ ikel u terremoti. (Aqra Mattew 24:7.) Il-​Bibbja qalet ukoll li l-​ħajja “fl-​aħħar jiem” se tkun “diffiċli” minħabba l-​attitudni tan-​nies. (2 Timotju 3:​1-​5) Mill-​1914 ’l hawn, dawn qed narawhom iżjed u iżjed.

3. Id-​dinja għala marret għall-​agħar mill-​1914 ’l hawn?

Ftit wara li Ġesù sar is-​Sultan tas-​Saltna t’Alla, hu kellu gwerra fis-​sema kontra Satana u d-​dimonji. Satana tilef u “twaddab ’l isfel lejn l-​art, u l-​anġli tiegħu twaddbu għal isfel miegħu.” (Rivelazzjoni 12:​9, 10, 12) Ix-​Xitan hu rrabjat ħafna għax jaf li se jinqered. Allura hu qed iġib tbatija u wġigħ fuq l-​art kollha. Dan jgħinna nifhmu għala d-​dinja hi mimlija bil-​ħażen. Is-​Saltna t’Alla se ssolvi dawn il-​problemi kollha.

TGĦALLEM IŻJED

Ara kif nafu li s-​Saltna t’Alla bdiet tmexxi fl-​1914 u xi jfisser għalina.

4. Il-​profeziji fil-​Bibbja juru li s-​Saltna t’Alla bdiet tmexxi fl-​1914

Is-​Sultan Nebukadnessar taʼ Babilonja kellu ħolma mingħand Alla. Fiha hu ra x’se jiġri fil-​futur. Il-​ħolma u kif spjegaha Danjel nistgħu naqrawha fil-​Bibbja. Din turina ċar li l-​ħolma kienet dwar is-​saltna taʼ Nebukadnessar u s-​Saltna t’Alla.​—Aqra Danjel 4:​17. a

Aqra Danjel 4:​20-​26, u mbagħad uża l-​istampi biex twieġeb il-​mistoqsijiet:

  • (A) Nebukadnessar x’ra fil-​ħolma? ​—Ara versi 20 u 21.

  • (B) X’kien se jiġrilha s-​siġra? ​—Ara vers 23.

  • (C) X’kien se jiġri fl-​aħħar tas-​“sebaʼ żminijiet”?​—Ara vers 26.

Il-​Ħolma tas-​Siġra u s-​Saltna t’Alla

IL-​PROFEZIJA (Danjel 4:​20-​36)

It-​tmexxija

(A) Siġra kbira

It-​tmexxija tieqaf

(B) “Qaċċtu s-​siġra” u ħallu “sebaʼ żminijiet” jgħaddu

It-​tmexxija tkompli

(C) ‘Saltnatek żgur terġaʼ tkun tiegħek’

Meta ġrat l-​ewwel darba . . .

META ĠRAT L-​EWWEL DARBA

It-​tmexxija

(D) Nebukadnessar, is-​sultan taʼ Babilonja

It-​tmexxija tieqaf

(E) Wara s-​606 QK, Nebukadnessar jitlef moħħu u ma jkunx jistaʼ jsaltan għal sebaʼ snin letterali

It-​tmexxija tkompli

(F) Nebukadnessar jiġi f’sensih u jerġaʼ jibda jmexxi

Meta ġrat it-​tieni darba . . .

  • (G) Is-​siġra lil min kienet tirrappreżenta?​—Aqra l-1 Kronaki 29:23.

  • (H) Meta waqfu jmexxu? Kif nafu li ma kinux għadhom imexxu meta Ġesù kien fuq l-​art?​—Aqra Luqa 21:24.

  • (I) Fejn u meta reġgħet bdiet tmexxi din is-​Saltna?

META ĠRAT IT-​TIENI DARBA

It-​tmexxija

(G) Slaten t’Iżrael imexxu f’isem Alla

It-​tmexxija tieqaf

(H) Ġerusalemm tinqered, u għal 2,520 sena ma jkunx hemm sultan minn Iżrael

It-​tmexxija tkompli

(I) Ġesù jibda jmexxi fis-​sema bħala s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla

Kemm damu s-​sebaʼ żminijiet?

Il-​Bibbja stess tgħinna nifhmu x’hemm fiha. Pereżempju, f’​Rivelazzjoni naqraw li tliet żminijiet u nofs huma 1,260 ġurnata. (Rivelazzjoni 12:​6, 14) Mela sebaʼ żminijiet huma d-​doppju, jiġifieri 2,520 ġurnata. Il-​Bibbja ġieli tirreferi għal sena bħala ġurnata. (Eżekjel 4:6) Allura, fil-​ktieb taʼ Danjel is-​sebaʼ żminijiet huma 2,520 sena.

5. Id-​dinja nbidlet mill-​1914 ’l hawn

Ġesù qal minn qabel kif se tkun id-​dinja wara li jsir Sultan. Aqra Luqa 21:​9-​11, u mbagħad iddiskuti:

  • Liema minn dawn l-​affarijiet rajt jew smajt bihom?

L-​appostlu Pawlu ddeskriva kif se jkunu n-​nies fl-​aħħar jiem. Aqra t-2 Timotju 3:​1-​5, u mbagħad iddiskuti:

  • Liema minn dawn l-​attitudnijiet qed tara?

6. Uri li temmen li s-​Saltna t’Alla qed tmexxi

Aqra Mattew 24:​3, 14, u mbagħad iddiskuti:

  • Liema xogħol importanti juri li s-​Saltna t’Alla qed tmexxi?

  • Int kif tistaʼ tieħu sehem f’dan ix-​xogħol?

Is-​Saltna t’Alla qed tmexxi fis-​sema u dalwaqt se tibda tmexxi fuq l-​art kollha. Aqra Ebrej 10:​24, 25, u mbagħad iddiskuti:

  • Iktar ma nersqu qrib taʼ dik il-​ġurnata, xi rridu nagħmlu?

Jekk tkun taf b’xi ħaġa li se tgħin lil oħrajn u ssalvahom, int x’se tagħmel?

XI ĦADD JISTAʼ JSAQSI: “Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova għala jgħidu li s-​sena 1914 hija importanti ħafna?”

  • Int kif twieġeb?

XI DDISKUTEJNA?

Il-​profeziji tal-​Bibbja u l-​kundizzjonijiet tad-​dinja juru li s-​Saltna t’Alla qiegħda tmexxi. Aħna nuru li nemmnu dan billi nippritkaw dwarha u mmorru l-​laqgħat.

X’Tgħallimt

  • X’ġara fl-​aħħar tas-​sebaʼ żminijiet li tkellem fuqhom il-​ktieb taʼ Danjel?

  • X’jikkonvinċik li s-​Saltna t’Alla bdiet tmexxi fl-​1914?

  • Jekk temmen li s-​Saltna qed tmexxi, kif tistaʼ turi dan?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara x’jgħidu n-​nies li jiktbu l-​istorja u oħrajn dwar kif inbidlet id-​dinja mill-​1914 ’l hawn.

“Meta d-​Dinja Marret għall-​Agħar f’Daqqa” (Artiklu minn Stenbaħ!)

 Kif nafu li l-​profezija f’​Danjel 4 għandha x’taqsam mas-​Saltna t’Alla?

“Meta Bdiet Tmexxi s-​Saltna t’Alla? (L-​1 Parti)” (Artiklu minn Torri tal-​Għassa)

X’juri li s-​“sebaʼ żminijiet” f’​Danjel 4 spiċċaw fl-​1914?

“Meta Bdiet Tmexxi s-​Saltna t’Alla? (It-​2 Parti)” (Artiklu minn Torri tal-​Għassa)

a Ara l-​ aħħar żewġ artikli fil-​parti Ara Iżjed taʼ din il-​lezzjoni.