LEZZJONI 43
Il-Kristjani Għandhom Jixorbu Alkoħol?
Mhux kulħadd jaħsibha l-istess dwar l-alkoħol. Hemm min kultant jieħu pjaċir jieħu drink mal-ħbieb. Oħrajn jiddeċiedu li ma jixorbux u oħrajn tant jixorbu li jiskru. Il-Bibbja x’tgħid dwar l-alkoħol?
1. Ħażin li tixrob?
Il-Bibbja ma tgħidx li ħażin li tixrob l-alkoħol. Anzi, il-Bibbja ssemmi ħafna affarijiet tajbin li tana Alla, wieħed minnhom hu “l-inbid li jferraħ qalb il-bniedem.” (Salm 104:14, 15) Anki rġiel u nisa leali li jissemmew fil-Bibbja xorbu l-alkoħol.—1 Timotju 5:23.
2. Il-Bibbja x’tgħid dwar min jixrob?
Ġeħova ma jiħux pjaċir meta nixorbu ħafna, anki jekk ma nidhrux fis-sakra. (Galatin 5:21) Il-Bibbja tgħid: “Tkunx fost dawk li jixorbu ħafna nbid.” (Proverbji 23:20) Mela kemm jekk inkunu mal-ħbieb jew waħedna, ma rridux nixorbu ħafna. Inkella jaf ma nibdewx naħsbu sew, ma nkunux nafu x’qed ngħidu u nagħmlu, u ma jkunx tajjeb għal saħħitna. Jekk ma nistgħux nikkontrollaw kemm nixorbu, ikun aħjar li ma nixorbu xejn.
3. Kif nistgħu nirrispettaw x’jagħmel ħaddieħor?
Kulħadd għandu jiddeċiedi għalih jekk iridx jixrob. M’għandniex niġġudikaw lil xi ħadd li jixrob l-alkoħol b’mod bilanċjat. U lanqas m’għandna nisforzaw lil xi ħadd biex jixrob. (Rumani 14:10) Aħna ma nixorbux jekk xi ħadd li jkun magħna ma jħossux komdu. (Aqra Rumani 14:21.) Aħna ‘ma nibqgħux infittxu dak li jaqbel lilna, imma dak li jaqbel lil ħaddieħor.’—Aqra l-1 Korintin 10:23, 24.
TGĦALLEM IŻJED
Ara prinċipji mill-Bibbja li se jgħinuk tiddeċiedi jekk tixrobx u kemm se tixrob. Ara wkoll x’tistaʼ tagħmel jekk għandek problema taʼ xorb.
4. Iddeċiedi jekk hux se tixrob
Ġesù x’kien jaħseb dwar li tixrob l-alkoħol? Biex tkun taf, ara l-ewwel miraklu li għamel. Aqra Ġwanni 2:1-11, u mbagħad iddiskuti:
-
Minn dan il-miraklu, Ġesù kif kien iħares lejn l-alkoħol u min jixorbu?
-
Ġesù ma qalx li ma nistgħux nixorbu alkoħol. Mela Kristjan kif għandu jħares lejn xi ħadd li jagħżel li jixrob?
Għalkemm Kristjan jistaʼ jixrob l-alkoħol, ma jfissirx li dejjem se tkun l-aħjar għażla. Aqra Proverbji 22:3, u mbagħad iddiskuti jekk għandekx tixrob fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
-
Tkun se ssuq jew taħdem b’xi magni.
-
Tkun tqila.
-
Tabib issuġġerielek li ma tixrobx alkoħol.
-
Issibha diffiċli biex tieqaf tixrob.
-
Tkun kontra l-liġi li tixrob.
-
Tkun ma’ xi ħadd li jiddeċiedi li ma jixrobx għax kellu problema bix-xorb.
Għandu jkollok alkoħol f’tiġijiet u affarijiet oħra? Ara l-VIDJOW biex jgħinek tiddeċiedi.
Aqra Rumani 13:13 u l-1 Korintin 10:31, 32. Wara li taqra kull skrittura, iddiskuti:
-
Kif tistaʼ tuża dan il-prinċipju biex tieħu deċiżjoni li togħġob lil Ġeħova?
5. Iddeċiedi kemm se tixrob
Jekk tagħżel li se tixrob, tinsiex: Ġeħova ma jgħidilniex li ma nistgħux nixorbu alkoħol, imma jgħidilna li hu ħażin li nixorbu żżejjed. Għala? Aqra Ħosea 4:11, 18, u mbagħad iddiskuti:
-
X’jistaʼ jiġri meta persuna tixrob iżżejjed?
X’se jgħinek ma tixrobx iżżejjed? Trid tkun modest, jiġifieri li tkun taf il-limitu tiegħek. Aqra Proverbji 11:2, u mbagħad iddiskuti:
-
Għala tkun idea tajba li tiddeċiedi minn qabel meta se tieqaf tixrob?
6. X’jistaʼ jgħin lil xi ħadd jieqaf jixrob iżżejjed?
Ara x’għen lil raġel biex jieqaf jixrob iżżejjed. Ara l-VIDJOW, u mbagħad iddiskuti:
-
Fil-vidjow, Dmitry x’kien jagħmel meta kien jixrob l-alkoħol?
-
Irnexxielu jieqaf jixrob mill-ewwel?
-
Kif irnexxielu jwaqqaf il-vizzju tal-alkoħol?
Aqra l-1 Korintin 6:10, 11, u mbagħad iddiskuti:
-
Kemm hu serju li tisker?
-
X’juri li xi ħadd li jixrob ħafna jistaʼ jinbidel?
Aqra Mattew 5:30, u mbagħad iddiskuti:
-
Meta Ġesù uża l-eżempju li naqtgħu idna, hu kien qed juri li biex nogħġbu lil Ġeħova rridu nkunu lesti li nieqfu nagħmlu xi ħaġa. X’tistaʼ tagħmel jekk qed issibha diffiċli biex ma tixrobx iżżejjed? a
Aqra l-1 Korintin 15:33, u mbagħad iddiskuti:
-
Il-ħbieb kif jistgħu jeffettwaw kemm tixrob?
XI ĦADD JISTAʼ JSAQSI: “Ħażin li tixrob?”
-
Int kif twieġeb?
XI DDISKUTEJNA?
Ġeħova tana l-alkoħol biex nieħdu pjaċir, imma ma jridniex nixorbu żżejjed u niskru.
X’Tgħallimt
-
Il-Bibbja x’tgħid dwar l-alkoħol?
-
X’inhu l-periklu li tixrob iżżejjed?
-
Kif nistgħu nirrispettaw id-deċiżjonijiet t’oħrajn dwar ix-xorb?
ARA IŻJED
Iż-żgħażagħ kif jistgħu jiddeċiedu sew dwar l-alkoħol?
Sir af x’tistaʼ tagħmel biex ma tibqax tixrob iżżejjed.
“Kif Għandek Tħares Lejn l-Alkoħol?” (Artiklu minn Torri tal-Għassa)
Għandhom il-Kristjani jagħmlu cheers?
“Mistoqsijiet mill-Qarrejja” (It-Torri tal-Għassa, 15 taʼ Frar 2007)
Fl-istorja “Kont bittija bla qiegħ,” ara kif raġel waqaf jixrob iżżejjed.
“Il-Bibbja Tbiddel il-Ħajjiet” (It-Torri tal-Għassa, 1 t’Ottubru 2012)
a Dawk li għandhom il-vizzju tal-alkoħol jaf ikollhom bżonn għajnuna professjonali biex jieqfu. Ħafna tobba jgħidu li dawk li kellhom problema bl-alkoħol aħjar li ma jixorbu xejn.